//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Livi Cantona fi klassi ghalih fil-finali Premier

Il-bierah wara nofsinhar gew fi tmiemhom is-sensiela ta’ finali mill-kompetizzjoni Cassar Fuels fuq distanza ta’ 2140m. Dan wara li fil-korsa tal-Marsa saret it-48 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet kollha ghal tat-trott u li nkludiet tliet finali b’dik l-aktar importanti, tal-klassi Premier tintrebah mill-favorit Livi Cantona misjuq minn Charles Camilleri.

Kif inghata l-bidu ufficjali tal-finali Premier kien Carnegie Hall (Darren Mizzi) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Dan fetah vantagg zghir minn Norman d’Avril (Noel Baldacchino) u Flash Coger (Julian Farrugia). Madwar 700m mit-tmiem Carnegie Hall beda jnaqqas mill-pass u kien Flash Coger li approfitta minn dan biex mar quddiem.

Izda dan l-Izvediz zamm l-ewwel post ghal ftit metri, sakemm inqabez mill-favorit Livi Cantona li f’idejn Charles Camilleri u f’medja tajba ta’ 1.14.7” fil-kilometru ha s-seba’ rebha stagjonali u t-tieni wahda konsekuttiva bi tliet tulijiet minn Lou Petiot (Michael Axisa) Lipouz Lesmelchen (Tony Demanuele) u Nabab des Corvees (Sam Cassar). Fi tmiem il-finali Matthew Brincat, ic-chairman tal-Malta Racing Club, ippremja lis-sidien ta’ Livi Cantona u lis-sewwieq Charles Camilleri.

Fil-finali tal-klassi Gold, Naja In Blue (Mario Falzon) beda’ jhaffef fil-pass dawra mit-tmiem. Fl-ahhar metri dan il-Franciz irnexxilu jikkontrolla l-isfida tal-kwotati Beckham Bob (Charles Camilleri) u Magnifique Sablais (Julian Farrugia). Touch The Diamond (David Ellul) temm fir-raba’ pozizzjoni. B’hekk Naja In Blue ha l-ewwel rebha fi xtutna.

Ghaxar zwiemel ohra bdew fil-finali ghal zwiemel tal-klassi Bronze. Kien madwar 500m mill-linja finali li Rodney Gatt pogga lill-kwotat Syllabub tlieta fuq in-naha ta’ barra biex mar quddiem. B’hekk dan iz-ziemel irregistra t-tielet rebha stagjonali u t-tieni wahda nfila minn Above Roland (George Attard), Judon du Cap Vert (Eric Bezzina) u Garden Pax (Charles Camilleri).

Wahda mid-disa’ tigrijiet li gew organizzati kienet wahda normali tal-klassi Gold. Hawnhekk attakk mibdi 600m mit-tmiem wassal lil Peasant Galant (Shawn Portelli) biex jiehu l-ewwel rebha tas-sena minn Milano du Gite (Alex Cortis), Surprise Lania (Noel Baldacchino) u Zerbin (Sam Cassar).

Fil-laqgha tal-lbierah saru wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Silver. L-ewwel wahda kienet ikkaratterizzata minn dwell interessanti fid-dritta finali bejn Super Mack Grocer (Mario Borg) u CJ Blueeyedkissed (Chris Vassallo). Wara li gie kkonsultat il-photofinish, ir-rebha nghatat lil Super Mack Grocer b’Oural d’Asnois (Patrick Spiteri) u Oscardo du Val (Jeffrey Pace) jidhlu warajhom fit-tielet u r-raba’ post. L-ahhar 900m kienu determinanti biex Baronello (Jason Vassallo) johrog rebbieh fit-tieni tigrija Silver. Dan minghajr ebda tbatija u quddiem Joss Royal (Josef Farrugia), Orage d’Urzy (Noel Baldacchino) u Crane Beach (Darren Mizzi).

Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Bronze. Magnum (Frans Gauci) kien il-hin kollu quddiem matul l-ewwel tigrija Bronze. Dan rebah b’tul quddiem Robin Lou (Michael Ellul), Marco des Jacquots (Frencu Cassar) u Orlov du Poncelet (Julian Farrugia). Minn naha l-ohra sprint qawwi madwar 300m mill-linja finali ghin lil Larissa du Breil (Clifforty Calleja) biex tidhol l-ewwel fit-tieni tigrija Bronze. Kejser Engely (Shawn Portelli), Hardy Frontline (Ludvic Ghigo) u Mattahari (George Schembri) temmew warajha f’dik l-ordni. Ghal Larissa du Breil din kienet it-tielet rebha tas-sena.

Il-laqgha fethet b’tigrija tal-klassi Copper. Inedit du Tachen (Pierre Caruana), li zied il-pass dawra mit-tmiem, inqabez fuq il-linja finali minn Jet Starline (Mario Fenech). Glowing Star (George Attard) u Gamin Launcher (Jeffrey Xerri) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Jet Starline (M. Fenech) Hin – 3.31.5” (1.20.1”) 2. Inedit du Tachen (P. Caruana) 3. Glowing Star (G. Attard) 4. Gamin Launcher (J. Xerri)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Magnum (F. Gauci) Hin – 3.28.5” (1.19”) 2. Robin Lou (M. Ellul) 3. Marco des Jacquots (F. Cassar) 4. Orlov du Poncelet (J. Farrugia)

III Tigrija. Finali Cassar Fuels. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Syllabub (R. Gatt) Hin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Above Roland (G. Attard) 3. Judon du Cap Vert (E. Bezzina) 4. Garden Pax (C. Camilleri)

IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Larissa du Breil (C. Calleja) Hin – 3.28” (1.18.8”) 2. Kejser Engely (S. Portelli) 3. Hardy Frontline (L. Ghigo) 4. Mattahari (G.Schembri)

V Tigrija.  Finali Cassar Fuels. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Livi Cantona (C. Camilleri) Hin – 2.39.9” (1.14.7”) 2. Lou Petiot (M. Axisa) 3. Lipouz Lesmelchen (T. Demanuele) 4. Nabab des Corvees (S. Cassar)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Super Mack Grocer (M. Borg) Hin – 3.26.9” (1.18.4”) 2. CJ Blueeyedkissed (C. Vassallo) 3. Oural d’Asnois (P. Spiteri) 4. Oscardo du Val (J. Pace)

VII Tigrija. Finali Cassar Fuels. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Naja In Blue (M. Falzon) Hin – 2.43” (1.16.2”) 2. Beckham Bob (C. Camilleri) 3. Magnifique Sablais (J. Farrugia) 4. Touch The Diamond (D. Ellul)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Peasant Gallant (S. Portelli) Hin –3.25.2” (1.17.7”) 2. Milano du Gite (A. Cortis) 3. Surprise Lania (N. Baldacchino) 4. Zerbin (S. Cassar)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Baronello (J. Vassallo) Hin – 3.28.1” (1.18.8”) 2. Joss Royal (J. Farrugia) 3. Orage d’Urzy (N. Baldacchino) 4. Crane Beach (Darren Mizzi)

Originally Published on In-Nazzjon 31/10/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives