//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Fire jirbah tigrija kumbattuta tal-klassi Premier

Misjuq miz-zghazugh Ghawdxi Marco Refalo, l-Izvediz Fire rebah it-tigrija ewlenija li saret il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier u li kienet taghmel parti mit-tieni laqgha tas-sena fuq seba’ tigrijiet kollha tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Tlettax kienu z-zwiemel li hadu sehem fit-tigrija Premier. Hawnhekk Normand d’Oger (Cliferty Calleja) kien l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq u fl-ewwel metri fetah vantagg zghir fuq Lou Petiot (Michael Axisa) u Belafonte (Charlo’ Debono). Dawra mit-tmiem resaq vicin dawn it-tliet zwiemel, il-kwotat Fire (Marco Refalo) li fid-dritta finali sfida serjament lil Normand d’Oger u rnexxilu jaqbzu propju fuq il-linja finali. B’hekk Fire kompla fejn halla fl-istagun li ghadda b’Magic de Assigny (Raymond Clifton) u Bello Fratello (Clint Vassallo) dahlu fit-tielet u r-raba’ pozizzjoni. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.15.3” fil-kilometru.

Bhal dik tal-klassi Premier, l-ewwel tigrija tal-klassi Gold ukoll kienet ikkaratterizzata minn tmiem incert bejn Count Of Life (Charles Camilleri) u Nagano Phedo (Mario Fenech). Wara konsultazzjoni mal-photofinish ir-rebha nghatat lil Nagano Phedo b’Nomade de Mai (Martin Grech) u Big Hit (Charlo’ Debono) ikollhom ukoll pjazzament pozittiv.

Ghalkemm kien qieghed jibda bl-aktar numru difficli wara l-karozza tat-tluq waqt it-tieni tigrija tal-klassi Gold, Jobie Lucky (Rodney Gatt) xorta rnexxilu fl-ahhar metri jiehu l-kmand biex jakkwista l-ewwel rebha tieghu. Dan minn Najac (Mark Mifsud), Lime Casted (David Ellul) u Baron GL (Clint Vassallo).

Fl-ewwel minn zewg tigrijiet tal-klassi Silver, kien Magnum (Frans Gauci) li zamm l-ewwel post ghal kwazi tul id-distanza kollha. Fl-ahhar metri, dan il-Franciz ta’ tnax –il sena rnexxilu jirrezisti l-assalti ta’ Nympheta de Bisoir (Jonathan Farrugia), Giant Game (Darren Mizzi) u Niko de Chamant (Victor Fenech) li spiccaw fit-tieni, it-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Sprint qawwi 500m mill-linja finali wassal biex Nicos de Peneme (Kevin Azzopardi) biex jirbah it-tieni tigrija Silver b’distakk ta’ seba’ tulijiet fuq it-tieni pjazzat Mint Condition (Jason Vassallo). Dawn kienu segwiti minn Osiris des Kids (Sandro Cutajar) u Lotus du Goth (Andrew Spiteri).

Fl-uniku tigrija tal-klassi Bronze, King de Bourdenay (Charles Camilleri), li mar quddiem dawra mit-tmiem, ma seta’ jaghmel xejn fl-ahhar metri quddiem il-qawwa ta’ Mario d’Orbec (Andrew Pace) u b’hekk kellu jikkuntenta bit-tieni post. Kellhom ukoll wirja tajba Owens Kin (Mario Baldacchino) u Hardy Frontline (Ludvic Ghigo) li dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Il-programm fetah b’tigrija tal-klassi Copper. Hawnhekk decizjoni f’waqtha mehuda fid-dritta finali minn Toni Tanti, li pogga lil Papa’s Dream tlieta fuq in-naha ta’ barra, waslet biex dan iz-ziemel jittrijonfa bi ftit mill-kwotat Gamin Launcher (Jeffrey Xerri) u Ballad Ribb (Tony Demanuele). Nobel King (Eric Bezzina) dahal fir-raba’ pozizzjoni.

Waqt l-istess program ta’ tigrijiiet saret prezentazzjoni lis-sidien taz-ziemel tat-trott Leco Bell u lil dawk tal-pony Mr Nice Guy wara li s-sena li ghaddiet dawn spiccaw l-aktar konsistenti f’tigrijiet li saru ghad-dilettanti fil-korsa l-qadima. Il-prezentazzjoni tmexxiet minn Dr Matthew Brincat, Joe Zerafa u Mark Vella, ufficjali tal-Malta Racing Club.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Papa’s Dream (T. Tanti) Hin – 2.48.8” (1.18.9”) 2. Gamin Launcher (J. Xerri) 3. Ballad Ribb (T. Demanuele) 4. Nobel King (E. Bezzina)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Mario d’Orbec (A. Pace) Hin – 2.48.1” (1.18.6”) 2. King de Bourdenay (A. Pace) 3. Owens Kin (M. Baldacchino) 4. Hardy Frontline (L. Ghigo)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Magnum (F. Gauci) Hin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Nympheta de Bisoir (J. Farrugia) 3. Giant Game (D. Mizzi) 4. Niko de Chamant (V. Fenech)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Nagano Phedo (M. Fenech) Hin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Count Of Life (C. Camilleri) 3. Nomade de Mai (M. Grech) 4. Big Hit (C. Debono)

V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Nicos de Peneme (K. Azzopardi) Hin – 2.42.1” (1.15.7”) 2. Mint Condition (J. Vassallo) 3. Osiris des Kids (S. Cutajar) 4. Lotus du Goth (A. Spiteri)

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Fire (M. Refalo) Hin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Normand d’Oger (C. Calleja) 3. Magic de Assigny (R. Clifton) 4. Bello Fratello (C. Vassallo)

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Jobie Lucky (R. Gatt) Hin – 2.42.3” (1.15.9”) 2. Najac (M. Mifsud) 3. Lime Casted (D. Ellul) 4. Baron GL (C. Vassallo)

Royal Dream jirbah il-Belgique

Fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza, il-Franciz Royal Dream (Jean Philippe Dubois) rebah il-Prix de Belgique li kienet ir-raba’ u l-ahhar tigrija bi preparazzjoni ghall-Prix d’Amerique li ssir fl-ahhar tax-xahar. Dan iz-ziemel temm rebbieh quddiem id-debba Roxane Griff (Eric Raffin) u l-favorit u popolari Ready Cash (Franck Nivard). Dan iz-ziemel rebah l-Amerique s-sena li ghaddiet u kien gej minn tliet successi konsekuttivi f’tigrijiet bi preparazzjoni ghal din it-tigrija prestigjuza. L-Izvediz Maharajah (Orjan Kihlstrom) spicca fir-raba’ pozizzjoni. Il-Prix de Belgique saret fuq distanza twila ta’ 2850m, kellha bidu bil-waqqaf  u fiha z-ziemel rebbieh kellu medja ta’ 1.13.3” fil-kilometru.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives