//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Fyelehk inaqqax ismu fuq it-Tazza Coronation

Misjuq minn Michael Sultana, l-Irlandiz Fyelehk, li dahal mill-lista tas-sostituti, rebah l-edizzjoni 2011 tat-Tazza Coronation ghal zwiemel tal-galopp fuq distanza qasira ta’ 1250m. Din il-finali, kienet organizzata bl-ghajnuna ta’ Burmarrad Commercials u kienet taghmel parti mis-57 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet.

Tmienja kienu z-zwiemel li hadu sehem fil-finali tat-Tazza Coronation ghal zwiemel tal-galopp. Fyelehk (Michael Sultana) kien l-aktar ziemel veloci mill-gagga tat-tluq u certament dan il-bidu attraenti ghinu bix jiddomina tul id-distanza u jiehu t-tielet rebha konsekuttiva tieghu bl-aktar mod facli minn Cheeky Jack (Ramon Grima) u Tarruji (Oliver Briffa). Ollie Fliptrik, misjuq mit-Taljan Antonino Fusco temm ir-raba’. Fi tmiem it-tigrija saret ukoll il-prezentazzjoni li matulha s-sur Mario Gauci f’isem Burmarrad Commercials ipprezenta t-trofew lil Michael Sultana u lis-s-sidien taz-ziemel Fyelehk. Il-hin totali tat-tigrija kien ta’ 1.12.7”.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Premier, l-Izvediz Fire (Marco Refalo), fir-ritorn tieghu wara l-waqfa tas-Sajf, ma sab ebda problema biex jiehu t-tielet rebha tal-istagun u f’Malta. Dan is-success wasal wara li Fire mar quddiem 400m mit-tmiem u rebah b’vantagg kbir ta’ madwar seba’ tulijiet mill-favorit Think Yatzee (Clint Vassallo) u Magic de Assigny (Julian Farrugia). Mystere d’Urfist (Mario Baldacchino) dahal fir-raba’ pozizzjoni.  Ir-rebha ta’ Fire waslet f’medja impressjonanti ta’ 1.14.8” fil-kilometru.

Ogor (Frencu Cassar) ha l-ewwel rebha f’Malta fit-tieni dehra tieghu waqt l-ewwel tigrija tal-klassi Gold. L-ahhar metri tat-tigrija kienu determinanti biex dan iz-ziemel mar quddiem u temm l-ewwel minn Victory Toll (Julian Farrugia), Napolitano Sun (David Ellul) u d-debuttant Franciz Ouragan d’Any (Brian Hili). Fit-tieni tigrija Gold, Janitor misjuq mis-sewwieq veteran Ghawdxi Carmel Cauchi halla kollox ghall-ahhar 600m tat-tigrija. Biex b’hekk dan iz-ziemel Zvediz ukoll irnexxilu jakkwista l-ewwel rebha fi xtutna u quddiem Count Of Life (Michael Ellul), Mint Spirit (Peter Paul Said) u Norton Journeau (Julian Farrugia).

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver kien sprint fid-dritta finali li wassal lil Nobel Pasmarick (Noel Baldacchino) biex jakkwista t-tieni rebha tal-istagun. Din ir-rebha waslet b’distakk ta’ tul mill-favorit Darco As (Marco Tanti). Notice As (Carl Caruana) u Soren Sufflor (Rodney Gatt) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Dwell interessanti fid-dritta finali tat-tieni tigrija Silver bejn Power Cape (Pierre Caruana) u Third Time Lucky (Brian Hili) wassal lil tal-ewwel biex jiehu wkoll l-ewwel rebha stagjonali filwaqt li Third Time Lucky safa’ skwalifikat. Front (Nathaniel Barbara) , Super Mack Grocer (Mario Borg) u Odelvio (Rodney Gatt) temmew wara Power Cape f’dik l-ordni.

Il-programm inkluda wkoll tigrija tal-klassi Bronze. Fiha Victor Fenech talab lill-outsider Mezio Josselyn biex izid il-pass dawra mit-tmiem u dan iz-ziemel irnexxilu jittrijonfa facilment b’vantagg ta’ madwar disa’ tulijiet quddiem  Law Suit (Ludvic Ghigo), Judon du Cap Vert (Eric Bezzina) u Olympic Swing (Charles Camilleri).

Il-laqgha fethet b’tigrija tal-klassi Copper. Fiha l-favorit Yotara Meerswal (Mario Falzon) mar quddiem wara ftit metri mill-bidu tat-tigrija. Dan zamm postu sal-linja finali biex ha t-tielet rebha konsekuttiva quddiem Glenn Healy (Claudio Refalo), Gamin Launcher (Jeffrey Xerri) u Loulou de la Rose (Michael Ellul).

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Yotara Meerswal (M. Falzon) Hin – 2.46” (1.17.6”) 2. Glenn Healy (C. Refalo) 3. Gamin Launcher (J. Xerri) 4. Loulou de la Rose (M. Ellul)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Nobel Pasmarick (N. Baldacchino) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Darco As (M. Tanti) 3. Notice As (C. Caruana) 4. Soren Sufflor (R. Gatt)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Mezio Josselyn (V. Fenech) Hin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Law Suit (L. Ghigo) 3. Judon du Cap Vert (E. Bezzina) 4. Olympic Swing (C. Camilleri)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ogor (F. Cassar) Hin – 2.45.5” (1.17.3”) 2. Victory Toll (J. Farrugia) 3. Napolitano Sun (D. Ellul) 4. Ouragan d’Any (B. Hili)

V Tigrija.   Finali Coronation Cup. Klassi Galopp. Dist – 1250m. 1. Fyelehk (M. Sultana) Hin – 1.12.7” 2. Cheeky Jack (R. Grima) 3. Tarruji (O. Briffa) 4. Ollie Fliptrik (A. Fusco)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Janitor (C. Cauchi) Hin – 2.45.5” (1.17.3”) 2. Count Of Life (M. Ellul) 3. Mint Spirit (P.P. Said) 4. Norton Journeau (J. Farrugia)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Fire (M. Refalo) Hin – 2.40.1” (1.14.8”) 2. Think Yatzee (C. Vassallo) 3. Magic de Assigny (J. Farrugia) 4. Mystere d’Urfist (M. Baldacchino)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Power Cape (P. Caruana) Hin – 2.47.9” (1.18.5”) 2. Front (N. Barbara) 3. Super Mack Grocer (M. Borg) 4. Odelvio (R. Gatt)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives