//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Mica Bonero u Mig Of The Wood jispikkaw fil-klassi Premier

L-aktar zewg tigrijiet importanti li kien hemm il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu miftuha ghal zwiemel tal-oghla klassi Premier. Dawn kienu jaghmlu parti mill-hamsin laqgha tal-istagun fuq hdax –il tigrija kollha ghal tat-trott fuq distanza twila ferm ta’ 3140m. Iz-zewg tigrijiet Premier intrebhu minn Mica Bonero misjuq minn David Galea u Mig Of The Wood taht il-gwida ta’ Noel Baldacchino.

Kien Milord Barbes (Frencu Cassar) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq waqt il-bidu ufficjali tal-ewwel tigrija Premier. Dan fetah vantagg zghir fuq Skip Dimanche (Charlo’ Debono) u l-favorit Niky du Donjon (James Carabott). Milord  Barbes zamm l-ewwel post sakemm iz-zwiemel bdew jippreparaw biex iduru ghad-dritta finali. Kien f’dak il-mument li dan iz-ziemel inqabez minn Mica Bonero (David Galea) li ha l-ewwel rebha tas-sena minn Troy Boshoeve (Salvu Vella). L’As De Seuilly (Kevin Sciberras) spicca fir-raba’ pozizzjoni. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.18.6” fil-kilometru.

L-ahhar metri tat-tieni tigrija tal-klassi Premier kienu ferm aktar kumbattuti. Din it-tigrija zviluppat f’taqtiegha interessanti bejn hames zwiemel fejn finalment kien il-gdid Franciz Mig Of The Wood (Noel Baldacchino) li rnexxilu jiehu l-ewwel rebha tieghu. Dan quddiem debuttant iehor Franciz, Nevaio des Bordes (Brian Hili) filwaqt li Mon Daniel (James Carabott) u True Q (Shawn Portelli) kellhom pjazzament fit-tielet u r-raba’ pozizzjoni. It-tigrija ntrebhet f’medja ta’ 1.19” fil-kilometru.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, Charles Camilleri pogga lil Knockout Molar quddiem f’nofs id-dritta finali. B’hekk dan id-Daniz ta’ disa’ snin ha l-ewwel rebha f’Malta fit-tieni dehra tieghu bi ftit minn Bankir Zon (Clint Vassallo), Baronello (Jason Vassallo) u Lotus du Goth (Andrew Spiteri).

Alex Cortis ha l-kmand b’Milano du Gite madwar 400m mit-tmiem tat-tieni tigrija Gold. B’hekk dan iz-ziemel ma fallix milli jaqsam il-linja finali l-ewwel b’vantagg kbir ta’ ghaxar tulijet, fl-ahjar medja tal-gurnata, dik ta’ 1.17.7” fil-kilometru u minn Big Hit (Charlo’ Debono), Neptune Carisaie (Mario Fenech) u Midoun du Home (Charles Camilleri).

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver id-debuttant Franciz Oyos (Mario Farrugia) ukoll ha l-ewwel rebha tieghu fi gziritna wara li fid-dritta finali ghamel assalt tajjeb fuq in-naha ta’ gewwa. Dan rebah bi ftit minn Pajarito Nada (Frans Tanti). Oh Chef Du Dray (Andrew Farrugia) u Napitano (Salvu Cutajar) dahhlu warajhom f’dik l-ordni.

Is-sewwieq zghazugh Frans Gauci qassam it-tigrija kif xtaq meta kien qieghed isuq liz-ziemel tieghu Magnum fit-tieni wahda Silver. Dan okkupa l-ewwel post tul id-distanza u ttrijonfa b’erba’ tulijiet u nofs quddiem Kaki de Peyrahout (Noel Baldacchino). Noble d’Urzy (Jeffrey Said) u Nep (Christian Xerri) dahlu rispettivament fit-tielet u r-raba’ pozizzjoni.

Sprint tajjeb madwar 250m mill-linja finali ghin mhux ftit lil Nagano Phedo (Christian Xerri) biex ukoll jakkwista l-ewwel rebha tieghu fi xtutna fit-tielet tigrija Silver. Dan minghajr ebda diffikulta’ u quddiem L’Ideal De Fersan (Kevin Sciberras), Must du Buisson (Charles Camilleri) u Geronimos Cadillac (Shawn Axisa).

Fl-ahhar tigrija Silver kien Cross Country FC (Marco Debono) li ha t-tieni rebha stagjonali. Dan iz-ziemel ha l-kmand fid-dritta finali u kellu jithabat mhux ftit biex jikkontrolla l-attakki ta’ Nuthan d’Emi (Carl Caruana), Osay de Viette (Herman Mc Kay) u Stainless Steel (Charles Camilleri).

Il-laqgha tal-lbierah inkludiet ukoll tliet tigrijiet tal-klassi Bronze. Dawn intrebhu minn Hawkear (Charles Camilleri) li rregistra r-raba’ rebha tas-sena; Lady Holmely (Jeffrey Said) li kellha sprint tajjeb fl-ahhar metri u Orlov du Poncelet (Julian Farrugia) li zied il-pass 400m mit-tmiem.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Hawkear (C. Camilleri) Hin – 4.10.9” (1.19.9”) 2. Kejser Engely (S. Portelli) 3.Cocos Kaos (J. Vassallo) 4. Monte Cinto Mag (B. Briffa)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Lady Holmely (J. Said) Hin – 4.09.7” (1.19.5”) 2. Monticello (W. Farrugia) 3. Larissa du Breil (C. Calleja) 4. Nico d’Orme (C. Farrugia)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Oyos (M. Farrugia) Hin – 4.11” (1.19.9”) 2. Pajarito Nada (F. Tanti) 3. Oh Chef Du Dray (A. Farrugia) 4. Napitano (S. Cutajar)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Knockout Molar (C. Camilleri) Hin – 4.08.8” (1.19.2”) Bankir Zon (C. Vassallo) 3. Baronello (J. Vassallo) 4. Lotus du Goth (A. Spiteri)

V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Orlov du Poncelet (J. Farrugia) Hin – 4.08” (1.19”) 2. November Oaks (C. Camilleri) 3. Omega des Arpents (B. Hili) 4. Natif du Moulin (F. Gauci)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Magnum (F. Gauci) Hin – 4.15.6” (1.21.4”) 2. Kaki de Peyrahout (N. Baldacchino) 3. Noble d’Urzy (J. Said) 4. Nep (C. Xerri)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Mica Bonero (D. Galea) Hin – 4.06.7” (1.18.6”) 2. Troy Boshoeve (S. Vella) 3. Milord Barbes (F. Cassar) 4. L’As de Seuilly (K. Sciberras)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Nagano Phedo (C. Xerri) Hin – 4.11.3” (1.20”) 2. L’Ideal De Fersan (K. Sciberras) 3. Must du Buisson (C. Camilleri) 4. Geronimos Cadillac (S. Axisa)

IX Tigrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Mig Of The Wood (N. Baldacchino) Hin – 4.08.1” (1.19”)  2. Nevaio des Bordes (B. Hili) 3. Mon Daniel (J. Carabott) 4. True Q (S. Portelli)

X Tigrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Milano du Gite (A. Cortis) Hin – 4.04” (1.17.7”) 2. Big Hit (C. Debono) 3. Neptune Carisaie (M. Fenech) 4. Midoun du Home (C. Camilleri)

XI –il Tigrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Cross Country FC (M. Debono) Hin – 4.13.2” (1.20.6”) 2. Nuthan d’Emi (C. Caruana) 3. Osay de Viette (H. Mc Kay) 4. Stainless Steel (C. Camilleri)

Originally published on In-Nazzjon 14/11/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives