//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Kimberley Downs u Cheeky Jack l-ewwel fis-semi finali Exotique

Il-bierah fil-korsa tal-Marsa nghata l-bidu ghall-kompetizzjoni Exotique ghaz-zwiemel tal-galopp fuq distanza twila ta’ 2250m. Dan permezz ta’ zewg semi finali li kienu jaghmlu parti mis-46 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet u li ntrebhu minn Kimberley Downs u Cheeky Jack. Il-programm inkluda wkoll tigrija normali tal-klassi Premier li bhall-kumplament tat-trott saret fuq distanza twila ta’ 2640m u li fiha rebah Niky du Donjon. Rodney Gatt temm l-ahjar sewwieq bi tliet rebhiet.

Miz-zewg semi finali ghal zwiemel tal-galopp tmien zwiemel ghaddew ghall-finali. Fl-ewwel wahda kien Friarscourt (Ramon Grima) fost l-aktar zwiemel veloci mill-gagga tat-tluq. Matul l-ewwel elf metru dan fetah distakk ta’ tul minn Tarruji (Oliver Briffa) u Ollie Fliptrik (Sarah Borg).  Izda madwar 500 mill-linja finali Friarscourt beda jnaqqas mill-pass u kien f’dak il-mument li Michael Sultana talab lill-Amerikan Kimberley Downs biex imur tlieta fuq in-naha ta’ barra, jiehu l-kmand u jittrijonfa b’vantagg ta’ madwar tmien tulijiet minn Wildnis (Eric Zammit). Friarscourt kellu jikkuntenta bit-tielet post filwaqt li Ollie Fliptrik (Sarah Borg) kien l-ahhar ziemel li kkwalifika ghall-finali bi pjazzament fir-raba’ pozizzjoni. Ghal Kimberley Downs din kienet ir-raba’ rebha tas-sena.

Cheeky Jack (Ramon Grima) iddomina matul id-distanza kollha tat-tieni semi finali tal-galopp. Dan irnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel b’vantagg kbir ta’ ghaxar tulijiet minn Prince Yarraman (Charles Pace), Genievre (Sarah Borg) u d-debuttant Amerikan Lite North Wind (Eric Zammit). Originarjament kienet Genievre li temmet it-tieni izda l-gurija ddecidiet li tikklassifika lil din id-debba fit-tielet post minhabba interferenza fl-ahhar metri, biex b’hekk it-tieni post inghata lil Prince Yarraman. Ghal Cheeky Jack din kienet it-tieni rebha f’Malta minn tliet dehriet.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Premier, l-ahhar 500m tat-tigrija kienu decizivi biex il-kwotat Niky du Donjon jirregistra t-tielet rebha stagjonali. Dan b’tul quddiem Lascar Beujolais (Clint Vassallo) u Dialect Af Prinfo (Charles Camilleri). Noble d’Ete (Raymond Clifton) spicca fir-raba’ pozizzjoni.

Il-Franciz Night Inlet (Mario Baldacchino) wera progress sostanzjali mill-ahhar hargiet tieghu. Fil-fatt sprint ftit metri mit-tmiem tal-ewwel tigrija tal-klassi Gold, ghin lil dan iz-ziemel biex jakkwista l-ewwel rebha fi gziritna minn No Comprendo (Andrew Farrugia), Kingpin La Marc (Noel Baldacchino) u Matador Knick (Carmelo Farrugia). Count Of Life (Michael Ellul) beda’ jnaqqas mill-pass 150m mit-tmiem tat-tieni tigrija tal-klassi Gold. Dan inqabez minn Kejser Flamingo (Rodney Gatt) li rebah quddiem Quick Cape (Julian Farrugia) u L’An Deux Milles (Chris Cassar).

Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Silver. Norton de Gaia (Noel Baldacchino) kien ghal hafna metri fl-ewwel post tal-ewwel wahda. B’hekk dan ha l-ewwel rebha tieghu b’tul minn Nuthan d’Emi (Rodney Gatt), Noble d’Urzy (Jeffrey Said) u Osay de Viette (Herman Mc Kay). Kien dawra mit-tmiem li Black Guy (Charlo’ Debono) zied fil-velocita’waqt it-tieni tigrija Silver. Fid-dritta finali dan iz-ziemel irnexxilu jikkontrolla l-assalt ta’ Master Lupin (Rodney Gatt) u jaqsam il-linja finali l-ewwel. Izda eventwalment safa’ skwalifikat biex ir-rebha nghatat lil Master Lupin minn Label Chouan (David Ellul), Lotus du Goth (Andrew Spiteri) u Flying As (Jonathan Farrugia) li temmew warajh f’dik l-ordni.

Il-laqgha tal-lbierah fethet b’zewg tigrijiet tal-klassi Bronze. Fl-ewwel wahda, Frans Tanti pogga lil Pajarito Nada quddiem madwar 500m mill-linja finali. Dan l-Izvediz ma sab ebda diffikulta’ biex jiehu l-ewwel rebha stagjonali b’vantagg ta’ ghaxar tulijiet minn Nico d’Orme (Charles Farrugia), It’s My Way (Brian Hili) u Kheops d’Ariane (Herman Mc Kay). Sprint qawwi madwar 150m mit-tmiem tat-tieni tigrija Bronze wassal lil Opimus (Rodney Gatt) biex jiehu t-tieni rebha f’pajjizna. Dan b’tul quddiem Rally Simb (John Briffa), Pretty Post (David Ellul) u One Fouteau (Jonathan Zammit).

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Pajarito Nada (F. Tanti) Hin – 3.28” (1.18.8”) 2. Nico d’Orme (C. Farrugia) 3. It’s My Way (B. Hili) 4. Kheops d’Ariane (H. Mc Kay)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Opimus (R. Gatt) Hin –  3.27.9” (1.18.8”) 2. Rally Simb (J. Briffa) 3. Pretty Post (D. Ellul) 4. One Fouteau (J. Zammit)

III Tigrija. Semi Finali Exotique Cup. Klassi Galopp. Dist – 2250m. 1. Kimberley Downs (M. Sultana) Hin – 2.20” 2. Wildnis (E. Zammit) 3. Friarscourt (R. Grima) 4. Ollie Fliptrik (S. Borg)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Norton de Gaia (N. Baldacchino) Hin – 3.30.1” (1.19.6”) 2. Nuthan d’Emi (R. Gatt) 3. Noble d’Urzy (J. Said) 4. Osay de Viette (H. Mc Kay)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Night Inlet (M. Baldacchino) Hin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. No Comprendo (A. Farrugia) 3. Kingpin La Marc (N. Baldacchino) 4. Matador Knick (C. Farrugia)

VI Tigrija. Semi Finali Exotique Cup. Klassi Galopp. Dist – 2250m. 1. Cheeky Jack (R. Grima) Hin – 2.19.5” 2. Prince Yarraman (C. Pace) 3. Genievre (S. Borg) 4. Lite North Wind (E. Zammit)

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Kejser Flamingo (R. Gatt) Hin – 3.27.4” (1.18.6”) 2. Quick Cape (J. Farrugia) 3. L’An Deux Milles (C. Cassar) 4. Count Of Life (M. Ellul)

VIII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Niky du Donjon (J. Vella) Hin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. Lascar Beujolais (C. Vassallo) 3. Dialect Af Prinfo (C. Camilleri) 4. Noble d’Ete (R. Clifton)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Master Lupin (R. Gatt) Hin – 3.26.3” (1.18.2”)  2. Label Chouan (D. Ellul) 3. Lotus du Goth (A. Spiteri) 4. Flying As (J. Farrugia)

Originally Published on In-Nazzjon 24/10/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives