//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

It-tielet rebha ghal Milord Barbes fil-heat Premier

Tmienja mit-tigrijiet li gew organizzati l-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa u li kienu riservati ghal zwiemel tat-trott taw il-bidu ghal tliet kampjonati ghal zwiemel Francizi organizzati mill-Malta Racing Club bl-ghajnuna tal-assocjazzjoni Franciza Societe’ du Cheval Francais. Dawn il-heats saru fuq distanza twila ta’ 2640m u kienu jaghmlu parti mill-51 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet. Mill-heats li gew organizzati, l-aktar wahda importanti kienet dik mill-Prix de Vincennes ghal zwiemel tal-oghla klassi Premier u li ntrebhet minn Milord Barbes misjuq mill-veteran Frencu Cassar.

Hdax –il ziemel hadu sehem fil-heat Premier li sitta minnhom ikkwalifikaw ghas-semi-finali. Wara li l-favorit Mig Of The Wood (Noel Baldacchino) mexxa lill-kumplament tal-partecipanti ghal parti twila tad-distanza, fl-ahhar metri dan ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Milord Barbes (Frencu Cassar) li ha t-tielet rebha tas-sena. Norman d’Avril (Kurt Saliba) temm fit-tielet post quddiem Lou Petiot (Michael Axisa) u Normand d’Oger li ghall-okkazjoni kien misjuq mill-professjonali Franciz Christian Boisnard. Nabab des Corvees (Sam Cassar) kien l-ahhar ziemel li kkwalifika ghas-semi finali. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.16.7” fil-kilometru.

Saru wkoll zewg heats mill-Prix d’Enghien ghal zwiemel tal-klassi Gold. Dawn intrebhu mid-debuttant Franciz Oscar de la Vallee (Noel Baldacchino) li kellu sprint qawwi fl-ahhar metri u minn No Comprendo (Andrew Farrugia) li ddomina tul id-distanza.

Fl-uniku tigrija tal-galopp, li saret fuq distanza qasira ta’ 1250m, kien Little Benny (Oliver Briffa) l-aktar veloci mill-gagga tat-tluq. Dan l-Irlandiz zamm l-ewwel post sakemm iz-zwiemel daru ghad-dritta finali u spicca jinqabez minn Prince Yarraman (Michael Sultana) li ha l-ewwel rebha f’Malta minn Lite North Wind (Ramon Grima). Salsiane (Eric Zammit) temmet fir-raba’ pozizzjoni.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Kamido (R. Hili) Hin – 3.27.3” (1.18.5”) 2. One Fouteau (R. Clifton) 3. Notre Bellouet (C. Gerada) 4. Novel Oaks (J. Carabott)

II Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Orgeat (R. Gatt) Hin – 3.27.4” (1.18.6”) 2. King Boy Du Dane (C. Debono) 3. Not Before (S. Portelli) 4. Kheops d’Ariane (H. Mc Kay)

III Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1250m. 1. Prince Yarraman (M. Sultana) Hin – (1.14.1”) 2. Lite North Wind (R. Grima) 3. Little Benny (O. Briffa) 4. Salsiane (E. Zammit)

IV Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Korentin (R. Gatt) Hin – 3.22.2” (1.16.6”) 2. Osay de Viette (H. Mc Kay) 3. Label Chouan (D. Ellul) 4. Magnum (F. Gauci)

V Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Orlov du Poncelet (J. Farrugia) Hin – 3.26.5” (1.18.2”) 2. Notre Joyeux (C. Camilleri) 3. Ninio Vici (C. Magro) 4. Owens Kin (J. Cassar)

VI Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Oscar De La Vallee (N. Baldacchino) Hin – 3.24.2” (1.17.4”) 2. L’An Deux Milles (C. Cassar) 3. Nono d’Echal (D. Mizzi) 4. Orage du Pont (A. Grech)

VII Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Nagano Phedo (C. Xerri) Hin – 3.22.1” (1.16.6”)  2. Must du Buisson (C. Camilleri) 3. Narcus du Roc (N. Baldacchino) 4. Mister Galbe (M. Desira)

VIII Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Milord Barbes (F. Cassar) Hin – 3.22.4” (1.16.7”) 2. Mig Of The Wood (N.Baldacchino) 3. Norman d’Avril (K. Saliba) 4. Lou Petiot (M. Axisa) 5. Normand d’Oger (C. Boisnard) 6.  Nabab des Corvees (S. Cassar)

IX Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. No Comprendo (A. Farrugia) Hin – 3.22.5” (1.16.7”)  2. Loustic d’Anjou (R. Gatt) 3. Orlando Tejy (N. Baldacchino) 4. Naja In Blue (M. Falzon) 5. Kiflosak Cordiere (F. Cassar)

Isiru aktar heats mill-kampjonati tal-Francizi

Intant illum se jsiru ghaxar heats ohra kollha fuq distanza twila ta’ 2640m u li se jiffurmaw ukoll it-52 laqgha tal-istagun. Bhal-lbierah, l-aktar zewg tigrijiet importanti llum se jkunu heats mill-Prix de Vincennes ghal zwiemel tal-klassi Premier.

L-ewwel heat tal-oghla klassi se tkun is-seba’ tigrija u tibda fl-3.55pm. Hawn se nsibu jippartecipaw tnax –il ziemel li jkunu Nous Dix De L’Evre, Master Perrine, Mon Daniel, Or Noir Mabon, Podium, Lipouz Lesmelchen, debuttant ta’ ghaxar snin Nuper, Joker de Choisel, Max d’Avignere, Major Chaleonnais, Madis Boy u L’As de Seuilly. Minn din il-heat, sitt zwiemel iridu jghaddu ghas-semi finali u zgur li fiha se tinghata attenzjoni lil Major Chaleonnais (Charlo’ Debono), Nous Dix de l’Evre (Michael Ghigo) u Lipouz Lesmelchen (Tony Demanuele).

Il-heat l-ohra mill-istess kampjonat se tkun id-disa’ tigrija u li tibda fil-4.45pm. Hawn se nsibu lil Mica Bonero, Niky du Donjon, Marini du Mont, Kakisis, ziemel gdid Oviedo Vici, Nobel de Grimoult, Nevaio des Bordes, Noble d’Ete, Mont Cenis Honey, Hiracan de Brehan u debuttant iehor, Nelson du Val. Misjuq minn David Galea, Mica Bonero jibda favorit li jiehu t-tieni rebha konsekuttiva minn Mont Cenis Honey (Noel Baldacchino) u Kakisis (Johan Axisa).

L-ewwel tigrija, li tkun heat mill-Prix de Cagnes Sur Mer ghal zwiemel tal-klassi Bronze, tibda fis-1.30pm.

Tbassir

I Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Win – Monte Cinto Mag. Place – Omega des Arpents, Marchallach.

II Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Win – Larissa du Breil. Place – November Oaks, King de Bourdenay.

III Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Win – Narval du Donjon. Place – Niko de Chamant, Oscardo du Val.

IV Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Win – Magnifique Sablais. Place – Match de Bannes, Midoun du Home.

V Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Win – Orage d’Urzy. Place – Napitano, Opera du Pam.

VI Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Win – Nomade de Mai. Place – Nacarat Campbell, Lotus du Goth.

VII Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Win – Major Chaleonnais. Place – Nous Dix De L’Evre, Lipuz Lesmelchen.

VIII Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Win – Mealington. Place – Nevada Silver, Oh Chef du Dray.

IX Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Win – Mica Bonero. Place – Kakisis, Mont Cenis Honey.

X Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Win – Nuthan d’Emi. Place – L’Ideal de Fersan, Kaki de Peyrahout.

Ready Cash jirbah il-Bretagne

Misjuq minn Franck Nivard, il-bierah il-Franciz Ready Cash rebah it-tigrija nternazzjonali Prix de Bretagne li saret fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza fuq distanza twila ta’ 2700m u bil-bidu bil-waqqaf. Din kienet l-ewwel minn sensiela ta’ erba’ tigrijiet bi prova ghall-famuza Prix d’Amerique li ssir fl-ahhar ta’ Jannar li gej. B’kollox sbatax –il ziemel hadu sehem fil-Prix de Bretagne.

Ready Cash temm rebbieh f’medja tajba ferm ta’ 1.13.3” fil-kilometru u quddiem id-dwieb Roxanne Grif (Eric Raffin) u t-Taljana Lisa America (Dominik Locqueneux). Ta’ min wiehed jinnota li fil-bidu ta’ din is-sena l-istess Ready Cash kien rebah l-edizzjoni 2011 tal-Prix d’Amerique.

Originally published on Il-Mument 20/11/11

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives