//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Major Chaleonnais jiehu r-raba’ rebha fil-finali Premier

Il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa gew fi tmiemhom is-sensiela ta’ kampjonati li gew organizzati matul dan ix-xahar. Dan permezz ta’ tmien finali kollha ghal zwiemel tat-trott fuq distanza ta’ 2140m u li kienu jaghmlu parti mis-36 laqgha tal-istagun. L-aktar finali mistennija kienet dik miftuha ghal zwiemel tal-klassi Premier u li ntrebhet minn Major Chaleonnais misjuq minn Charlo’ Debono.

Ghaxar zwiemel hadu sehem fil-finali Premier. Kien Charlo’ Debono li pogga lil Major Chaleonnais quddiem dawra mit-tmiem. Ghalkemm fl-ahhar metri, dan il-Franciz ta’ hdax –il sena kellu jiffacja l-attakk tal-favorit Fire (Marco Refalo) xorta rnexxilu jikkontrolla dan l-assalt biex ha r-raba’ rebha tal-istagun u b’distakk ta’ zewg tulijiet mill-istess Fire. Belafonte (Clifforty Calleja) u Mentor de l’Iton (Brian Hili) temmew warajhom f’dik l-ordni. Ir-rebbieh kellu medja tajba ta’ 1.14.8” fil-kilometru u fi tmiem it-tigrija, Dr Matthew Brincat, bhala Chairman tal-Malta Racing Club, ippremja lis-Sur Debono is-sid taz-ziemel rebbieh.

Nacarat Campbell (Charles Camilleri) kellu sprint tajjeb fil-finali ewlenija tal-klassi Gold. B’hekk hu rnexxilu jiehu t-tielet rebha f’Malta u konsekuttiva bi ftit minn Nomade de Mai (Noel Baldacchino) u Kingpin La Marc (Rodney Gatt).  Notre Allegro (Michael Ghigo) temm fir-raba’ pozizzjoni. Prezenti wkoll ghal din il-finali kien hemm is-sewwieq Franciz ta’ fama mondjali Jean Michel Bazire li ppremja wkoll lis-sidien ta’ Nacarat Campbell, is-sinjuri Caruana, Gatt u Mc Kay.

F’dan it-tmiem il-gimgha, Bazire qieghed izur Malta bhala mistieden ta’ Mario Xuereb, sid ewlieni ta’ zwiemel mhux biss f’Malta izda anki fi Franza. Hu iltaqa’ ma’ numru ta’ dilettanti u ma qghadx lura milli jitkellem ukoll dwar il-karriera tieghu, karriera li sal-lum fiha rebah il-fuq minn 3000 tigrija, fosthom il-famuza Prix d’Amerique darbtejn b’Moni Maker (1999) u Kesaco Phedo (2004).

Dan il-programm kien ukoll l-ahhar wiehed qabel il-waqfa tas-Sajf ghax fil-gimghat li gejjin il-kunsill tal-Malta Racing Club se jaghmel il-manutenzjoni necessarja fuq il-kumpless tal-Marsa.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Finali Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Loulou de la Rose (M. Ellul) Hin – 2. Trick The Lind (K. Mifsud) 3. Joker du Cornica (V. Grech) 4. Orasi Index (C. Vassallo)

II Tigrija. Finali Konsolazzjoni  Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Marchallach (R. Gatt) Hin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Above Roland (G. Attard) 3. Omega des Arpents (B. Hili) 4. Noel de Corneville (C. Caruana)

III Tigrija. Finali Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Apple Tooma (M. Ellul) Hin – 2.45.9” (1.17.4”) 2. Belbroughton Road (R. Gatt) 3. Loulou Noir (N. Baldacchino) 4. Nereus Galbe (J. Farrugia)

IV Tigrija. Finali Konsolazzjoni Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Pout de Quelaines (D. Galea) Hin – 2.44.7” (1.16.9”) 2. Charlie Smitt (M. Ellul) 3. Black Guy (C. Debono) 4. Zerbin (S. Cassar)

V Tigrija. Finali Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Master Lupin (R. Gatt) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Must du Buisson (C. Camilleri) 3. Familys’ Moonlight (J. Carabott) 4. Maitre de Bannes (D. Fenech)

VI Tigrija. Finali Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Nacarat Campbell (C. Camilleri) Hin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Nomade de Mai (N. Baldacchino) 3. Kingpin La Marc (R. Gatt) 4. Notre Allegro (M. Ghigo)

VII Tigrija. Finali Klassi Premier. Dist – 2140m.  1. Major Chaleonnais (C. Debono) Hin – 2.40.2” (1.14.8”) 2. Fire (M. Refalo) 3. Belafonte (C. Calleja) 4. Mentor de l’Iton (B. Hili)

VIII Tigrija. Finali Konsolazzjoni Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. She’s Dreamlike (J. Farrugia) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Match des Bannes (N. Baldacchino) 3. L’Ideal de Fersan (C. Caruana) 4. Triangel Kall (F. Tanti)

Originally published in Il Mument on the 24 July 2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives