//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Major Chaleonnais, Noble d’Ete u Ollie Fliptrik jispikkaw fit-tigrijiet ewlenin

It-43 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet saret il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Minn dawn certament spikkaw zewg tigrijiet tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2140m u li ntrebhu minn Major Chaleonnais f’idejn Charlo’ Debono u Noble d’Ete taht il-gwida ta’ Raymond Clifton u dik tal-galopp fuq distanza twila ta’ 1750m. F’din kien hemm is-success ta’ Ollie Fliptrik misjuq minn Sarah Borg.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier, in-Norvegiz Arifant (Noel Baldacchino) kien l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq u fl-ewwel metri fetah distakk ta’ tul minn Bonus Kall (Shawn Portelli). Madwar elf metru mill-linja finali Arifant beda jnaqqas il-pass u ntlahaq fost l-ohrajn mill-favorit Major Chaleonnais (Charlo’ Debono) b’dan tal-ahhar jiehu kontroll assolut tat-tigrija fl-ahhar metri u jirbah b’seba’ tulijiet quddiem Bonus Kall, Arnie Sensation (Carmelo Farrugia) u Arifant. Il-hames rebha tas-sena ta’ Major Chaleonnais waslet f’medja ta’ 1.15” fil-kilometru.

Il-favorit Niky du Donjon (James Carabott) ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Noble d’Ete (Raymond Clifton) fl-ahhar 600m tat-tieni tigrija Premier. Noble d’Ete rnexxilu jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta fit-tieni dehra tieghu fi xtutna b’Energy Launcher (Alex Cortis) u Dialect Af Prinfo (Shawn Formosa) jispiccaw fit-tielet u r-raba’ post. Noble d’Ete kellu medja ta’ 1.17.1” fil-kilometru.

Fl-uniku tigrija tal-galopp, kienet Virginia Med (Demis Zammit) l-aktar veloci mill-gagga tat-tluq. Matul l-ewwel elf metru din id-debba Irlandiza irnexxilha tiftah vantagg ta’ zewg tulijiet minn Ollie Fliptrik (Sarah Borg) u Joliminoi (Michael Sultana). Izda 500m mill-linja finali, Virginia Med bdiet tnaqqas mill-velocita’, inqabzet minn Ollie Fliptrik li ha r-raba’ rebha tas-sena minn Joliminoi, Mayfair Princess (Ramon Grima) u Genievre (Charles Pace).

Mill-kumplament tat-tigrijiet tat-trott li gew organizzati, numru ta’ zwiemel irnexxilhom jghaddu ghall-finali ta’ Condition Races diversi organizzati mill-Malta Racing Club bl-ghajnuna ta’ Cassar Fuels. Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold kien hemm tmiem incert bejn Kejser Flamingo (Rodney Gatt) li kellu l-kmand ghal parti twila tat-tigrija u Lucky Fan (Charles Camilleri) li zied il-pass fl-ahhar metri. Ir-rebha nghatat lil Lucky Fan b’Keyser Flamingo jigi skwalifikat. Wim (Brian Zammit), Lacoste IT (Eric Bezzina) u Jobie Lucky (Noel Baldacchino) temmew wara Lucky Fan f’dik l-ordni.

Charlie Smitt (Frencu Cassar) kien kontinwament fl-ewwel post matul id-distanza tal-ewwel tigrija tal-klassi Silver. Dan ittrijonfa b’tul minn Must du Buisson (Charles Camilleri). Zewg debuttanti, il-Franciz Pedros Au Top (Brian Zammit) u l-Germaniz Darco As (Mark Tanti) spiccaw warajhom f’dik l-ordni.

Fit-tieni tigrija tal-klassi Silver, kien Rodney Gatt li b’Odelvio issorprenda lil kulhadd bi sprint fuq in-naha ta’ gewwa meta z-zwiemel daru ghad-dritta finali taghhom. Dan kien l-ewwel success ta’ Odelvio fi gziritna b’Norfolk de Gouerie (Clifforty Calleja), Gin T Dalimo (Mark Mifsud) u Oural d’Asnois (Patrick Spiteri) itemmu fit-tieni, it-tielet u r-raba’ pozizzjoni.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Bronze kien hemm taqtiegha interessanti fid-dritta finali bejn tliet zwiemel. Dawn kienu Lucky Sauconnier (Andrew Farrugia), Above Roland (George Attard) u Papa’s Dream (Toni Tanti). Ir-rebha nghatat lil Above Roland wara li gie kkonsultat il-photofinish. Hickory Crown (Salvu Cutajar) temm fir-raba’ post.

Il-laqgha tal-lbierah fethet b’tigrija tal-klassi Copper. L-ahhar 500m ta’ din it-tigrija kienu determinanti biex Nashville Victory (Shawn Portelli) jibda l-assalt tieghu halli b’hekk jiehu l-kmand u jirbah b’distakk ta’ aktar minn ghaxar tulijiet quddiem Mirall Composite (Frans Tanti), Orasi Index (Clint Vassallo) u Kung Fjalar (Mark Desira). Ghal Nashville Victory din kienet it-tieni rebha konsekuttiva.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Nashville Victory (S. Portelli) Hin – 2.50.4” (1.19.6”) 2. Mirall Composite (F. Tanti) 3. Orasi Index (C. Vassallo) 4. Kung Fjalar (M. Desira)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Above Roland (G. Attard). Hin – 2.49.5” (1.19.2”) 2. Lucky Sauconnier (A. Farrugia) 3. Papa’s Dream (T. Tanti) 4. Hickory Crown (S. Cutajar)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Charlie Smitt (F. Cassar) Hin – 2.49.5” (1.19.2”) 2. Must du Buisson (C. Camilleri) 3. Pedros Au Top (B. Zammit) 4. Darco As (M. Tanti)

IV Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Ollie Fliptrik (S. Borg) Hin – 1.51.1” 2. Joliminoi (M. Sultana) 3. Mayfair Princess (R. Grima) 4. Genievre (C. Pace)

V Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Major Chaleonnais (C. Debono) Hin – 2.40.5” (1.15”) 2. Bonus Kall (S. Portelli) 3. Arnie Sensation (C. Farrugia) 4. Arifant (N. Baldacchino)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Lucky Fan (C. Camilleri) Hin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Wim (B. Zammit) 3. Lacoste IT (E. Bezzina) 4. Jobie Lucky (N. Baldacchino)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Noble d’Ete (R. Clifton) Hin – 2.45” (1.17.1”) 2. Niky du Donjon (J. Carabott) 3. Energy Launcher (A. Cortis) 4. Dialect Af Prinfo (S. Formosa)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Odelvio (R. Gatt) Hin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Norfolk de Gouerie (C. Calleja) 3. Gin T Dalimo (M. Mifsud) 4. Oural d’Asnois (P. Spiteri)

Originally published on In-Nazzjon 10/10/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives