//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Skip Dimanche jimpressjona fil-klassi Premier

Misjuq minn Charlo’ Debono, Skip Dimanche rebah it-tigrija ewlenija li saret il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet miftuha ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 1640m u kienet taghmel parti mill-erbghin laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott.

It-tigrija Premier kienet kontestata bejn ghaxar zwiemel. Skip Dimanche kien l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Matul l-ewwel metri dan iz-ziemel fetah vantagg ta’ nofs tul minn Energy As (Carmelo Farrugia) u Solid Lady Spin (Eugenio Bondin). L-andament tat-tigrija baqa’ wiehed kostanti sad-dritta finali bi Skip Dimanche jirnexxilu wkoll jikkontrolla fl-ahhar metri l-attakk ta’ Solid Lady Spin li spiccat fit-tieni post. Energy As u Uncle Sund (Toni Tanti) dahlu fit-tielet u r-raba’ post. B’hekk Skip Dimanche rnexxilu jiehu l-ewwel rebha fi xtutna wara zewg pjazzamenti fit-tielet post fl-ewwel hargiet tieghu. Il-medja tar-rebbieh kienet wahda ta’ 1.15.9” fil-kilometru.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, Julian Farrugia pogga lil Quick Cape quddiem sa mill-bidu nett tat-tigrija. Dan iz-ziemel kien qieghed jirritorna wara assenza ta’ seba’ xhur u rnexxilu jirbah b’tul quddiem Matador Knick (Carmelo Farrugia). Orage du Pont (Antoine Grech) u Kosai LJ (Frencu Cassar) akkwistaw it-tielet u r-raba’ pozizzjoni.

Bidu attraenti wara l-karozza tat-tluq ghin lid-debba debuttanta Zvediza Oscarina (Jonathan Farrugia) biex tiehu l-ewwel rebha f’pajjizna fit-tieni tigrija Gold. Din rebhet minghajr diffikulta’ u quddiem Kejser Flamingo (Rodney Gatt), ziemel iehor gdid Skandinavu, Wim (Brian Zammit) u Neptune Carisaie (Herman Mc Kay). Oscarina ghamlet l-ahjar hin tal-gurnata, medja ta’ 1.14.8” fil-kilometru.

Il-programm tal-lbierah inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda, ghalkemm il-Franciz Nuthan d’Emi (Rodney Gatt) mexxa lill-kumplament taz-zwiemel ghal kwazi d-distanza kollha, fl-ahhar metri kellu jithabat mhux ftit biex jikkontrolla l-assalt ta’ Navaroso de Khepri (Noel Baldacchino). Izor Rick (Eugenio Bondin) u Internet (Raymond Clifton) dahlu fit-tielet u r-raba’ post. Ghal Nuthan d’Emi din kienet it-tielet rebha stagjonali.

Stainless Steel (Charles Camilleri) inqabez minn Narcus du Roc (Noel Baldacchino) mitt metru mit-tmiem tat-tieni tigrija Silver. B’hekk Narcus du Roc ha r-raba’ rebha tal-istagun. Victory Farming (Peter Paul Said) u Noble d’Urzy (Jeffrey Said) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Bronze kienet Apple Tooma (Julian Farrugia) li rregistrat it-tieni rebha nfila taghha. Din id-debba Zvediza ta’ seba’ snin irritornat wara l-waqfa tas-Sajf, kienet il-hin kollu quddiem tul id-distanza u qasmet il-linja finali l-ewwel minn Rally Simb (James Briffa), Insa (Frencu Cassar) u Kulls Nero (Tony Demanuele).  Ghal Farrugia din kienet ukoll it-tieni rebha tal-gurnata. Pajarito Nada (Frans Tanti) u Louise Wood (Mark Desira) kellhom tmiem incert fit-tieni tigrija Bronze. Dan wara li dawn it-tnejn ziedu l-pass flimkien fl-ahhar 300m. Ir-rebha nghatat lil Louise Wood wara konsultazzjoni mal-photofinish, b’Don Valentino (Shawn Portelli) u Vera LH (David Ellul) itemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Il-laqgha tal-lbierah fethet b’tigrija tal-klassi Copper. Din zviluppat f’taqtiegha missielta fid-dritta finali bejn Fredrico Kim (Carmelo Farrugia) u Nashville Victory (Shawn Portelli). Bi ftit hareg rebbieh tal-ahhar, b’Miami du Coq (Michael Ghigo) u Camelot As (Mario Falzon) itemmu warajhom f’dik l-ordni.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Nashville Victory (S. Portelli) Hin – 2.06.5” (1.17.1”) 2. Fredrico Kim (C. Farrugia) 3. Miami du Coq (M. Ghigo) 4. Camelot As (M. Falzon)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Apple Tooma (J. Farrugia) Hin – 2.04.5” (1.15.9”) 2. Rally Simb (J. Briffa) 3. Insa (F. Cassar) 4. Kulls Nero (T. Demanuele)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Louise Wood (M. Desira) Hin – 2.07.1” (1.17.5”) 2. Pajarito Nada (F. Tanti) 3. Don Valentino (S. Portelli) 4. Vera LH (D. Ellul)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Nuthan d’Emi (R. Gatt) Hin – 2.05.8” (1.16.7”) 2. Navaroso de Khepri (N. Baldacchino) 3. Izor Rick (E. Bondin) 4. Internet (R. Clifton)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Quick Cape (J. Farrugia) Hin – 2.04.5” (1.15.9”) 2. Matador Knick (C. Farrugia) 3. Orage du Pont (A. Grech) 4. Kosai LJ (F. Cassar)

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Skip Dimanche (C. Debono) Hin – 2.04.5” (1.15.9”) 2. Solid Lady Spin (E. Bondin) 3. Energy As (C. Farrugia) 4. Uncle Sund (T. Tanti)

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Oscarina (J. Farrugia) Hin – 2.02.7” (1.14.8”) 2. Kejser Flamingo (R. Gatt) 3. Wim (B. Zammit) 4. Neptune Carisaie (H. Mc Kay)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Narcus du Roc (N. Baldacchino) Hin – 2.05.9” (1.16.8”) 2. Stainless Steel (C. Camilleri) 3. Victory Farming (P.P. Said) 4. Noble d’Urzy (J. Said)

Originally published on In-Nazzjon 26/09/2011 

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives