//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Major Chaleonnais u Nevaio des Bordes jirbhu s-semi finali Premier

Meta l-bierah saret is-56 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott kienu maghrufa l-finalisti tal-kampjonati Francizi. Dawn il-kampjonati qieghed isiru fuq distanza twila ta’ 2640m u qieghed ikunu organizzati mill-Malta Racing Club bl-ghajnuna tal-assocjazzjoni Franciza Societe’ du Cheval Francais. L-aktar zewg semi finali mistennija kienu dawk mill-Prix de Vincennes ghal zwiemel tal-klassi Premier. Dawn intrebhu minn Major Chaleonnais (Charlo’ Debono) u Nevaio des Bordes taht il-gwida ta’ Brian Hili.

Mill-ewwel semi finali tal-oghla klassi kienu hamsa z-zwiemel li kkwalifikaw ghall-finali.  Fl-ewwel wahda, Major Chaleonnais (Charlo’ Debono) kien kwazi l-hin kollu quddiem u fid-dritta finali ma sab ebda problema biex jakkwista s-seba’ rebha tas-sena u t-tieni wahda konsekuttiva. Dan minn Noble d’Ete (Raymond Clifton) u l-veteran Joker de Choisel (Frencu Cassar). Milord Barbes (Charles Camilleri) u Norman d’Avril (Noel Baldacchino) temmew warajhom fir-raba’ u l-hames post rispettivament. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.16.2” fil-kilometru.

Nevaio des Bordes (Brian Hili) ha l-ewwel rebha fi xtutna fit-tieni semi finali Premier. Dan iz-ziemel ta’ ghaxar snin zied fil-velocita’ madwar 500m mit-tmiem u qasam il-linja finali l-ewwel minn Mig Of The Wood (Noel Baldacchino) u Nelson du Val (Salvu Cutajar). Kakisis (Johan Axisa) u Mica Bonero (David Galea) kienu l-ahhar zewg zwiemel li kkwalifikaw ghall-finali. Nevaio des Bordes irregistra medja ta’ 1.15.2” fil-kilometru li kien ukoll l-ahjar hin tal-programm.

No Comprendo (Andrew Farugia) beda’ jnaqqas u biddel il-pass madwar 350m mit-tmiem tal-ewwel semi finali mill-Prix d’Enghien ghal zwiemel tal-klassi Gold. Hu inqabez minn Naja In Blue (Mario Falzon) li rregistra t-tielet rebha tieghu minn Magnifique Sablais (Julian Farrugia), Orlando Tejy (Noel Baldacchino), Nomade de Mai (Charles Camilleri) u Ludo de Bellande (Emmanuel Fenech).

Dwell interessanti fid-dritta finali tat-tieni semi finali Gold bejn Ouest du Vivier (Cliferty Calleja) u Night Inlet (Noel Baldacchino) wassal lil tal-ewwel biex jiehu t-tieni rebha nfila tieghu u f’Malta. Oscar de la Vallee (George Schembri), Lys des Etroits (Brian Hili) u Midoun du Home (Charles Camilleri) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Anki miz-zewg semi-finali mill-Prix de Cabourg ghal zwiemel tal-klassi Silver ghaxar zwiemel ghaddew ghall-finali. Fl-ewwel semi finali, Christian Xerri pogga lill-favorit Nagano Phedo quddiem madwar 600m mill-linja finali biex b’hekk dan iz-ziemel ha t-tielet rebha nfila u f’Malta minn Nevada Silver (Ronald Cassar), Notre Allegro (Michael Ghigo), Korentin (Michael Ellul) u Ocean Gede (Anthony Fenech).

Kien dawra minn tmiem it-tieni semi finali Silver li Label Chouan (David Ellul) mar quddiem biex facilment ha t-tielet rebha tas-sena. Dan b’distakk ta’ tul minn Nerval du Donjon (Ivan Bilocca) u Netter Williams (Redent Magro). Nicos de Peneme (Kevin Azzopardi) u Mealington (Darren Mizzi) ghaddew ukoll ghall-fazi finali.

Il-programm fetah b’zewg semi finali mill-Prix de Cagnes Sur Mer ghal zwiemel tal-klassi Bronze. Fl-ewwel wahda l-outsider Noble Candeen (Eric Bezzina) kellu avvanz tajjeb hamsa fuq in-naha ta’ barra fid-dritta finali biex ha l-ewwel rebha stagjonali minn Marchallach (Rodney Gatt) u Monte Cinto Mag (Benny Briffa). Kamido (Roswald Hili) u November Oaks (Charles Camilleri) ikkwalifikaw ukoll ghall-ahhar fazi.

Fit-tieni wahda, bidu attraenti wara l-karozza tat-tluq ghin lil Olifant du Puoy (Frans Tanti) biex imur mill-ewwel quddiem u jzomm din il-pozizzjoni sal-ahhar anki meta fid-dritta finali kellu l-assalt ta’ Orgeat (Rodney Gatt). Orlov du Poncelet (Julian Farrugia), Notre Bellouet (Clive Gerada) u Icare de Jemma (Tony Demanuele) dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Semi Finali Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Noble Candeen (E. Bezzina) Hin – 3.26.8” (1.18.3”) 2. Marchallach (R. Gatt) 3. Monte Cinto Mag (B. Briffa) 4. Kamido (R. Hili) 5. November Oaks (C. Camilleri)

II Tigrija. Semi Finali Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Olifant du Puoy (F. Tanti) Hin – 3.32.3” (1.20.4”) 2. Orgeat (R. Gatt) 3. Orlov du Poncelet (J. Farrugia) 4. Notre Bellouet (C. Gerada) 5. Icare de Jemma (T. Demanuele)

III Tigrija. Semi Finali Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1.  Nagano Phedo (C. Xerri) Hin – 3.25.2” (1.17.7”) 2. Nevada Silver (R. Cassar) 3. Notre Allegro (M. Ghigo) 4. Korentin (M. Ellul) 5. Ocean Gede (A. Fenech)

IV Tigrija. Semi Finali Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Label Chouan (D. Ellul) Hin – 3.22.8” (1.16.8”) 2. Nerval du Donjon (I. Bilocca) 3. Netter Williams (R. Magro) 4. Nicos de Peneme (K. Azzopardi) 5. Mealington (D. Mizzi)

V Tigrija. Semi Finali Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m.1. Major Chaleonnais (C. Debono) Hin – 3.21.2” (1.16.2”) 2. Noble d’Ete (R. Clifton) 3. Joker de Choisel (F. Cassar) 4. Milord Barbes (C. Camilleri) 5. Norman d’Avril (N. Baldacchino)

VI Tigrija. Semi Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Naja In Blue (M. Falzon) Hin – 3.21.9” (1.16.5”) 2. Magnifique Sablais (J. Farrugia) 3. Orlando Tejy (N. Baldacchino) 4. Nomade de Mai (C. Camilleri) 5. Ludo de Bellande (E. Fenech)

VII Tigrija. Semi Finali Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nevaio des Bordes (B. Hili) Hin – 3.18.6” (1.15.2”) 2. Mig Of The Wood (N. Baldacchino) 3. Nelson du Val (S. Cutajar) 4. Kakisis (J. Axisa) 5. Mica Bonero (D. Galea)

VIII Tigrija. Semi Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Ouest du Vivier (C. Calleja) Hin – 3.21.4” (1.16.3”)  2. Night Inlet (N. Baldacchino) 3. Oscar de la Vallee (G. Schembri) 4. Lys des Etroits (B. Hili) 5. Midoun du Home (C. Camilleri)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives