//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Nashville Victory u Lutan Villetot jirbhu l-finali – Rebha ghal Marco Tanti f’tigrija nternazzjonali

Nashville Victory u Lutan Villetot rebhu l-ewwel finali minn sensiela ta’ kampjonati tat-trott organizzati bl-ghajnuna ta’ Cassar Fuels u li kienu riservati ghal zwiemel tal-klassi Copper u tal-klassi Silver. Dawn il-finali, fuq distanza qasira ta’ 2140m kienu jaghmlu parti mis-47 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet tat-trott.

Nashville Victory (Shawn Portelli) bin-numru 3 jidher jirbah il-finali mill-kampjonat Cassar Fuels ghal zwiemel tal-klassi Copper quddiem Conrads Circle (Shawn Formosa) bin-numru 7.

Nashville Victory (Shawn Portelli) bin-numru 3 jidher jirbah il-finali mill-kampjonat Cassar Fuels ghal zwiemel tal-klassi Copper quddiem Conrads Circle (Shawn Formosa) bin-numru 7.

Il-finali ghal zwiemel tal-klassi Copper kienet ikkaratterizzata minn tmiem mill-isbah bejn Nashville Victory (Shawn Portelli) u Conrads Circle (Shawn Formosa) li kellhom sprint qawwi flimkien 300m mit-tmiem. Ir-rebha hadha Nashville Victory wara konsultazzjoni mal-photofinish b’Monte Cinto Mag (Benny Briffa) u Tapper Kana (Darren Mizzi) itemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Il-favorit Mealington (Darren Mizzi) kien ghal hafna hin fl-ewwel post fil-finali Silver. Izda 450m mit-tmiem dan beda jnaqqas mill-pass u nqabez minn erba’ zwiemel ohra, fosthom mir-rebbieh Lutan Villetot (Charles Camilleri) li ttrijonfa bi ftit minn Navada Silver (Ronald Cassar), Must du Buisson (Michael Ellul) u Odelvio (Rodney Gatt). Ghar-rebbieh din kienet it-tieni rebha konsekuttiva.

Il-programm inkluda wkoll tigrija tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u ohra internazzjonali fuq 2140m li fiha sewwieqa Maltin sfidaw bi zwiemel taghhom sewwieqa Zvedizi mill-korsa ta’ Solvalla.  Intant kien Master Perrine (Nathaniel Barbara) li fit-tigrija Premier zied il-pass 500m mill-linja finali biex ha t-tieni rebha tal-istagun minn True Q (Shawn Portelli). Kakisis (Johan Axisa) u Arnie Sensation (Carmelo Farrugia) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Fit-tigrija nternazzjonali kien is-sewwieq zghazugh Malti Marco Tanti li temm rebbieh. Hu pogga quddiem lil Darco As f’nofs id-dritta finali biex dan iz-ziemel ha l-ewwel rebha f’Malta quddiem tliet partecipanti Zvedizi li kienu Jan Skoglund b’King Boy Du Dane, Lasse Punkari b’Izor Rick u Mats Holmstedt b’Brokkur TYC.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. King de Bourdenay (C. Camilleri) Hin – 3.30” (1.19.5”) 2. Marathon d’Isques (M. Fenech) 3. Past Dream (C. Magro) 4. Noel de Corneville (G. Pace)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Kaolin de Bannes (E. Fenech) Hin – 3.30.4” (1.19.7”) 2. Matin du Loir (N. Baldacchino) 3. Xenia Mic (D. Ellul) 4. Lotus (C. Camilleri)

III Tigrija. Finali Cassar Fuels. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Nashville Victory (S. Portelli) Hin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Conrads Circle (S. Formosa) 3. Monte Cinto Mag (B. Briffa) 4. Tapper Kana (D. Mizzi)

IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Hickory Crown (S. Cutajar) Hin – 3.29.4” (1.19.3”) 2. Splanky (D. Fenech) 3. Leader Changerie (S. Portelli) 4. The Womanizer (A. Polidano)

V Tigrija. Tigrija Nternazzjonali Malta-Solvalla. Klassi Open. Dist – 2140m. 1. Darco As (M. Tanti) Hin – 2.46” (1.17.6”) 2. King Boy du Dane (J. Skoglund) 3. Izor Rick (L. Punkari) 4. Brokkur TYC (M. Holmstedt)

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Master Perrine (N. Barbara) Hin – 3.22.8” (1.16.8”) 2. True Q (S. Portelli) 3. Kakisis (J. Axisa) 4. Arnie Sensation (C. Farrugia)

VII Tigrija. Finali. Kampjonat Cassar Fuels. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lutan Villetot (C. Camilleri) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Nevada Silver (R. Cassar) 3. Must du Buisson (M. Ellul) 4. Odelvio (R. Gatt)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Hulot (J. Vassallo) Hin – 3.29.9” (1.19.5”) 2. Winner Farming (E. Mallia) 3. Neptune Williams (H. Mc Kay) 4. Lime Casted (C. Camilleri)

Originally published on Il-Mument 30/11/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives