//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Major Chaleonnais u Nelson du Val jirbhu l-heats ewlenin

L-aktar zewg tigrijiet importanti li saru l-bierah fil-korsa tal-Marsa kienu heats mill-Prix de Vincennes ghal zwiemel Francizi tal-klassi Premier. Dawn kienu jaghmlu parti mit-52 laqgha tal-istagun fuq ghaxar tigrijiet kollha tat-trott kollha heats ghal zwiemel Francizi fuq distanza twila ta’ 2640m. Il-heats Premier intrebhu minn Major Chaleonnais u d-debuttant Nelson du Val. Fil-fatt kienu t-tlieta t-tigrijiet li l-bierah intrebhu minn zwiemel godda.

Kien Lipouz Lesmelchen (Tony Demanuele) l-aktar ziemel veloci wara l-karozza tat-tluq matul l-ewwel heat tal-klassi Premier. Izda f’nofs id-distanza dan iz-ziemel beda’ jnaqqas mill-pass u eventwalment inqabez minn Major Chaleonnais (Charlo’ Debono) u Master Perrine (Nathaniel Barbara). Dawn it-tnejn kellhom dwell kontinwu fl-ahhar elf metro b’Major Chaleonnais jiehu s-sitt rebha tas-sena. Madis Boy (Christian Xerri) dahal fit-tielet post quddiem Joker de Choisel (Frencu Cassar), Podium (Julian Farrugia) u d-debuttant Nuper (Andre’ Farrugia). Major Chaleonnais kellu medja ta’ 1.16” fil-kilometru.

Nelson du Val (Salvu Cutajar) zamm l-ewwel pozizzjoni tul id-distanza kollha tat-tieni heat tal-klassi Premier. Dan irnexxilu jirregistra l-ewwel rebha f’Malta bi ftit mill-favorit Mica Bonero (David Galea), Kakisis (Johan Axisa) u Noble d’Ete (Raymond Clifton). Nevaio des Bordes (Brian Hili) u Mont Cenis Honey (Noel Baldacchino) wkoll irnexxilhom jakkwistaw post fis-semi finali. Is-success ta’ Nelson du Val wasal f’medja ta’ 1.17” fil-kilometru.

Miz-zewg heats mill-Prix d’Enghien ghal zwiemel tal-klassi Gold ghaxar zwiemel ikkwalifikaw ghas-semi finali. Fl-ewwel wahda, Night Inlet (Noel Baldacchino) zied il-velocita’ dawra mit-tmiem biex akkwista t-tieni rebha tas-sena mill-favorit Magnifique Sablais (Julian Farrugia) u Match de Bannes (Clint Vassallo). Ghaddew ukoll ghas-semi finali Midoun du Home (Chares Camilleri) u Intrus des Rioults (Carmelo Micallef) li dahlu warajhom f’dik l-ordni.  Simili kienet it-tieni heat tal-klassi Silver, bid-debuttant Ouest Du Vivier (Cliferty Calleja) jiehu l-kmand tat-tigrija elf mertu mit-tmiem. Fid-dritta finali dan iz-ziemel irnexxilu jikkontrolla l-assalt ta’ Nomade de Mai (Noel Baldacchino) biex irregistra l-ewwel rebha fi xtutna. Lys des Etroits (Brian Hili), Novak (Emmanuel Gafa’) u Ludo de Bellande (Emmanuel Fenech)  kienu l-ahhar zwiemel li ghaddew ghall-fazi li jmiss.

L-ahhar metri tal-ewwel heat mill-Prix de Cabourg ghal zwiemel mill-klassi Silver kienu determinanti biex Noble d’Urzy (Jeffrey Said) jiehu t-tieni rebha tas-sena. Dan minn Nerval du Donjon (Ivan Bilocca), Niko de Chamant (Victor Fenech) u Oscardo du Val (Raymond Clifton). Fit-tieni heat Silver, Oscar Mati (Rodney Gatt) akkwista l-ewwel rebha tieghu fl-ewwel dehra f’Malta. Dan iz-ziemel impressjona lil kulhadd fl-ahhar battuti tat-tigrija u qasam il-linja finali l-ewwel minn Nicos de Peneme (Kevin Azzopardi), Ocean Gede (Anthony Fenech) u Kaki du Vivier (Charles Camilleri).

Mealington (Darren Mizzi) kien kontinwament quddiem matul it-tielet heat tal-klassi Silver. Ghalkemm fid-dritta finali Mealington gie attakkat serjament minn Navada Silver (Ronald Cassar), xorta rnexxilu jiehu l-hames rebta tal-istagun. Netter Williams (Redent Magro) u Notre Allegro (Michael Ghigo) kienu l-ahhar zwiemel li ghaddew ghas-semi finali. Fit-tielet heat tal-istess klassi, Kaki de Peyrahout (Noel Baldacchino) kellu velocita’ qawwija fl-ahhar metri li ghinitu jtemm rebbieh minn L’Ideal de Fersan (Kevin Sciberras), Number One Of Max (Tony Demanuele) u Maitre de Bannes (Dario Fenech).

Il-laqgha fethet b’zewg heats mill-Prix de Cagnes Sur Mer ghal zwiemel tal-klassi Bronze. Fl-ewwel wahda kien Marchallach (Rodney Gatt) li ha l-hames rebha tas-sena wara li mar quddiem f’nofs id-dritta finali. Sprint qawwi 300m mit-tmiem wassal lil November Oaks (Charles Camilleri) biex jakkwista t-tieni rebha stagjonali fit-tieni heat tal-klassi Bronze.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Marchallach (R. Gatt) Hin – 3.28.9” (1.19.1”) 2. Paco du Poncelet (N. Baldacchino) 3. Monte Cinto Mag (B. Briffa) 4. Olifant du Puoy (T. Tanti)

II Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m 1. November Oaks (C. Camilleri) Hin – 3.32.4” (1.20.5”) 2. Noe de Loudat (K. Sciberras) 3. Noble Candeen (E. Bezzina) 4. Icare de Jemma (S. Borg)

III Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m 1. Noble d’Urzy (J. Said) Hin – 3.29.4” (1.19.3”) 2. Nerval du Donjon (I. Bilocca) 3. Niko de Chamant (V. Fenech) 4. Oscardo du Val (R. Clifton)

IV Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist -2640m. 1. Night Inlet (N. Baldacchino) Hin – 3.27” (1.18.4”) 2. Magnifique Sablais (J. Farrugia) 3. Match de Bannes (C. Vassallo) 4. Midoun du Home (C. Camilleri) 5. Intrus des Rioults (C. Micallef)

V Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m 1. Oscar Mati (R. Gatt) Hin – 3.24.2” (1.17.4”) 2. Nicos de Peneme (K. Azzopardi) 3. Ocean Gede (A. Fenech) 4. Kaki du Vivier (C. Camilleri)

VI Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m 1. Ouest du Vivier (C. Calleja) Hin – 3.24.4” (1.17.4”) 2. Nomade de Mai (N. Baldacchino) 3. Lys des Etroits (B. Hili) 4. Novak (E. Gafa’) 5. Ludo de Bellande (E. Fenech)

VII Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Major Chaleonnais (C. Debono) Hin – 3.20.6” (1.16”) 2. Master Perrine (N. Barbara) 3. Madis Boy (C. Xerri) 4. Joker de Choisel (F. Cassar) 5. Podium (J. Farrugia) 6. Nuper (A. Farrugia)

VIII Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m 1. Mealington (D. Mizzi) Hin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. Nevada Silver (R. Cassar) 3. Netter Williams (R. Magro) 4. Notre Allegro (M. Ghigo)

IX Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m 1. Nelson du Val (S. Cutajar) Hin – 3.23.2” (1.17”) 2. Mica Bonero (D. Galea) 3. Kakisis (J. Axisa) 4. Noble d’Ete (R. Clifton) 5. Nevaio des Bordes B. Hili) 6. Mont Cenis Honey (N. Baldacchino)

X Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m 1. Kaki de Peyrahout (N. Baldacchino) Hin – 3.24.8” (1.17.6”) 2. L’Ideal de Fersan (K. Sciberras) 3. Number One Of Max (T. Demanuele) 4. Maitre de Bannes (D. Fenech)

Originally published on In Nazzjon 21/11/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives