//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Fire jirregistra t-tieni rebha f’Malta fil-klassi Premier

L-aktar tigrija importani li saret il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa kienet wahda tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u li ntrebhet mill-favorit Fire. Din kienet taghmel parti mill-35 laqgha tal-istagun fuq ghaxar tigrijiet kollha tat-trott.

Fit-tigrija Premier kienu miktuba ghaxar zwiemel. Hawnhekk, wara li l-kmand matul l-ewwel elf metru alterna bejn numru ta’ zwiemel kien Charlo’ Debono li dawra mit-tmiem pogga quddiem lil Major Chaleonnais. Izda fid-dritta finali dan il-Franciz ta’ hdax –il sena ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Fire li f’idejn l-Ghawdxi Marco Refalo ha t-tieni rebha nfila minn daqstant dehriet f’Malta. Belafonte (Clifforty Calleja) u Mon Daniel (James Carabott) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Dizappuntanti kienet it-tigrija ghall-popolari In Vitro du Bourg (Ivan Bilocca) li kien qieghed jirritorna wara assenza ta’ xi gimghat u naqas milli jimpressjona. Fire kellu medja ta’1.15.2” fil-kilometru.

Il-programm tal-Gimgha nkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Gold fuq l-istess distanza. Fl-ewwel wahda kien hemm dominanza assoluta tad-debba debuttanta Zvediza She’s Dreamlike (Julian Farrugia) li ttrijonfat b’distakk ta’ erbatax –il tul minn Notre Allegro (Michael Ghigo), Neptune Williams (Dario Fenech) u Natif de Blay (Clifforty Calleja).

It-tieni tigrija Gold kienet ikkaratterizzata minn taqtiegha missielta bejn erba’ zwiemel fl-ahhar 200m. Bi ftit, kien Magnifique Sablais (Julian Farrugia) li rnexxilu jiehu s-sitt rebha tas-sena u t-tieni wahda konsekuttiva. Dan minn Bankir Zon (Clint Vassallo) u Nomade de Mai (Charles Camilleri). Match de Bannes (Noel Baldacchino) temm fir-raba’ pozizzjoni. B’hekk Magnifique Sablais ikkonferma li hu fost l-aktar zwiemel konsistenti ghal dan l-istagun.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Loulou de la Rose (M. Ellul) Hin – 2.47.6” (1.18.3”) 2. Rocky Briljant (A. Magro) 3. Luron de la Prade (C. Debono) 4. Trick The Lind (K. Mifsud)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hulegardens Filur (M. Falzon) Hin – 2.46.6” (1.18.3”) 2. Hotchemin (W. Spiteri) 3. Orasi Index (C. Vassallo) 4. Xenia Mic (D. Ellul)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Lazume Simoni (N. Baldacchino) Hin – 2.46.2” (1.17.6”) 2. Nereus Galbe (J. Farrugia) 3. Kheops d’Ariane (H. Mc Kay) 4. Omega des Arpents (B. Hili)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. She’s Dreamlike (J. Farrugia) Hin – 2.42.6” (1.16”) 2. Notre Allegro (M. Ghigo) 3. Neptune Williams (D. Fenech) 4. Natif de Blay (C. Calleja)

V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Noble d’Urzy (A. Farrugia) Hin – 2.48.2” (1.18.6”) 2. Izor Rick (E. Bondin) 3. Agobra Bingo (W. Spiteri) 4. Meadow Dancer (L. Ghigo)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Magnifique Sablais (J. Farrugia) Hin – 2.44” (1.16.6”) 2. Bankir Zon (C. Vassallo) 3. Nomade de Mai (C. Camilleri) 4. Match de Bannes (N. Baldacchino)

VII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Nimeno (C. Caruana) Hin – 2.45.5” (1.17.3”) 2. Jet (C. Camilleri) 3. Pretty Post (D. Ellul) 4. Purple Street (R. Magro)

VIII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Fire (M. Refalo) Hin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. Major Chaleonnais (C. Debono) 3. Belafonte (C. Calleja) 4. Mon Daniel (J. Carabott)

IX Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dollar As (S. Vella) Hin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Hickory Crown (S. Cutajar) 3. Dandy (R. Polidano) 4. Monte Cinto Mag (B. Briffa)

X Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Black Guy (C. Debono) Hin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Zerbin (S. Cassar) 3. Baronello (J. Vassallo) 4. Soren Sufflor (C. Calleja)

Tberik taz-Zwiemel – Se ssir attivita’ ta’ tberik taz-zwiemel fil-Gudja bhala bidu mic-celebrazzjonijiet tal-festa ta’ Santa Marija. Din se ssir il-Hadd li gej hdejn il-ground tal-football u tibda fid-9am. Ghal aktar informazzjoni wiehed ghandu jkellem lill-organizzatur ewlieni Joe Grixti jew jistaqsi ghalih fl-ufficji tal-Malta Racing Club.

Photo Caption – Fire (Marco Refalo) bin-numru wiehed jidher jiehu t-tieni rebha f’Malta fit-tigrija Premier.

Originally Published Il Mument 17/07/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives