//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Joker de Choisel jirbah ukoll il-finali VOB

Misjuq minn Frencu Cassar, il-Franciz Joker de Choisel rebah it-Tlieta fil-ghaxija l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-finali tat-Tazza VOB ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2140m. Din kienet taghmel parti mit-32 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott kollha wkoll fuq l-istess distanza. Il-finali VOB laqqghet flimkien numru ta’ zwiemel li dan l-ahhar kienu protagonisti kemm fil-finali tal-Prix de Vincennes ghal zwiemel Francizi u anki fil-kompetizzjoni tas-Sette Giugno.

Tmienja kienu z-zwiemel finalisti ta’ din il-finali. Kien Arnie Sensation (Carmelo Farrugia) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Dan fetah vantagg zghir minn Gentle Way (Eric Bezzina) u Isolated (Noel Baldacchino). Izda madwar 400m mill-linja finali, ghalkemm Arnie Sensation kien ghadu jigri b’certu konsistenza, ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa tal-favorit Joker de Choisel li ha t-tieni rebha nfila tieghu. Arnie Sensation gie wkoll skwalifikat biex it-tieni post inghata lil Isolated minn Mark de Chamant (Michael Seychell) u Energy Launcher (Redent Magro).

Kienet hasra li Master Perrine (Nathaniel Barbara), li fl-ahhar metri kien gej ukoll b’velocita’ qawwija biex jisfida lil Joker de Choisel, biddel il-pass u gie skwalifikat. Joker de Choisel rebah din il-finali f’medja ta’ 1.16.6” fil-kilometru  u wara li ftit tal-gimghat ilu kien ittrijonfa wkoll il-Prix de Vincennes. Fi tmiem it-tigrija, Patrick Cachia, f’isem il-bookmakers tal-korsa pprezenta t-trofew prestigjuz lil Frencu Cassar fil-prezenza ta’ Matthew Brincat, Chairman tal-Malta Racing Club. Joker de Choisel hu propjeta’ ta’ Yorgen Fenech.

Il-programm tat-Tlieta nkluda wkoll zewg tigrijiet normali tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, Napolitano Sun (David Ellul) ceda kollox madwar 300m mill-linja finali u nqabez minn Rambo Lambo (Claudio Refalo) li ttrijonfa bi ftit minn No Comprendo (Andrew Farrugia) u Triangel Kall (Frans Tanti).

Nacarat Campbell (Charles Camilleri) ha l-ewwel rebha tieghu fi xtutna fit-tieni tigrija tal-klassi Gold. Din it-tigrija zviluppat fi dwell interessanti fl-ahhar metri bejn l-istess Nacarat Campbell u Muflier de Fleurs (Noel Baldacchino) u filwaqt li tal-ewwel temm rebbieh, iz-ziemel ta’ Baldacchino safa’ skwalifikat. B’hekk Kingpin La Marc (Rodney Gatt) temm it-tieni minn Jobie Lucky (Carl Caruana) u The Big Blue World (James Briffa).

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Conrads Circle (S. Formosa) Hin – 2.48.5” (1.18.8”) 2. Leo de Gratens (G. Attard) 3. Glowing Star (R. Gatt) 4. Koechel Baz (N. Baldacchino)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dandy (R. Polidano) Hin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Monte Cinto Mag (B. Briffa) 3. Noel de Corneville (N. Baldacchino) 4. Hickory Crown (S. Cutajar)

III Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Rambo Lambo (C. Refalo) Hin – 2.45.1” (1.17.1”) 2. No Comprendo (A. Farrugia) 3. Triangel Kall (F. Tanti) 4. Napolitano Sun (D. Ellul)

IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Pine Wood Harry (C. Calleja) Hin – 2.48.4” (1.18.7”) 2. Belbroughton Road (C. Caruana) 3. Papa’s Dream (M. Tanti) 4. L’Ami du Popey (J. Farrugia)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Nacarat Campbell (C. Camilleri) Hin – 2.43.6” (1.16.5”) 2. Kingpin La Marc (R. Gatt) 3. Jobie Lucky (C. Caruana) 4. The Big Blue World (J. Briffa)

VI Tigrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lime Casted (D. Ellul) Hin – 2.46.2” (1.17.7”) 2. Stainless Steel (C. Camilleri) 3. Next Haufor (T. Tanti) 4. Kobber Dust (D. Mizzi)

VII Tigrija. Finali VOB. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Joker de Choisel (F. Cassar) Hin – 2.44” (1.16.6”) 2. Isolated (N. Baldacchino) 3. Mark de Chamant (M. Seychell) 4. Energy Launcher (R. Magro)

VIII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Nimeno (C. Caruana) Hin – 2.46.4” (1.17.8”) 2. Pretty Post (D. Ellul) 3. Omega des Arpents (B. Hili) 4. Tintin Haleryd (C. Calleja)

Originally published In-Nazzjon 28/06/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives