//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Keelan u Flash Coger jittrijonfaw fil-heats tal-klassi Premier

L-aktar zewg tigrijiet important li saru l-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu zewg heats ohra mill-kampjonat Cassar Fuels ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn intrebhu mid-Daniz Keelan u l-Izvediz Flash Coger u kienu jaghmlu parti mit-42 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott fuq l-istess distanza.

Fl-ewwel heat tal-klassi Premier hadu sehem hdax –il ziemel. Kien id-debuttant Daniz Joker C.N. (Noel Baldacchino) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Matul l-ewwel elf metru dan fetah vantagg zghir minn Ker Pellois (James Briffa) u Keelan (Paul Gauci). Izda fid-dritta finali t-tigrija hadet svolta differenti. Dan meta Joker C.N gie attakkat minn Keelan u l-favorit Livi Cantona (Charles Camilleri). Kien Keelan li ha l-ewwel rebha fi xtutna bi ftit mill-istess Livi Cantona u Joker C.N. Il-Germaniz Troy Boshoeve (Salvu Vella) temm fir-raba’ pozizzjoni u kkwalifika wkoll ghas-semi finali flimkien ma’ Key Value (Mark Tanti). Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.17.3” fil-kilometru.

Kien dawra mit-tmiem tat-tieni heat tal-klassi Premier li Julian Farrugia talab lil Flash Coger ihaffef fil-pass biex dan iz-ziemel ha l-ewwel rebha tas-sena bi ftit minn Lipouz Lesmelchen (Tony Demanuele). Id-debuttant Franciz Nabab Des Corvees (Sam Cassar), Mentor de l’Iton (Brian Hili) u Lord The Best (Mark Mifsud) ukoll ghaddew ghas-semi finali tal-kompetizzjoni. Flash Coger kellu medja ta’ 1.15.6” fil-kilometru.

Prezenti ghal-laqgha tal-lbierah kien hemm ukoll ufficjali fi hdan l-assocjazzjoni Franciza Association Nationale De Le Seignuer de Course. Din l-assocjazzjoni fi hdan is-socjeta’ Franciza SECF tigbor fiha trainers, sidien u sewwieqa veterani irtirati. Dawn l-ufficjali kellhom ukoll ic-cans li jipprezentaw plakka kommemorattiva lis-sidien taz-zwiemel rebbieha tal-heats tal-klassi Premier fil-prezenza ta’ Roderick Vella u Marco Millo ufficjali tal-Malta Racing Club u Pio Saliba li kkordina z-zjara tad-delegazzjoni Franciza.

Il-laqgha inkludiet ukoll tigrija wahda tal-klassi Gold. Fiha Lacoste IT (Eric Bezzina) irregistra t-tieni rebha f’Malta wara li fid-dritta finali kellu jithabat biex jikkontrolla l-assalt ta’ Matador Knick (Carmelo Farrugia). Tornado Hornline (Sebastian Schembri) u Race Ball (Tony Demanuele) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Fl-ewwel minn zewg tigrijiet riservati ghal zwiemel tal-klassi Silver, kien Osay de Viette (Herman Mc Kay) li ceda kompletament madwar 300m mill-linja finali. Dan inqabez minn Flying As (Jonathan Farrugia) li ha t-tieni rebha stagjonali minn Kaki de Peyrahout (Tony Demanuele). Law Suit (Noel Baldacchino) spicca fir-raba’ pozizzjoni.

It-tieni tigrija Silver kienet ikkaratterizzata minn taqtiegha interessanti bejn tliet zwiemel fl-ahhar 400m. Kien Zerbin (Sam Cassar) li temm l-ewwel bi ftit minn Master Lupin (Rodney Gatt) u l-favorit Narcus du Roc (Noel Baldacchino). Charlie Smitt (Frencu Cassar) akkwista r-raba’ post.

Sprint tajjeb mibdi madwar 250m mill-linja finali wassal lil Hardy Frontline (Ludvic Ghigo) biex jiehu l-ewwel rebha tas-sena fl-ewwel tigrija Bronze. Dan b’tul quddiem Kejser Engely (Shawn Portelli), Insa (Frencu Cassar) u Hickory Crown (Salvu Cutajar).

Orlando Dix (Charles Camilleri) zamm l-ewwel pozizzjoni tul id-distanza kollha tat-tieni tigrija Bronze. Dan ha l-ewwel rebha fi gziritna bi ftit minn Marco des Jacquots (Frencu Cassar), Onwards Star (James Carabott) u Kheops d’Ariane (Herman Mc Kay).

Il-laqgha tal-lbierah fethet b’zewg tigrijiet tal-klassi Copper. Fl-ewwel wahda il-favorit Loulou de la Rose (Julian Farrugia) zied il-pass dawra mit-tmiem u qasam il-linja finali l-ewwel. Izda dan aktar tard gie skwalifkat biex ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Inedit du Tachen (Pierre Caruana) quddiem Glowing Star (George Attard), Jet Starline (Mario Fenech) u Ilex Garden (Rodney Gatt).

Dwell kontinwu fl-ahhar metri tat-tieni tigrija Copper wassal lil Garden Pax (Charles Camilleri) biex johrog rebbieh bi ftit minn Jibilo du Terme (Noel Baldacchino). Monte Cinto Mag (Benny Briffa) u Great Line (Tony Demanuele) temmew warajhom f’dik l-ordni. Ghal Camilleri din kienet it-tieni rebha tal-gurnata.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Inedit du Tachen (P. Caruana) Hin – 2.49.8” (1.19.3”)  2. Glowing Star (G. Attard) 3. Jet Starline (M. Fenech) 4. Ilex Garden (R. Gatt)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Garden Pax (C. Camilleri) Hin –  2.47.5” (1.18.3”) 2. Jibilo du Terme (N. Baldacchino) 3. Monte Cinto Mag (B. Briffa) 4. Great Line (T. Demanuele)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Hardy Frontline (L. Ghigo) Hin – 2.47.9” (1.18.5”) 2. Kejser Engely (S. Portelli) 3. Insa (F. Cassar) 4. Hickory Crown (S.Cutajar)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Flying As (J. Farrugia) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Kaki de Peyrahout (T. Demanuele) 3. Osay de Viette (H. Mc Kay) 4. Law Suit (N. Baldacchino)

V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Orlando Dix (C. Camilleri) Hin – 2.49” (1.19”) 2. Marco des Jacquots (F. Cassar) 3. Onwards Star (J. Carabott) 4. Kheops d’Ariane (H. Mc Kay)

VI Tigrija. Heat Kampjonat Cassar Fuels. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Keelan (P. Gauci) Hin – 2.45.5” (1.17.3”) 2. Livi Cantona (C. Camilleri) 3. Joker CN (N. Baldacchino) 4. Troy Boshoeve (S. Vella) 5. Key Value (M. Tanti)

VII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Zerbin (S. Cassar) Hin – 2.46.9” (1.18”) 2. Master Lupin (R. Gatt) 3. Narcus du Roc (N. Baldacchino) 4. Charlie Smitt (F. Cassar)

VIII Tigrija. Heat Kampjonat Cassar Fuels. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Flash Coger (J. Farrugia) Hin – 2.41.9” (1.15.6”) 2. Lipouz Lesmelchen (T. Demanuele) 3. Nabab des Corvees (S. Cassar) 4. Mentor de l’Iton (B. Hili) 5. Lord The Best (M. Mifsud)

IX Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Lacoste IT (E. Bezzina) Hin – 2.46” (1.17.6”) 2. Matador Knick (C. Farrugia) 3. Tornado Hornline (S. Schembri) 4. Race Ball (T. Demanuele)

Sorpriza fl-Arc de Triomphe

Id-debba Germaniza Danedream, misjuqa wkoll minn Andrasch Starke, il-bierah wettqet sorpriza meta rebhet l-edizzjoni ta’ din is-sena tat-tigrija prestigjuza tal-galopp Prix de l’Arc de Triomphe li saret fil-korsa ta’ Longchamp fi Franza. Din id-debba, kwotata 20-1 u li ghandha tliet snin rebhet facilment minn Shareta u Snow Fairy.  Dizappuntanti kienet it-tigrija ghar-rebbieh tas-sena li ghaddiet Workforce

Originally published in In Nazzjon 03-10-2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives