//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Nec Carmolo jirregistra l-ahjar hin fil-heats Premier

Fil-korsa tal-Marsa l-bierah bdiet il-kompetizzjoni tat-Tazza tal-President. Din hija miftuha ghal zwiemel tal-klassi Premier u qieghed issir fuq distanza twila ta’ 2640m. B’kollox saru erba’ heats mit-Tazza tal-President li kienu jaghmlu parti mill-54 laqgha tal-istagun, laqgha kienet tikkonsisti minn disa’ tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott. L-erba’ heats Premier intrebhu minn True Q, Nec Carmolo, Flash Coger u Utah Hornline.

Mill-erba’ heats tal-oghla klassi tnax –il ziemel ghaddew ghall-finali. Fl-ewwel heat tal-klassi Premier True Q (Shawn Portelli) kien il-hin kollu quddiem tul id-distanza kollha u rnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel b’tul mid-debuttant Zvediz Harmonic Silvio (Shawn Formosa) u l-favorit Livi Cantona (Charles Camilleri). Natif de Salvi (Kurt Saliba) temm fir-raba’ pozizzjoni. Ghal True Q din kienet l-ewwel rebha f’Malta u waslet f’medja ta’ 1.17.1” fil-kilometru.

Matul it-tieni heat tal-klassi Premier, l-ewwel pozizzjoni matul id-distanza alternat bejn numru ta’ zwiemel. Izda finalment kien Nec Carmolo (Noel Baldacchino) li mar quddiem f’nofs id-dritta finali biex ha wkoll l-ewwel rebha fi xtutna fit-tieni dehra tieghu. Dan minn Arnie Sensation (Carmelo Farrugia), Belafonte (Charlo’ Debono) u Arifant (Toni Tanti). Nec Carmolo hareg rebbieh f’medja ta’ 1.16” fil-kilometru li kien ukoll l-ahjar hin tal-programm.

It-tielet heat tal-klassi Premier kienet ikkaratterizzata minn dwell interessanti fid-dritta finali bejn Flash Coger (Julian Farrugia) u Malin Roro (Noel Baldacchino). Tal-ewwel ha t-tieni rebha tas-sena b’Le Coup de Foudre (Charles Camilleri) u d-debuttant Matin de Manche (Brian Hili) itemmu warajhom f’dik l-ordni. Flash Coger kellu medja ta’ 1.17.6” fil-kilometru.

Fl-ahhar heat Premier kien il-gdid Zvediz Utah Hornline (Raymond Clifton) li wkoll akkwista l-ewwel rebha tieghu fl-ewwel dehra fi xtutna. Dan zied fil-pass specjalment dawra mit-tmiem u rebah facilment minn Skip Dimanche (Charlo’ Debono), Lipouz Lesmelchen (Tony Demanuele) u Troy Boshoeve (Salvu Vella). It-tigrija ntrebhet f’medja ta’ 1.17.2” fil-kilometru.

Il-programm inkluda wkoll tliet tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda, Chris Vassallo pogga lil C.J. Blueeyedkissed (Chris Vassallo) quddiem 600m mit-tmiem u facilment dan iz-ziemel rebah b’distakk ta’ tul minn Sir De Landerije (Mark Mifsud), Wonderofyou (Redent Magro) u Pajarito Nada (Toni Tanti). Sprint fl-ahhar metri tat-tieni tigrija tal-klassi Silver wassal lil Totti Boko (Charles Camilleri) biex jiehu l-ewwel rebha f’Malta. Dan minn Delvin Brodde (Julian Farrugia), Lord Of Rush (Ludvic Ghigo) u Noble Spirit (Noel Baldacchino). Giant Game (Darren Mizzi) inqabez minn Darco As (Mark Tanti) ftit metri mit-tmiem tat-tielet tigrija Silver. B’hekk Darco As ha t-tieni rebha tas-sena b’Stainless Steel (Charles Camilleri) u Crane Beach (Ramon Briffa) itemmu warajhom f’dik l-ordni.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Bronze kien hemm taqtiegha missielta bejn tliet zwiemel fid-dritta finali. Bi ftit kien Cocos Kaos (Jason Vassallo) li hareg rebbieh minn Klokkeblomst (George Attard) u Mattahari (George Schembri). Pretty Post (David Ellul) temm fir-raba’ pozizzjoni.  Differenti ferm kienet it-tieni tigrija Bronze bi Sweep The Floor (Julian Farrugia) imur fl-ewwel post f’nofs id-distanza u jtemm l-ewwel facilment b’vantagg ta’ hames tulijiet minn Rally Simb (James Briffa) u Lady Holmely (Jeffrey Said). Internet (Charlo’ Delceppo) temm fir-raba’ post filwaqt li ghal Sweep The Floor din kienet it-tieni rebha stagjonali.

Barra dan, il-programm tal-bierah inkluda wkoll tigrija specjali bix-xrieret fuq distanza ta’ mil u li fiha sewwieqa stabbiliti kienu akkumpanjati minn sindki ta’ lokalitajiet diversi f’Malta u Ghawdex. Hargu rebbieha Charles Camilleri u s-sindku ta’ Attard Stefan Cordina permezz ta’ IP Broadway. Fi tmiem it-tigrija, Camilleri u Cordina gew premjati mis-Segretarji Parlamentari Clyde Puli u Chris Said fil-prezenza ta’ ufficjali tal-Malta Racing Club.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Cocos Kaos (J. Vassallo) Hin – 2.49” (1.19”) 2. Klokkeblomst (G. Attard) 3. Mattahari (G. Schembri) 4. Pretty Post (D. Ellul)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. C.J. Blueeyedkissed (C. Vassallo) Hin – 2.45.3” (1.17.3”) 2. Sir de Landerije (M. Mifsud) 3. Wonderofyou (R. Magro) 4. Pajarito Nada (T. Tanti)

III Tigrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. True Q (S. Portelli) Hin – 3.23.6” (1.17.1”) 2. Harmonic Silvio (S. Formosa) 3. Livi Cantona (C. Camilleri) 4. Natif de Salvi (K. Saliba)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Totti Boko (C. Camilleri) Hin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Delvin Brodde (J. Farrugia) 3. Lord Of Rush (L. Ghigo) 4. Noble Spirit (N. Baldacchino)

V Tigrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nec Carmolo (N. Baldacchino) Hin – 3.20.5” (1.16”) 2. Arnie Sensation (C. Farrugia) 3. Belafonte (C. Debono) 4. Arifant (T. Tanti)

VI Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Sweep The Floor (J. Farrugia) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Rally Simb (J. Briffa) 3. Lady Holmely (J. Said) 4. Internet (C. Delceppo)

VII Tigrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Flash Coger (J. Farrugia) Hin – 3.24.9” (1.17.6”) 2. Malin Roro (N. Baldacchino) 3. Le Coup de Foudre (C. Camilleri) 4. Matin du Manche (B. Hili)

VIII Tigrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Utah Hornline (R. Clifton) Hin – 3.23.9” (1.17.2”) 2. Skip Dimanche (C. Debono) 3. Lipouz Lesmelchen (T. Demanuele) 4. Troy Boshoeve (S. Vella)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Darco As (M. Tanti) Hin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Giant Game (D. Mizzi) 3. Stainless Steel (C. Camilleri) 4. Crane Beach (R. Briffa)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives