//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Kimberley Downs ma jfallix fil-finali Exotique

Il-favorit Amerikan Kimberley Downs, misjuq minn Michael Sultana, irnexxilu jirbah l-aktar tigrija mistennija li saret il-bierah fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali ghat-Tazza Exotique ghal zwiemel tal-galopp u kienet taghmel parti mid-49 programm tas-sena fuq ghaxar tigrijiet. Din il-finali saret fuq distanza twila ta’ 2250m. Il-progamm inkluda tigrija ohra tal-galopp filwaqt li l-kumplament tat-tigrijiet tat-trott ingrew fuq distanza maratona ta’ 3140m.

Sebgha kienu z-zwiemel li hadu sehem fil-finali tal-galopp. Kien Cheeky Jack (Ramon Grima) l-aktar ziemel veloci mill-gagga tat-tluq u fl-ewwel metri fetah vantagg zghir minn Genievre (Sarah Borg) u Ollie Fliptrik (Demis Zammit). Izda d-distanza ta’ 2250m kienet kemmxejn twila ghal Cheeky Jack u dawra mit-tmiem dan iz-ziemel beda’ jnaqqas mill-pass u kien attakkat mhux biss minn Ollie Fliptrik izda anki mir-rebbieh Kimberley Downs li f’idejn Michael Sultana ha kontroll assolut tat-tigrija 600m mill-linja finali.

B’hekk Kimberley Downs temm rebbieh facilment b’distakk ta’ tliet tulijiet minn Cheeky Jack u Ollie Fliptrik. Wildnis (Eric Zammit) temm fir-raba’ pozizzjoni. Ghal Kimberley Downs din kienet il-hames rebha stagjonali u fi tmiem il-finali, Grace Borg, Direttrici tal-kumpanija Exotique ippremjat lil Michael Sultana u lis-sidien tal-istess Kimblerley Downs. Ir-rebbieh ghamel hin totali ta’ 2.19.8”.

Fit-tieni tigrija tal-galopp, Ramon Grima pogga lil Nuage de la Tour quddiem 400m mit-tmiem biex dan iz-ziemel ha t-tieni rebha tas-sena minn Salsiane (Eric Zammit) u Pride Of India (Michael Sultana). Id-debuttant Irlandiz Little Benny (Demis Zammit) temm fir-raba’ pozizzjoni.

It-tigrija tal-klassi Premier kienet wahda kumbattuta u incerta sal-ahhar. Kien Energy Launcher (Alex Cortis) li finalment hareg rebbieh wara li kellu assalt tajjeb erbgha fuq in-naha ta’ barra fl-ahhar 500m. B’hekk dan l-Izvediz irnexxilu jiehu s-sitt rebha ghal din is-sena bi ftit mid-debuttant Franciz Nous Dix De L’Evre (Michael Ghigo), Lover Boy Index (Mark Desira) u Dialect Af Prinfo (George Attard).

Tnejn mit-tigrijiet li gew organizzati kienu wkoll riservati ghal zwiemel tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, Magnifique Sablais (Julian Farrugia) ikkonferma li hu fost l-aktar konsistenti ta’ din is-sena meta rnexxilu jiehu s-seba’ rebha stagjonali wara li mar quddiem fl-ahhar 200 metru. Dan minghajr diffikulta’ u quddiem Vasterbo Hitchiker (Raymond Clifton) u Match de Bannes (Noel Baldacchino). Matador Knick (Carmelo Farrugia) akkwista r-raba’ pozizzjoni.

Naja In Blue (Mario Falzon) zied fil-velocita’ dawra mit-tmiem tat-tieni tigrija Gold. B’hekk dan iz-ziemel irnexxilu jiehu t-tieni rebha nfila b’tul minn Gigo Lloyd (Clint Vassallo), Peasant Gallant (Shawn Portelli) u L’An Deux Milles (Chris Cassar).

Attakk mibdi 300m mit-tmiem wassal lil Narcus du Roc (Julian Farrugia) biex jiehu l-hames rebha tas-sena fit-tigrija Silver. Dan bi ftit minn Newton du Pic (Redent Magro), Orage d’Urzy (Charles Camilleri) u Mealington (Darren Mizzi).

L-uniku tigrija tal-klassi Bronze, kienet ikkaratterizzata minn taqtiegha ferm interessanti bejn erba’ zwiemel fl-ahhar metri taghha. Kien George Attard li ssorprenda lil kulhadd meta b’Luriga Liz sab l-ispazju biex fid-dritta finali jattakka minn naha ta’ gewwa biex b’hekk din id-debba hadet it-tielet rebha tal-istagun. Loulou Noir (Rodney Gatt), King de Bourdenay (Charles Camilleri) u Silvio Baldwin (Kevin Sciberras) spiccaw it-tigrija wara Luriga Liz f’dik l-ordni.

Il-laqgha nkludiet tliet tigrijiet tal-klassi Copper li ntrebhu minn Yotara Meerswal (Mario Falzon) li ha l-ewwel rebha f’Malta wara sprint fl-ahhar metri; Jet Starline (Mario Fenech) li akkwista t-tieni rebha nfila u Koko Loco (Cliferty Calleja) li kien il-hin kollu quddiem tul id-distanza.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Yotara Meerswal (M. Falzon) Hin – 4.12.5” (1.20.4”) 2. Gamin Launcher (J. Xerri) 3. Napoleon Hjo (N. Baldacchino) 4. Juaben (S. Portelli)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Jet Starline (M. Fenech) Hin – 4.15.9” (1.21.5”) 2. Ideal de Suce (C. Vassallo) 3. Matin du Loir (N. Baldacchino) 4. Lotus (C. Camilleri)

III Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 2250m. 1. Nuage de la Tour (R. Grima) Hin – (2.24.9”) 2. Salsiane (E. Zammit) 3. Pride Of India (M. Sultana) 4. Little Benny (D. Zammit)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Magnifique Sablais (J. Farrugia) Hin – 4.05.8” (1.18.3”) 2. Vasterbo Hitchiker (R. Clifton) 3. Match de Bannes (N. Baldacchino) 4. Matador Knick (C. Farrugia)

V Tigrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Koko Loco (C. Calleja) Hin – 4.10.8” (1.19.9”) 2. Kaolin de Bannes (E. Fenech) 3. Omegane de Lubin (N. Baldacchino) 4. What’s Up (O. Briffa)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Naja In Blue (M. Falzon) Hin – 4.06.3” (1.18.4”) 2. Gigo Lloyd (C. Vassallo) 3. Peasant Gallant (S. Portelli) 4. L’An Deux Milles (C. Cassar)

VII Tigrija. Finali. Tazza Exotique. Klassi Galopp. Dist – 2250m. 1. Kimberley Downs (M. Sultana) Hin – (2.19.8”) 2. Cheeky Jack (R. Grima) 3. Ollie Fliptrik (D. Zammit) 4. Wildnis (E. Zammit)

VIII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Luriga Liz (G. Attard) Hin – 4.13.1” (1.20.6”) 2. Loulou Noir (R. Gatt) 3. King de Bourdenay (C. Camilleri) 4. Silvio Baldwin (K. Sciberras)

IX Tigrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Energy Launcher (A. Cortis) Hin – 4.04.7” (1.17.9”) 2. Nous Dix De L’Evre (M. Ghigo) 3. Lover Boy Index (M. Desira) 4. Dialect Af Prinfo (G. Attard)

X Tigrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Narcus du Roc (J. Farrugia) Hin – 4.06.1” (1.18.4”) 2. Newton du Pic (R. Magro) 3. Orage d’Urzy (C. Camilleri) 4. Mealington (D. Mizzi)

Originally Published on In-Nazzjon 07/11/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives