//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

It-tieni rebha nfila u f’Malta ghal Anguz R.C.

Misjuq minn Tony Demanuele, Anguz R.C. rebah l-aktar tigrija mistennija li saret il-bierah wara nofsinhar fil-Marsa. Din kienet riservata ghal zwiemel tal-oghla klassi Premier u kienet taghmel parti mill-55 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Il-kmand matul l-ewwel elf metru tat-tigrija Premier alterna bejn Matin de Manche (Brian Hili) u Arifant (Frans Tanti). Kien dawra mit-tmiem li Tony Demanuele pogga lill-kwotat Anguz R.C. fl-ewwel post u dan baqa’ jzomm din il-pozizzjoni sal-linja finali. B’hekk Anguz R.C. irnexxilu facilment jiehu t-tieni rebha konsekuttiva u minn daqstant dehriet f’Malta minn Matin de Manche (Brian Hili) u Energy Launcher (Redent Magro). Lucas Ness (Mario Farrugia) spicca fir-raba’ pozizzjoni. Ir-rebha ta’ Anguz R.C. waslet f’medja ta’ 1.16” fil-kilometru.

Il-programm inkluda wkoll tigrija wahda ghal zwiemel tal-klassi Gold. Hawnhekk Master Lupin (Rodney Gatt) ikkonferma li hu fost l-aktar zwiemel konsistenti tal-istagun meta rregistra s-seba’ rebha tieghu u t-tieni wahda konsekuttiva. Kien fid-dritta finali li Master Lupin mar tlieta fuq in-naha ta’ barra biex temm rebbieh bi ftit minn Beckham Bob (Charles Camilleri), Vasterbo Hitchiker (Raymond Clifton) u Natif de l’Hommee (Julian Farrugia). Ta’ min wiehed jinnota li f’din it-tigrija Master Lupin irregistra l-ahjar medja tal-gurnata, dik ta’ 1.15.7” fil-kilometru.

Gew organizzati wkoll zewg tigrijiet ghal zwiemel mill-klassi Silver. L-ewwel wahda kellha wiehed mill-isbah tmiem tal-gurnata, bi tliet zwiemel, Gin T Dalimo (Mark Mifsud), Sweep The Floor (Julian Farrugia) u Pajarito Nada (Frans Tanti) ikollhom sprint qawwi flimkien fid-dritta finali. Wara li gie kkonsultat il-photofinish kien Gin T Dalimo li ha l-ewwel rebha stagjonali, b’Napitano (Mario Fenech) itemm fir-raba’ post. L-ahhar ftit metri tat-tieni tigrija Silver kienu decizivi biex Stonecreek (Etienne Mallia) ukoll jiehu l-ewwel rebha tas-sena. Dan minn Norfolk de Gouerie (Cliferty Calleja), Cross Country FC (Marco Debono) u Onwards Star (James Carabott).

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Bronze, kien hemm dwell interessanti fl-ahhar metri bejn Hardy Frontline (Ludvic Ghigo) li ghamel assalt tajjeb wara li sab l-ispazju necessarju fuq in-naha ta’ gewwa u Lorenz de Noyelles (Rodney Gatt). Tal-ewwel ha t-tieni rebha tieghu b’Mattahari (George Schembri) u Hickory Crown (Salvu Cutajar) itemmu warajhom f’dik l-ordni. David Ellul pogga lid-debba Pretty Post quddiem madwar 350m mit-tmiem tat-tieni tigrija Bronze. B’hekk din id-debba Zvediza rnexxilha tirregistra r-raba’ rebha tas-sena minn Morgan Kane (Brian Zammit), Ingo Moon (Charles Camilleri) u Ostal (Mario Falzon).

Il-laqgha fethet b’zewg tigrijiet tal-klassi Copper. Fl-ewwel wahda, il-kwotat Hulegardens Filur (Mario Falzon) kien il-hin kollu quddiem tul id-distanza u rnexxilu jiehu r-raba’ rebha tas-sena. Dan minn Mirall Composite (Frans Tanti), Circus Flip (Charles Camilleri) u Kung Fjalar (Mark Desira). Lucky Sauconnier (Donald Farrugia) beda’ jnaqqas mill-pass madwar 600m mill-linja finali tat-tieni tigrija Copper. Dan iz-ziemel inqabez minn Loulou Noir (Carl Caruana) li rnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel b’vantagg ta’ seba’ tulijiet minn Jeo de Touvois (Chris Vassallo) u Friendly Frazer (Jeffrey Said). Nobel King (Brian Hili) spicca fir-raba’ pozizzjoni. Ghal Loulou Noir din kienet ukoll ir-raba’ rebha stagjonali.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hulegardens Filur (M. Falzon) Hin – 2.50.3” (1.19.6”) 2. Mirall Composite (F. Tanti) 3. Circus Flip (C. Camilleri) 4. Kung Fjalar (M. Desira)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Loulou Noir (C. Caruana) Hin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Jeo de Touvois (C. Vassallo) 3. Friendly Frazer (J. Said) 4. Nobel King (B. Hili)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m 1. Hardy Frontline (L. Ghigo) Hin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Lorenz de Noyelles (R. Gatt) 3. Mattahari (G. Schembri) 4. Hickory Crown (S. Cutajar)

IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m 1. Pretty Post (D. Ellul) Hin – 2.46.6” (1.17.9”) 2. Morgan Kane (B. Zammit) 3. Ingo Moon (C. Camilleri) 4. Ostal (M. Falzon)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m 1. Master Lupin (R. Gatt) Hin – 2.41.9” (1.15.7”) 2. Beckham Bob (C. Camilleri) 3. Vasterbo Hitchiker (R. Clifton) 4. Natif de l’Hommee (J. Farrugia)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gin T Dalimo (M. Mifsud) Hin – 2.45.2” (1.17.2”) 2. Sweep The Floor (J. Farrugia) 3. Pajarito Nada (F. Tanti) 4. Napitano (M. Fenech)

VII Tigrija. Klass Premier. Dist – 2140m. 1. Anguz R.C. (T. Demanuele) Hin – 2.42” (1.16”) 2. Matin de Manche (B. Hili) 3. Energy Launcher (R. Magro) 4. Lucas Ness (M. Farrugia)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Stonecreek (E. Mallia) Hin – 2.44” (1.16.6”) 2. Norfolk de Gouerie (C. Calleja) 3. Cross Country F.C. (M. Debono) 4. Onwards Star (J. Carabott)

Tigrija dizappuntanti ghal Baldacchino

Nhar is-Sibt li ghadda fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza saret it-tigrija nternazzjonali Prix des Reincontres Internationales du Trot fuq distanza qasira ta’ 2140m u bil-bidu bil-karozza tat-tluq. Malta kienet rapprezentata mill-ahjar sewwieq tal-istagun li ghadda Noel Baldacchino li saq lil Nophenio de Lune. It-tigrija ntrebhet minn Oleron Senonchois taht il-gwida ta’ M.A. Bovay quddiem Neron de l’Ante (H.P. Tholfsen) u Narval d’Ecajuel (V. Rimsa). Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.14.7” fil-kilometru. Sfortunat kien Baldacchino li z-ziemel tieghu deher inaqqas mill-velocita’ u jbiddel il-pass sforz l-gheja li kellu lejn l-ahhar metri tat-tigrija. B’hekk is-sewwieq Malti tilef ic-cans li jkun fost il-protagonista f’din it-tigrija nternazzjonali.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives