//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Fire jirbah it-tigrija Premier fid-debutt tieghu

It-tigrija ewlenija li saret il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa kienet wahda tal-oghla klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din kienet taghmel parti mit-33 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha tat-trott. It-tigrija tal-klassi Premier intrebhet mid-debuttant Zvediz Fire misjuq mill-Ghawdxi Mark Refalo.

Din it-tigrija kienet ikkaratterizzata mid-debutt f’Malta ta’ tliet zwiemel godda. Kien Livi Cantona (Julian Farrugia) l-aktar b’sahhtu wara l-karozza tat-tluq. Dan zamm l-ewwel post ghal ftit metri sakemm inqabez minn Energy As (Carmelo Farrugia). Minn naha l-ohra l-ahhar elf metru raw taqtiegha kontinwa bejn l-istess Energy As u Fire b’Mark Refalo jpoggi lil dan id-debuttant quddiem madwar 150m mill-linja finali. B’hekk Fire ha l-ewwel rebha fi xtutna f’medja ta’ 1.16.4” fil-kilometru u bi ftit minn Major Chaleonnais (Charlo’ Debono). Belafonte (Clifforty Calleja) u Le Coup de Foudre (Charles Camilleri) temmew warajhom f’dik l-ordni. Fire ghandu tmien snin u jigi iben l-istaljun leggendarju Zvediz Zoogin.

Il-programm tal-Gimgha nkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda l-kmand tat-tigrija alterna bejn numru ta’ zwiemel ghal parti twila tad-distanza sakemm 200m mill-linja finali Brian Hili talab lill-favorit Lys des Etroits biex imur quddiem u dan ha t-tieni rebha nfila tieghu bi ftit minn Victory Toll (Charles Camilleri). Notre Allegro (Michael Ghigo) u d-debuttant Nukir de Bodavel (Dylan Baldacchino) temmew fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Il-gdid Franciz Nomade de Mai (Charles Camilleri), li ghal parti twila tad-distanza kien fl-ewwel post tat-tieni tigrija tal-klassi Gold, fid-dritta finali ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Ludo de Bellande (Emmanuel Fenech). Dan tal-ahhar ha l-ewwel rebha tas-sena b’Bankir Zon (Clint Vassallo) u Big Hit (Charlo’ Debono) jispiccaw fit-tielet u r-raba’ pozizzjoni.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Juaben (S. Portelli) Hin – 2.51.5” (1.20.1”) 2. Trick The Lind (K. Mifsud) 3. Napoleon Hjo (D. Ellul) 4. Flying Spur (T. Demanuele)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Supremo As (C. Vassallo) Hin – 2.50.7” (1.19.8”) 2. Great Line (T. Demanuele) 3. Hotchemin (W. Spiteri) 4. Lemon Solo (J. Vassallo)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Lazume Simoni (N. Baldacchino) Hin – 2.46.4” (1.17.8”) 2. Ninio Vici (R. Gatt) 3. Nereus Galbe (J. Farrugia) 4. Mousko Royal (S. Cutajar)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1.Lys des Etroits (B. Hili) Hin – 2.45” (1.17.1”) 2. Victory Toll (C. Camilleri) 3. Notre Allegro (M. Ghigo) 4. Nukir de Bodavel (D. Baldacchino)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ludo de Bellande (E. Fenech) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Nomade de Mai (C. Camilleri) 3. Bankir Zon (C. Vassallo) 4. Big Hit (C. Debono)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Family’s Moonlight (J. Carabott) Hin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Izor Rick (E. Bondin) 3. Noble d’Urzy (A. Farrugia) 4. Agobra Bingo (W. Spiteri)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Fire (M. Refalo) Hin – 2.43.4” (1.16.4”) 2. Major Chaleonnais (C. Debono) 3. Belafonte (C. Calleja) 4. Le Coup de Foudre (C. Camilleri)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Master Lupin (R. Gatt) Hin – 2.45” (1.17.1”) 2. Opera du Pam (J. Carabott) 3. Baronello (J. Vassallo) 4. Nouxor (C. Camilleri)

Originally published Il Mument 03/7/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives