//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Noble d’Ete jirbah it-tigrija ewlenija

Fil-korsa tal-Marsa l-bierah inghata l-bidu ghall-istagun 2012 bl-ewwel laqgha tas-sena li  kienet tikkonsisti minn seba’ tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m. It-tigrija tal-klassi Premier kienet l-avveniment ewlieni tal-gurnata u din intrebhet mill-Franciz Noble d’Ete misjuq mis-sewwieq veteran Raymond Clifton.

Erbatax –il ziemel kienu miktuba fl-uniku tigrija Premier. Hawnhekk Noble d’Ete iddomina ghal kwazi d-distanza kollha u fid-dritta finali rnexxilu minghajr tbatija jikkontrolla l-attakk ta’ Master Lupin (Rodney Gatt) li eventwalment safa’ skwalifikat. B’hekk Anguz RC (Tony Demanuele) inghata t-tieni post minn Nobel de Grimoult (Andrew Spiteri) u Energy Launcher (Redent Magro). L-ewwel rebha ta’ Noble d’Ete waslet f’medja ta’ 1.15.9” fil-kilometru.

Taqtiegha bejn erba’ zwiemel fl-ahhar metri tat-tigrija Gold wasslet lil Touch The Diamond (David Ellul) biex itemm rebbieh. Dan bi ftit minn Novak (Emmanuel Gafa’), Race Ball (Tony Demanuele) u Jigsaw (Darren Mizzi).

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver, Odelvio (Rodney Gatt), li okkupa l-ewwel post ghal parti twila tad-distanza, ceda madwar 400m mill-linja finali. Dan inqabez minn Olympio des Loyaux (James Carabott), Flying As (Jonathan Farrugia) u Cross Country FC (Marco Debono). Odelvio kellu jikkuntenta bir-raba’ pozizzjoni.

Sprint qawwi fl-ahhar 400m tat-tieni tigrija Silver wassal lil Notice As (Carl Caruana) biex jispicca l-ewwel bi ftit mid-debuttant Olandiz Zilver Boko (Tony Demanuele). Stonecreek (Etienne Mallia) u Stainless Steel (Charles Camilleri) spiccaw warajhom f’dik l-ordni.

Il-laqgha nkludiet tliet tigrijiet tal-klassi Bronze. Fl-ewwel wahda, li kienet ukoll l-ewwel tigrija tal-istagun, Frans Tanti pogga lil Mr King quddiem meta z-zwiemel daru ghad-dritta finali u hareg rebbieh facilment b’distakk ta’ aktar minn tmien tulijiet minn Icare de Jemma (Tony Demanuele), Above Roland (George Attard) u Loulou Noir (Carl Caruana).

Robin Lou (Charles Camilleri) ha l-kmand dawra mit-tmiem waqt it-tieni tigrija tal-klassi Bronze u rnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel b’vantagg ta’ sitt tulijiet minn Mirall Composite (Frans Tanti). Monticello (Wayne Farrugia) u Klokkeblomst (George Attard) dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Ir-rizultati kollha.

L-ewwel pozizzjoni matul l-ewwel elf metru tat-tielet tigrija Bronze alternat kontinwament bejn numru ta’ zwiemel sakemm fl-ahhar battuti kien Nereus Galbe (Melvin Muscat) li mar fl-ewwel post. B’hekk dan il-Franciz ta’ hdax –il sena kompla fejn halla fl-istagun li ghadda u temm l-ewwel minn Orlando Dix (Charles Camilleri), Noble Candeen (Eric Bezzina) u Judon du Cap Vert (Noel Baldacchino).

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Mr King (F. Tanti) Hin – 2.48.3” (1.18.6”) 2. Icare de Jemma (T. Demanuele) 3. Above Roland (G. Attard) 4. Loulou Noir (C. Caruana)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Robin Lou (C. Camilleri) Hin – 2.50” (1.19.5”) 2. Mirall Composite (F. Tanti) 3. Monticello (W. Farrugia) 4. Klokkeblomst (G. Attard)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Nereus Galbe (M. Muscat) Hin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Orlando Dix (C. Camilleri) 3. Noble Candeen (E. Bezzina) 4. Judon du Cap Vert (N. Baldacchino)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Olympio des Loyaux (J. Carabott) Hin – 2.49.1” (1.19”) 2. Flying As (J. Farrugia) 3. Cross Country FC (M. Debono) 4. Odelvio (R. Gatt)

V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Notice As (C. Caruana) Hin – 2.46” (1.17.6”) 2. Zilver Boko (T. Demanuele) 3. Stonecreek (E. Mallia) 4. Stainless Steel (C. Camilleri)

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Noble d’Ete (R. Clifton) Hin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. Anguz RC (T. Demanuele) 3. Nobel de Grimoult (A. Spiteri) 4. Energy Launcher (R. Magro)

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Touch The Diamond (D. Ellul) Hin – 2.45.5” (1.17.4”) 2. Novak (E. Gafa’) 3. Race Ball (T. Demanuele) 4. Jigsaw (D. Mizzi)

Prix de Belgique

Illum wara nofsinhar, fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza ssir l-ahhar tigrija minn erbgha bi preparazzjoni ghall-Prix d’Amerique li ssir fl-ahhar tax-xahar. It-tigrija tal-lum, il-Prix de Belgique, se tkun fuq distanza twila ta’ 2800m u jkollha bidu bil-waqqaf. Fiha ghandu jibda favorit ghal darba ohra l-Franciz Ready Cash li f’idejn Franck Nivard jipprova jirbah ukoll din l-ahhar tigrija bi preparazzjoni ghall-Amerique, wara t-tliet successi tal-ahhar gimghat.

Is-sena li ghaddiet il-Prix d’Amerique kienet ukoll intrebhet mill-istess Ready Cash.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives