//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Mon Daniel jirbah il-finali ewlenija tal-Festival tal-Kunsill Malti ghall-iSport

Fil-korsa tal-Marsa il-bierah sar il-festival Ekwestriju organizzat mill-Kunsill Malti ghall-iSport bil-kollaborazzjoni tal-Malta Racing Club, il-Malta Polo Club u l-Malta Equestrian Federation. L-attivitajiet inkludew fost l-ohrajn tberik taz-zwiemel, tigrijiet tal-ponijiet, attivita’ ta’ dressage, quadrille u partita polo. Wara nofsinhar saret il-laqgha ta’ tigrijiet li kienet tikkonsisti minn ghaxar tigrijiet u li ntemmet bi tliet finali tat-trott relatati mal-Festival Ekwestriju fuq distanza ta’ mil. Dawn kienu riservati ghal zwiemel tal-klassi Premier, Gold u Silver. Il-finalisti tal-kompetizzjonijiet Gold u Silver kienu maghrufa wara li aktar qabel fl-istess programm saru heats varji fuq l-istess distanza.

Il-finali tal-klassi Premier kienet kontestata bejn ghaxar zwiemel. Kien Niro (David Ellul) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Dan fetah vantagg ta’ tul fuq il-grupp ta’ finalisti sakemm 400m mit-tmiem dan iz-ziemel beda jnaqqas il-pass. Inqabez fost l-ohrajn mill-kwotat Mon Daniel (James Carabott) li f’medja ta’1.13.8” fil-kilometru u bi ftit ha t-tielet rebha tas-sena minn Livi Cantona (Charles Camilleri). Energy As (Carmelo Farrugia) u Lucas Ness (Mario Farrugia) temmew warajhom f’dik l-ordni. Fi tmiem it-tigrija, is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport Clyde Puli ppremja lil James Carabott u lil sid iz-ziemel Gorg Baldacchino fil-prezenza ta’ Pippo Psaila, ko-ordinatur tal-Festival f’isem il-KMS u Dr Matthew Brincat Chairman tal-Malta Racing Club.

Tmienja kienu z-zwiemel li ghaddew ghall-finali tal-klassi Gold. L-ewwel heat kienet ikkratterizzata minn taqtiegha bejn numru ta’ zwiemel fid-dritta finali fejn bi ftit ittrijonfa Big Hit (Charlo’ Debono) li akkwista t-tieni rebha tas-sena minn Lass John (Shawn Formosa), Biggles Coquet (Mario Farrugia) u Matador Knick (Carmelo Farrugia) ukoll ghaddew ghall-finali. Candy Fantasy (Melvin Farrugia) kien kontinwament fl-ewwel pozizzjoni matul it-tieni heat tal-klassi Gold. Dan ittrijonfa b’tul minn Kingpin La Marc (Rodney Gatt), Gigo Lloyd (Charles Camilleri) u Indian Attack (Noel Baldacchino).

Il-finali ta’ din l-istess klassi produciet tmiem incert bejn Kingpin La Marc (Rodney Gatt) u Candy Fantasy (Melvin Farrugia). Wara konsultazzjoni mal-photofinish ir-rebha inghatat lil Kingpin La Marc b’Lass John (Shawn Formosa) u Indian Attack (Noel Baldacchino) jispiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Mit-tliet heats tal-klassi Silver, disa’ zwiemel ghaddew ghall-finali. Fl-ewwel wahda kien Etienne Mallia li pogga lil Winner Farming quddiem madwar 500m mill-linja finali. Dan ha l-ewwel rebha f’Malta quddiem Mezio Josselyn (Victor Fenech), Westside Photo (Alex Cortis) u Lime Casted (Noel Baldacchino). Divinis (Charles Magro) hadet it-tielet rebha konsekuttiva u r-raba’ wahda tas-sena fit-tieni heat Silver. Din hadet il-kmand 400m mit-tmiem u rebhet b’tul minn Ocean Brillouard ( Noel Baldacchino) u Flying As (Jonathan Farrugia) li wkoll ghaddew ghall-finali. Freedom As (Charles Camilleri) spicca fir-raba’ pozizzjoni.  Victory Toll (Julian Farrugia) inqabez minn Newman (Kevin Sciberras) 50m mill-linja finali tat-tielet heat Silver. Dan minn Charlie Smitt (Michael Ellul) u Boston Harbor (George Attard) itemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Meta aktar tard saret il-finali, din regghet zviluppat fi dwell interessanti fid-dritta finali bejn Newman (Kevin Sciberras) u Charlie Smitt (Michael Ellul). Tal-ewwel ha r-raba’ rebha tal-istagun b’Ocean Brillouard (Noel Baldacchino) u Flying As (Jonathan Farrugia) itemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-galopp fuq 1750m. Fl-ewwel wahda, kienet id-debba Etoile du Pic (Eric Zammit) li rebhet it-Tazza Butler wara li ziedet il-pass fid-dritta finali. Dan minn Letthewordgoforth (Sarah Borg) u Walker (Demis Zammit). It-tieni wahda kienet eccitanti u kumbattuta sal-linja finali b’Friarscourt (Ramon Grima) jirnexxilu jirbah it-Tazza Piscopo Gardens bi ftit minn Marivan (Charles Pace) u Nuage de la Tour (Paul Abela).

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Heat Festival Ekwestriju KMS. Klassi Silver. Dist –  1640m. 1. Winner Farming (E. Mallia) Hin – 2.01.9” (1.14.3”) 2. Mezio Josselyn (V. Fenech) 3. Westside Photo (A. Cortis) 4. Lime Casted (N. Baldacchino)

II Tigrija. Heat Festival Ekwestriju KMS. Klassi Silver. Dist – 1640m.1. Divinis (C. Magro) Hin – 2.02.1” (1.14.5”) 2. Ocean Brillouard (N. Baldacchino) 3. Flying As (J. Farrugia) 4. Freedom As (C. Camilleri)

III Tigrija. Heat Festival Ekwestriju KMS. Klassi Silver. Dist –  1640m. 1. Newman (K. Sciberras) Hin – 2.03.5” (1.15.3”) 2. Victory Toll (J. Farrugia) 3. Charlie Smitt (M. Ellul) 4. Boston Harbor (G. Attard)

IV Tigrija. Heat Festival Ekwestriju KMS. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Big Hit (C. Debono) Hin – 2.03.5” (1.15.3”) 2. Lass John (S. Formosa) 3. Biggles Coquet (M. Farrugia) 4. Matador Knick (C. Farrugia)

V Tigrija. Heat Festival Ekwestriju KMS. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Candy Fantasy (M. Farrugia) Hin – 2.01.1” (1.13.8”) 2. Kingpin La Marc (R. Gatt) 3. Gigo Lloyd (C. Camilleri) 4. Indian Attack (N. Baldacchino)

VI Tigrija. Tazza Butler. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Etoile du Pic (E. Zammit) Hin – 1.50.4” 2. Letthewordgoforth (S. Borg) 3. Walker (D. Zammit)

VII Tigrija. Tazza Piscopo Gardens. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Friarscourt (R. Grima) Hin – 1.49.3” 2. Marivan (C. Pace) 3. Nuage de la Tour (P. Abela)

VIII Tigrija. Finali Festival Ekwestriju KMS. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Newman (K. Sciberras) Hin – 2.03.1” (1.15.1”) 2. Charlie Smitt (M. Ellul) 3. Ocean Brillouard (N. Baldacchino) 4. Flying As (J. Farrugia)

IX Tigrija. Finali Festival Ekwestriju KMS. Klassi Premier. Dist – 1640m .1. Mon Daniel (J. Carabott) Hin – 2.01” (1.13.8”) 2. Livi Cantona (C. Camilleri) 3. Energy As (C. Farrugia) 4. Lucas Ness (M. Farrugia)

X Tigrija. Finali Festival Ekwestriju KMS. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Kingpin La Marc (R. Gatt) Hin – 2.03.8” (1.15.5”) 2. Candy Fantasy (M. Farrugia) 3. Lass John (S. Formosa) 4. Indian Attack (N. Baldacchino)

Originally published In-Nazzjon 06/06/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives