//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Joker de Choisel jissorprendi fil-finali Premier

Meta fil-korsa tal-Marsa l-bierah wara nofsinhar saret it-tletin laqgha tal-istagun fuq ghaxar tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott gew fi tmiemhom is-sensiela ta’ kampjonati ghal zwiemel Francizi organizzati mill-Malta Racing Club bl-ghajnuna finanzjarja tal-assocjazzjoni Franciza Societe’ du Cheval Francais. Dan permezz ta’ hames finali fuq distanza ta’ 2140m, bil-finali ewlenija, dik tal-Prix de Vincennes ghal zwiemel tal-klassi Premier tintrebah mill-veteran Joker de Choisel misuq mis-sewwieq ta’ esperjenza vasta Frencu Cassar.

Disgha kienu z-zwiemel fil-finali Premier. Kif kien mistenni kien Malin Roro (Mario Farrugia) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Dan fetah vantagg ta’ zewg tulijiet minn Mark de Chamant (Michael Seychell) u Master Perrine (Mark Seychell). It-tigrija kompliet b’dan l-andament sa madwar 300m mill-linja finali. Dan meta bdew jersqu vicin zwiemel ohra fosthom Joker de Choisel (Frencu Cassar) li mar quddiem fl-ahhar metri u rebah minn Master Perrine u Malin Roro. Mark de Chamant temm fir-raba’ pozizzjoni. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.15.4” fil-kilometru.

Fi tmiem din il-finali, Benoit Fabrega, ufficjal gholi tal-Assocjazzjoni Franciza Societe’ du Cheval Francais ipprezenta t-trofew lil  Frencu Cassar bhala s-sewwieq taz-ziemel rebbieh fil-prezenza ta’ Dr Matthew Brincat, Chairman tal-Malta Racing Club. B’hekk wara nuqqas ta’ xi snin, Joker de Choisel rega rnexxilu jirbah finali ewlenija ghal zwiemel Francizi. Dan iz-ziemel hu propjeta’ ta’ Yorgen Fenech.

Il-finali tal-Prix d’Enghien ghal zwiemel tal-klassi Gold kellha l-isbah tmiem tal-gurnata fejn fl-ahhar metri kien hemm xejn anqas minn sitt zwiemel li ssiltu ghall-ewwel post. Kien Lord The Best (Mark Mifsud) li finalment qasam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn L’Ideal de Fersan (Carl Caruana) u Magnifique Sablais (Julian Farrugia). Natif de Salvi (Redent Magro) spicca fir-raba’ pozizzjoni.

Spint tajjeb 400m mit-tmiem wassal lil Lys des Etroits (Brian Hili) biex jittrijonfa fil-finali tal-Prix de Cabourg ghal zwiemel tal-klassi Silver. Dan minn Knight Brunel (Noel Baldacchino), Midoun du Home (Charles Camilleri) u Obscur de Busset (Shawn Portelli).

Il-finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer ghal zwiemel tal-klassi Bronze zviluppat f’taqtiegha interessanti bejn erba’ zwiemel fid-dritta finali. Kien il-kwotat Moustique Rose (Noel Baldacchino) li rregistra t-tielet rebha tas-sena u t-tieni wahda nfila bi ftit minn Man Quick (Jason Cordina). Jean Perrine (Chris Cassar) u Kheops d’Ariane (Herman Mc Kay) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Noel de Corneville (Noel Baldacchino) ceda kollox madwar 200m mit-tmiem tal-finali tal-Prix de Caen ghal zwiemel tal-klassi Copper. Dan inqabez minn L’Ami du Popey (Julian Farrugia) li bi ftit ha t-tieni rebha stagjonali minn Leo de Gratens (George Attard) u Mirage d’Ete (Clifforty Calleja).

Il-programm tal-lbierah inkluda wkoll tigrija tal-klassi Silver bi Cross Country FC (Mark Debono) jiehu l-ewwel rebha fi xtutna. Importanti kienu l-ahhar 500m ghal dan iz-ziemel li matulhom beda l-assalt tieghu u rebah minn Oscardo du Val (Jeffrey Pace), Nympheta de Bisoir (Jonathan Farrugia) u Oural d’Asnois (Patrick Spiteri).

It-tliet tigrijiet normali tal-klassi Bronze ntrebhu minn Sweep The Floor (Carmelo Farrugia) wara li zied il-pass fl-ahhar metri, Syllabub (Rodney Gatt) li rebah b’distakk kbir ta’ seba’ tulijiet u Narcus du Roc (Noel Baldacchino) li ha t-tielet rebha stagjonali. Il-Germaniza Insa (Frencu Cassar) li bdiet fost l-aktar kwatati, hadet it-tieni rebha nfila fit-tigrija regolari Copper li kienet ukoll l-ewwel wahda tal-programm.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Insa (F. Cassar) Hin – 3.30.3” (1.19.7”) 2. Hulegardens Filur (M. Falzon) 3. Great Line (T. Demanuele) 4. Newmarket Boy (S. Portelli)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Sweep The Floor (C. Farrugia) Hin – 3.29.1” (1.19.2”) 2. Notre Joyeux (C. Camilleri) 3. Manifi Pointer (C. Fava) 4. Belbroughton Road (C. Caruana)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Syllabub (R. Gatt) Hin – 3.28” (1.18.8”) 2. Loulou Noir (T. Demanuele) 3. Marquis du Domaine (G. Attard) 4. Monte Cinto Mag (B. Briffa)

IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m.1. Narcus du Roc (N. Baldacchino) Hin – 3.28.8” (1.19.1”) 2. Mr King (F. Tanti) 3. Pout de Quelaines (D. Galea) 4. Ninio Vici (R. Gatt)

V Tigrija. Finali Prix de Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. L’Ami du Popey (J. Farrugia) Hin – 2.48” (1.18.5”) 2. Leo de Gratens (G. Attard) 3. Mirage d’Ete (C. Calleja) 4. Noel de Corneville (N. Baldacchino)

VI Tigrija. Finali Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Moustique Rose (N. Baldacchino) Hin – 2.46.4” (1.17.7”) 2. Man Quick (J. Cordina) 3. Jean Perrine (C. Cassar) 4. Kheops d’Ariane (H. Mc Kay)

VII Tigrija. Finali Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lys des Etroits (B. Hili) Hin – 2.43.6” (1.16.5”) 2. Knight Brunel (N. Baldacchino) 3. Midoun du Home (C. Camilleri) 4. Obscur de Busset (S. Portelli)

VIII Tigrija. Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Lord The Best (M. Mifsud) Hin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. L’Ideal de Fersan (C. Caruana) 3. Magnifique Sablais (J. Farrugia) 4. Natif de Salvi (R. Magro)

IX Tigrija. Finali Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Joker de Choisel (F. Cassar) Hin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Master Perrine (H. Mc Kay) 3. Malin Roro (M. Farrugia) 4. Mark de Chamant (M. Seychell)

X Tigrija. Klassi Silver. Dist 2640m. 1.   Cross Country FC (M. Debono) Hin – 3.24.4” (1.17.4”) 2. Oscardo du Val (J. Pace) 3. Nympheta de Bisoir (J. Farrugia) 4. Oural d’Asnois (P. Spiteri)

“Iz-ziemel impressjonani u rega sab il-forma tal-passat”  – Frencu Cassar, sewwieq Joker de Choisel

Fi tmiem il-finali hadt kumment lil Frencu Cassar, is-sewwieq tar-rebbieh Joker de Choisel. “Matul l-ewwel elf metru bdejt naqta ftit qalbi ghax Joker kien kemmxejn lura mill-ewwel zwiemel. Izda fl-ahhar metri impressjonani mhux biss ghax meta tlabtu biex jibda l-assalt irrisponda minnufih izda anki ghax urieni li sab il-forma tal-passat. Kuntent li l-preparazzjoni li ghamilt maz-ziemel fl-ahhar gimghat tatni ir-rizultat mixtieq,” ikkonkluda Frencu Cassar.

Originally Published Il Mument 13/06/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives