//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Is-sitt rebha tas-sena ghal Livi Cantona

Nhar il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa kienu maghrufa l-ewwel finalisti tal-kampjonat Cassar Fuels miftuh ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dan wara li saret l-ewwel semi finali minn dan il-kampjonat u li kienet taghmel parti mill-44 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet. Din it-tigrija ntrebhet minn Livi Cantona f’idejn Charles Camilleri. Barra dan, il-programm inkluda wkoll tigrija tal-galopp fuq distanza twila ta’ 1750m u li fiha ttrijonfa l-favorit Fyelehk misjuq minn Michael Sultana.

Fis-semi finali tal-klassi Premier kien Lipouz Lesmelchen (Tony Demanuele) li mexxa lill-kumplament taz-zwiemel sa 400m mill-linja finali, sakemm dan il-Franciz ta’ hdax –il sena beda’ jnaqqas mill-pass u nqabez mill-kwotat Livi Cantona (Charles Camilleri) li ha s-sitt rebha tas-sena u kkonferma li hu fost l-aktar zwiemel konsistenti dan l-istagun. Ghaddew ukoll ghall-finali Oscarina (Jonathan Farrugia), Key Value (Mark Tanti) u Mentor de l’Iton (Brian Hili) li temmew fit-tielet, ir-raba’ u l-hames pozizzjoni. Livi Cantona kellu medja ta’ 1.16.6” fil-kilometru.

Kienu hamsa z-zwiemel li bdew mill-gagga tat-tluq tal-uniku tigrija tal-galopp. Kif kien mistenni kien l-Irlandiz Fyelehk (Michael Sultana) li ddomina tul id-distanza. Dan irnexxilu jirbah b’distakk kbir ta’ madwar ghaxar tulijiet minn Cheeky Jack (Ramon Grima), Just The Best (Oliver Briffa) u d-debuttant Irlandiz Prince Yarraman misjuq minn Charles Pace. Ghal Fyelehk din kienet it-tieni rebha minn daqstant dehriet f’Malta.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Loulou de la Rose (M. Ellul) Hin – 2.49.3” (1.19.1”) 2. Conrads Circle (S. Formosa) 3. Yotara Meerswall (B. Green) 4. Inedit du Tachen (P. Caruana)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Monte Cinto Mag (B. Briffa) Hin – 2.49” (1.19”) 2. Jeo de Touvois (C. Vassallo) 3. Lady June (R. Magro) 4. Past Dream (C. Magro)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Syllabub (R. Gatt) Hin – 2.46.6” (1.17.9”) 2. Apple Tooma (M. Ellul) 3. L’Ami du Popey (J. Farrugia) 4. Rally Simb (J. Briffa)

IV Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Fyelehk (M. Sultana) Hin – 1.49.8” 2. Cheeky Jack (R. Grima) 3. Just The Best (O. Briffa) 4. Prince Yarraman (C. Pace)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Orlando Tejy (N. Baldacchino) Hin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Naja In Blue (H. Mc Kay) 3. Magnifique Sablais (J. Farrugia) 4. Novak (T. Demanuele)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Mealington (D. Mizzi) Hin – 2.43.8” (1.16.6”) 2. Stainless Steel (C. Camilleri) 3. Nympheta de Bisoir (J. Farrugia) 4. Norton de Gaia (C. Debono)

VII Tigrija. Semi Finali. Kampjonat Cassar Fuels. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1.  Livi Cantona (C. Camilleri) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Lipouz Lesmelchen (T. Demanuele) 3. Oscarina (J. Farrugia) 4. Key Value (M. Tanti) 5. Mentor de l’Iton (B. Hili)

VIII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Naja du Tija (N. Barbara) Hin – 2.48.5” (1.18.9”) 2. Garden Pax (C. Camilleri) 3. Insa (F. Cassar) 4. Larissa du Breil (C. Calleja)

Originally published on Il-Mument 16-10-2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives