//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Livi Cantona fi klassi ghalih fil-Gran Finali

Il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret l-ahhar laqgha ta’ tigrijiet ghal din is-sena, bi programm specjali fuq tnax –il tigrija li nkluda fost l-ohrajn il-gran finali VOB ghal zwiemel tal-klassi Premier, kompetizzjoni fuq distanza ta’ mil ghal zwiemel tal-klassi Gold, numru ta’ tigrijiet li fihom iz-zwiemel se jkunu misjuqa minn sidhom stess u tigrija tal-galopp. Il-Gran Finali tal-klassi Premier intrebhet minn  Livi Cantona misjuq minn Charles Camilleri.

Ghaxar zwiemel hadu sehem fil-Gran Finali. Kien True Q (Shawn Portelli) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel elf metru fetah vantagg ta’ tul minn Milord Barbes (Charlo’ Debono) u l-kwotat Mig Of The Wood (Noel Baldacchino). Izda dawra mit-tmiem kien il-popolari Livi Cantona li beda jzid fil-pass u filwaqt li fl-ahhar 300m True Q beda jnaqqas mill-velocita’ inqabez fuq in-naha ta’ barra minn Livi Cantona (Charles Camilleri) li ha d-disa’ rebha tas-sena quddiem Joker de Choisel (Frencu Cassar). Nevaio des Bordes (George Schembri) u Arnie Sensation (Carmelo Farrugia) dahlu warajhom f’dik l-ordni. Fi tmiem il-finali Dr Matthew Brincat, bhala chairman tal-Malta Racing Club ippremja lil Charles Camilleri, u lil Alfred u Vince Calleja bhala s-sewwieq u s-sidien rispettivament ta’ Livi Cantona. Fil-finali, Livi Cantona kellu medja ta’ 1.16.3” fil-kilometru.

Fl-ewwel heat mill-kompetizzjoni Pavo Feeds ghal zwiemel tal-klassi Gold kien Nacarat Campbell (Rodney Gatt) li kellu sprint tajjeb fl-ahhar metri li waslu biex johrog rebbieh facilment minn Enjoy Kronos (Eugenio Bondin), Or Noir Mabon (Frencu Cassar) u Dream Leader (David Ellul). Raymond Clifton talab lil Vasterbo Hitchiker biex izid il-pass dawra mit-tmiem tat-tieni heat Gold biex dan l-Izvediz ha l-ewwel rebha f’Malta minn Lacoste IT (Eric Bezzina) u Schejken Bill (Christian Xerri). Jobie Lucky (Carl Caruana) ghadda wkoll ghall-finali wara li spicca fir-raba’ post. Fit-tielet heat tal-klassi Gold Nabab des Corvees (Sam Cassar) qasam il-linja finali l-ewwel izda safa’ skwalifikat biex ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Lime Casted (Charles Camilleri). Dan akkwista l-hames rebha tieghu quddiem No Comprendo (Andrew Farrugia) u Natif de l’Hommee (Rodney Gatt). Mint Spirit (Frank Portelli) kien l-ahhar ziemel li ghadda ghall-finali.

Meta aktar tard saret il-finali Vasterbo Hitchiker (Raymond Clifton) kien fost l-aktar veloci sa mill-ewwel battuti tat-tigrija. Dan l-Izvediz irnexxilu jiftah vantagg zghir minn Dream Leader (David Ellul) u Natif de l’Hommee (Reuben Galea). Izda fid-dritta finali Vasterbo Hitchiker ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Nacarat Campbell (Rodney Gatt) li ha l-hames rebha tas-sena minn Lime Casted (Charles Camilleri). Dream Leader temm fir-raba’ pozizzjoni.

It-tigrijiet li fihom iz-zwiemel kienu misjuqa mis-sidien taghhom stess intrebhu minn Miami du Coq u Joseph Agius (klassi Copper); Nereus Galbe (Melvin Muscat) fi klassi Bronze; Bello Fratello (Anthony Spagnol) fi klassi Premier; Sir de Landerije u Reuben Galea jirbhu t-tigrija Silver; Lutan Villetot u Eman Attard spiccaw l-ewwel fi klassi Gold u Stonecreek (Justin Borg) dik tal-klassi Silver.

Saret ukoll tigrija tal-galopp li fiha l-Germaniz Timolin (Ramon Grima) ha l-ewwel rebha fl-ewwel dehra. Giet organizzata wkoll tigrija specjali bix-xrieret li fiha sewwieqa regolari saqu z-zwiemel taghhom akkumpanjati minn ex footballers Maltin. Din intrebhet minn Jitterbug misjuq minn Anthony Curmi u l-ex player tat-team nazzjonali Charles Scerri.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Heat Pavo Feeds. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Nacarat Campbell (R. Gatt) Hin – 2.04.2” (1.15.7”) 2. Enjoy Kronos (E. Bondin) 3. Or Noir Mabon (F. Cassar) 4. Dream Leader (D. Ellul)

II Tigrija. Heat Pavo Feeds. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Vasterbo Hitchiker (R. Clifton) Hin – 2.03.6” (1.15.4”) 2. Lacoste IT (E. Bezzina) 3. Schejken Bill (C. Xerri) 4. Jobie Lucky (C. Caruana)

III Tigrija. Heat Pavo Feeds. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Lime Casted (C. Camilleri) Hin – 2.03.2” (1.15.1”) 2. No Comprendo (A. Farrugia) 3. Natif de l’Hommee (R. Gatt) 4. Mint Spirit (F. Portelli)

IV Tigrija. Tigrija tas-Sidien. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Miami du Coq (J. Agius) Hin – 2.53.2” (1.20.9”) 2. Mailbag (E. Deguara) 3. Juaben (J. Gauci) 4. Nobel King (S. Abela)

V Tigrija. Tigrija tas-Sidien. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1.  Nereus Galbe (M. Muscat) Hin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Owens Kin (I. Carabott) 3. High Speed Night (M. Grech) 4. Lady June

VI Tigrija. Tigrija tas-Sidien. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Bello Fratello (A. Spagnol) Hin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Energy Launcher (C. Bonello) 3. Niarpan (T. Micallef) 4. Isolated (I. Carabott)

VII Tigrija. Tigrija tas-Sidien. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Sir De Landerije (R. Galea) Hin – 2.48.7” (1.18.8”) 2. Sweep The Floor (S. Farrugia) 3. Norfolk de Gouerie (K. Scicluna) 4. Westside Photo (P. Calleja)

VIII Tigrija. Tigrija tas-Sidien. Klassi Gold Dist – 2140m. 1. Lutan Villetot (E. Attard) Hin – 2.46.2” (1.17.7”) 2. Oscar de la Vallee (S. Micallef) 3. Nobel Pasmarick (K. Falzon) 4. Nono d’Echal (V. Meli)

IX Tigrija. Finali Pavo Feeds. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Nacarat Campbell (R. Gatt) Hin – 2.03.4” (1.15.3”) 2. Lime Casted (C. Camilleri) 3. Vasterbo Hitchiker (R. Clifton) 4. Dream Leader (D. Ellul)

X Tigrija. Tigrija tas—Sidien. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Stonecreek (J. Borg) Hin – 2.47.3” (1.18.2”) 2. Marlow As (C. Abela) 3. Flying As (M.A. Farrugia) 4. My Danover (K. Farrugia)

XI –il Tigrija. Gran Finali VOB. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Livi Cantona (C. Camilleri) Hin – 3.21.4” (1.16.3”) 2. Joker de Choisel (F. Cassar) 3. Nevaio des Bordes (G. Schembri) 4. Arnie Sensation (C. Farrugia)

XII –il Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Timolin (R. Grima) Hin – 1.48.3” 2. Tarruji (O. Briffa) 3. Ollie Fliptrik (D. Zammit) 4. Marivan (E. Zammit)

Rebha ghal Degiorgio mar-ritorn tieghu fl-Izvezja

Nhar il-Hamis fil-ghaxija fil-korsa ta’ Mantorp fl-Izvezja, is-sewwieq u trainer professjonali Malti Charles Degiorgio rebah tigrija ewlenija permezz tad-debba ta’ hames snin Bamming Star Run. Din id-debba li ghandha propjeta’ Zvediza, iddominat it-tigrija li saret fuq distanza ta’ 2140m u li kellha bil-bidu bil-vantagg. Bamming Star Run harget rebbieha f’medja ta’ 1.20.4″ minn Tap Tiara (Tommy Svensson) u Gold Lover misjuq mill-aqwa sewwieq Fillandiz Jorma Kontio. Degiorgio kien ghadu kemm jirritorna l-Izvezja wara li kien ghadu kemm qatta ftit jiem ta’ mistrieh f’Malta fl-okkazjoni tal-festi tal-Milied.
Fi tmiem it-tigrija ghamilt kuntatt ma’ Degiorgio fejn tenna li qabel it-tigrija, li xxandret ukoll diretta fuq stazzjon televiziv Zvediz, kien fiducjuz fil-potenzjal ta’ din id-debba. Hu zied jghid li Bamming Star Run qamet ghall-okkazjoni anki meta t-tigrija saret f’temp u f’kundizzjoni mill-aktar difficli. Fl-esperjenza tieghu fl-Iskandinavja Charles Degiorgio hu meghjun direttament mill-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu u l-Kunsill Malti ghall-iSport.  Fil-fatt Degiorgio ha l-okkazjoni wkoll biex jirringrazzja lill-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu u l-Kunsill Malti ghall-iSport ghall-appogg u l-ghajnuna taghhom. Irringrazzja wkoll lis-Segretarju Parlamentari gha-Zghazagh u Sport Clyde Puli ghall-interess partikolari li jiehu fl-avventura tieghu fl-Izvezja.

Originally published in In-Nazzjon 31/12/2011

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives