//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Mig Of The Wood jirbah il-finali ewlenija

Fil-korsa tal-Marsa l-bierah wara nofsinhar gew fi tmiemhom is-sensiela ta’ kampjonati ghal zwiemel Francizi organizzati mill-Malta Racing Club bl-ghajnuna finanzjarja tal-assocjazzjoni Franciza Societe’ Du Cheval Francais. Dan permezz ta’ hames finali fuq distanza twila ta’ 2640m u li kienu jaghmlu parti mid-59 laqgha tal-istagun fuq seba’ tigrijiet tat-trott. L-aktar finali mistennija kienet dik mill-Prix de Vincennes ghal zwiemel tal-aqwa klassi Premier u li ntrebhet minn Mif Of The Wood misjuq minn Noel Baldacchino. B’hekk, Baldacchino rebah tnejn mill-hames finali li gew organizzati.

Tmien zwiemel hadu sehem fil-finali tal-klassi Premier. Kien Nelson du Val (Salvu Cutajar) l-aktar ziemel veloci wara l-karozza tat-tluq. Matul l-ewwel elf metru dan fetah vantagg zghir fuq Nevaio des Bordes (Brian Hili) u Noble d’Ete (Raymond Clifton).  Dawra mit-tmiem Nelson du Val kien ghadu ghaddej b’sahhtu izda 700m mit-tmiem deher ibiddel il-pass, gie skwalifikat u inqabez minn Nevaio des Bordes.

Fl-ahhar metri kien imiss lil Nevaio des Bordes li jerga jinqabez mir-rebbieh Mig Of The Wood (Noel Baldacchino) li ha t-tieni rebha tas-sena b’Joker de Choisel (Frencu Cassar) u Milord Barbes (Charles Camilleri) jispiccaw ukoll fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Dizappuntanti kienet it-tigrija ghall-popolari Major Chaleonnais (Charlo’ Debono). Izda dan, ghalkemm ma pjazzax mal-ewwel erba’ zwiemel xorta temm l-ewwel fil-klassifika tal-aktar ziemel konsistenti.  Il-medja tar-rebbieh kienet ta’ 1.15” fil-kilometru. Fi tmiem il-finali, is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport Clyde Puli pprezenta t-trofew lil Baldacchino u lis-sinjuri Micallef u Grixti, s-sidien ta’ Mig Of The Wood.

L-ahhar 500m tal-finali Prix d’Enghien ghal zwiemel tal-klassi Gold kienu determinanti biex ghal darba ohra Noel Baldacchino, permezz ta’ Night Inlet  itemm rebbieh u jiehu t-tielet rebha tas-sena. Dan minn Nomade de Mai (Charles Camilleri), Lys des Etroits (Brian Hili) u Naja In Blue (Mario Falzon). Sfortunat kien f’din it-tigrija l-kwotat Ouest du Vivier (Cliferty Calleja) li kien ghal xi metri fl-ewwel pozizzjoni u biddel il-pass f’nofs id-dritta finali biex safa’ skwalifikat.

Kumbattuta ferm ukoll kienet il-finali tal-Prix de Cabourg ghal zwiemel tal-klassi Silver. Dan wara li l-kwotat Nagano Phedo (Mario Fenech) inqabez f’nofs id-dritta finali mir-rebbieh Label Chouan (David Ellul). B’hekk Label Chouan irnexxilu jakkwista r-raba’ rebha tal-istagun u t-tieni rebha nfila b’Mealington (Carl Caruana) u Nevada Silver (Ronald Cassar) ikollhom ukoll wirja pozittiva.

Fil-finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer ghal zwiemel tal-klassi Bronze, kien hemm dwell interessanti fid-dritta finali bejn Olifant du Puoy (Frans Tanti) u Marchallach (Rodney Gatt). Tal-ewwel ha t-tieni rebha nfila filwaqt li Orgeat (Noel Baldacchino) u Monte Cinto Mag (Benny Briffa) dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Jesmar’ Gafa’ talab lil Koko Loco biex izid il-pass dawra mit-tmiem tal-finali tal-Prix de Caen ghal zwiemel tal-klassi Copper. B’hekk dan iz-ziemel ha t-tielet rebha tas-sena minn New Hope (David Ellul) u Joker du Cornica (Victor Grech). Jeo de Touvois (Chris Vassallo) spicca fir-raba’ pozizzjoni.

Il-laqgha inkludiet ukoll zewg tigrijiet tal-klassi Copper fuq distanza qasira ta’ 2140m. Fl-ewwel wahda, Tapper Kana (Darren Mizzi) li kien ghal hafna hin fl-ewwel post, ceda u nqabez fl-ahhar metri minn Gamin Launcher (Jeffrey Xerri) li ha l-uniku rebha tieghu tal-istagun minn Conrads Circle (Shawn Formosa), Geo Hovmand (Cliferty Calleja) u Lotus (Charles Camilleri). Sprint tajjeb fl-ahhar metri wassal lil Lulu Moliere (Emmanuel Bonello) biex jaqsam il-linja finali l-ewwel fit-tieni tigrija Copper. Izda dan iz-ziemel gie skwalifikat u r-rebha tinghata lit-tieni pjazzat Mirall Composite (Frans Tanti) quddiem Noli de Marray (Patrick Spiteri), Judoka du Rib (Joe Farrugia) u Circus Flip (Noel Baldacchino). Bil-punt miksub f’din l-ahhar tigrija, Baldacchino rebah it-titlu tal-ahjar sewwieq tal-istagun.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gamin Launcher (J. Xerri) Hin – 2.46.7” (1.17.9”) 2. Conrads Circle (S. Formosa) 3. Geo Hovmand (C. Calleja) 4. Lotus (C. Camilleri)

II Tigrija. Finali Prix de Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Koko Loco (J. Gafa’) Hin – 3.27.8” (1.18.7”) 2. New Hope (D. Ellul) 3. Joker du Cornica (V. Grech) 4. Jeo de Touvois (C. Vassallo)

III Tigrija. Finali Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Olifant du Puoy (F. Tanti) Hin – 3.24.3” (1.17.4”) 2. Marchallach (R. Gatt) 3. Orgeat (N. Baldacchino) 4. Monte Cinto Mag (B. Briffa)

IV Tigrja. Finali Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Label Chouan (D. Ellul) Hin – 3.20.2” (1.15.8”) 2. Nagano Phedo (M. Fenech) 3. Mealington (C. Caruana) 4. Nevada Silver (R. Cassar)

V Tigrija. Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Night Inlet (N. Baldacchino) Hin – 3.19.8” (1.15.7”) 2. Nomade de Mai (C. Camilleri) 3. Lys des Etroits (B. Hili) 4. Naja In Blue (M. Falzon)

VI Tigrija. Finali Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Mig Of The Wood (N. Baldacchino) Hin – 3.17.9” (1.15”) 2. Nevaio des Bordes (B. Hili) 3. Joker de Choisel (F. Cassar) 4. Milord Barbes (C. Camilleri)

VII Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Mirall Composite (F. Tanti) Hin – 2.47.8” (1.18.4”) 2. Noli de Marray (P. Spiteri) 3. Judoka du Rib (J. Farrugia) 4. Circus Flip (N. Baldacchino)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives