//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Lou Petiot jispikka fis-semi finali Premier

Misjuq minn sidu stess Michael Axisa, Lou Petiot irnexxilu jirbah l-aktar tigrija mistennija  li saret il-bierah fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa. Din kienet it-tieni semi finali mill-kampjonat Cassar Fuels ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u kienet taghmel parti mill-45 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott fuq distanza qasira. Originarjament dan il-programm kellu jsir il-Hadd izda gie pospost minhabba l-maltemp ta’ tmiem il-gimgha.

Mis-semi finali Premier kienu maghrufa l-ahhar hames finalisti tal-kampjonat Premier. Kien Carnegie Hall (Darren Mizzi) l-aktar ziemel b’sahhtu wara l-karozza tat-tluq. Dan fetah vantagg ta’ nofs tul minn Milord Barbes (Frencu Cassar) u Flash Coger (Julian Farrugia). Izda madwar 400m mill-linja finali kien Lou Petiot (Michael Axisa) li mar tnejn fuq in-naha ta’ barra, qabez lil Carnegie Hall u ha l-ewwel rebha stagjonali. Flash Coger, Norman d’Avril (Tony Demanuele) u Nabab des Corvees (Sam Cassar) ghaddew ukoll ghall-fazi finali. Lou Petiot kellu medja ta’ 1.15.7” fil-kilometru.

Mill-kumplament tat-tigrijiet li gew organizzati numru ta’ zwiemel ghaddew ukoll ghal sensiela ta’ finali ta’ Condition Races li qieghed isiru wkoll bl-ghajnuna ta’ Cassar Fuels. Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, Ludo de Bellande misjuq mis-sewwieq ta’ esperjenza Emmanuel Fenech ha t-tieni rebha stagjonali. Dan il-Franciz kien konsistenti tul id-distanza u ttrijonfa minn Loustic d’Anjou (Rodney Gatt),  Neptune Carisaie (Herman Mc Kay) u Matador Knick (Carmelo Farrugia).

It-tieni tigrija Gold kienet ikkaratterizzata minn dwell interessanti fl-ahhar metri bejn zewg debuttanti Beckham Bob (Charles Camilleri) u Touch of Diamond (David Ellul). Kien Beckham Bob li ha l-ewwel rebha fl-ewwel dehra b’Maitre de Bannes (Dario Fenech) u Notre Allegro (Michael Ghigo) itemmu fit-tielet u r-raba’ post.

Il-programm inkluda wkoll tliet tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda, Nevada Silver (Ronald Cassar) beda’ jnaqqas mill-velocita’ madwar 500m mill-linja finali u nqabez minn Lutan Villetot (Charles Camilleri) li rebah facilment b’vantagg ta’ tul u nofs. Crane Beach (Andre’ Farrugia) u Widget (Michael Ellul) spiccaw fit-tielet u r-raba’ pozizzjoni rispettivament.

Kien iz-zghazugh Redent Magro li pogga lil Onwards Star quddiem sa mill-bidu nett tat-tieni tigrija Silver. Dan iz-ziemel Franciz ma sab l-ebda problema biex jirregistra l-ewwel rebha fi xtutna minn Mezio Josselyn (Victor Fenech), Negro de Bourgogne (Rodney Gatt) u Owens Kin (Joseph Cassar).

Fit-tielet tigrija tal-klassi Silver, sprint fid-dritta finali wassal lil Victory Toll (Julian Farrugia) biex johrog rebbieh quddiem Noble Spirit (Noel Baldacchino). Hulot (Jason Vassallo) u Black Guy (Charlo’ Debono) spiccaw fit-tielet u r-raba’ pozizzjoni.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Bronze kien Nimeno (Noel Baldacchino) li kellu bidu attraenti wara l-karozza tat-tluq li fuq kollox ghinu biex izomm kontinwament l-ewwel pozizzjoni sa l-ahhar. Izda meta hareg ir-rizultat ufficjali dan iz-ziemel safa’ skwalifikat biex ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Omega des Arpents (Brian Hili). Dan minn Mario d’Orbec (Frencu Cassar), Pajarito Nada (Frans Tanti) u Keifer Trot (Mario Farrugia) li spiccaw warajh f’dik l-ordni.

Ocean Gede (Anthony Fenech) zied il-pass 700m mill-linja finali tat-tieni tigrija Bronze biex b’hekk irnexxilu jiehu l-ewwel rebha tas-sena. Dan b’vantagg ta’ madwar hames tulijiet minn Judon du Cap Vert (Eric Bezzina), Okapi d’Avril (Jason Cordina) u Noe de Loudat (Kevin Sciberras).

Il-laqgha tal-lbierah fethet b’tigrija tal-klassi Copper. Hawnhekk Tapper Kana (Darren Mizzi) kien dejjem quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel b’vantagg ta’ tul minn Mistral du Chene (Roswald Hili), Fredrico Kim (Carmelo Farrugia) u Verdi Broline (Lorraine Cunningham).

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Tapper Kana (D. Mizzi) Hin – 2.47.5” (1.18.3”) 2. Mistral du Chene (R. Hili) 3. Fredrico Kim (C. Farrugia) 4. Verdi Broline (L. Cunningham)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Omega des Arpents (B. Hili) Hin – 2.46.8” (1.18”)  2. Mario d’Orbec (F. Cassar) 3. Pajarito Nada (F. Tanti) 4. Keifer Trot (M. Farrugia)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lutan Villetot (C. Camilleri) Hin – 2.45” (1.17.1”) 2. Nevada Silver (R. Cortis) 3. Crane Beach (A. Farrugia) 4. Widget (M. Ellul)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Onwards Star (R. Magro) Hin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Mezio Josselyn (V. Fenech) 3. Negro de Bourgogne (R. Gatt) 4. Owens Kin (J. Cassar)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m.1. Ludo de Bellande (E. Fenech) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Loustic d’Anjou (R. Gatt) 3. Neptune Carisaie (H. Mc Kay) 4. Matador Knick (C. Farrugia)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m.1. Victory Toll (J. Farrugia) Hin – 2.46.5” (1.17.8”) 2. Noble Spirit (N. Baldacchino) 3. Hulot (J. Vassallo) 4. Black Guy (C. Debono)

VII Tigrija. Semi Finali. Kampjonat Cassar Fuels. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Lou Petiot (M. Axisa) Hin – 2.41.9” (1.15.7”) 2. Carnegie Hall (D. Mizzi) 3. Flash Coger (J. Farrugia) 4. Norman d’Avril (T. Demanuele) 5. Nabab des Corvees (S. Cassar

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Beckham Bob (C. Camilleri) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Touch of Diamond (D. Ellul) 3. Maitre de Bannes (D. Fenech) 4. Notre Allegro (M. Ghigo)

IX Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ocean Gede (A. Fenech) Hin – 2.49.5” (1.19.2”) 2. Judon du Cap Vert (E. Bezzina) 3. Okapi d’Avril (J. Cordina) 4. Noe de Loudat (K. Sciberras)

Originally published on In-Nazzjon 18/10/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives