Fil-korsa tal-Marsa l-bierah wara nofsinhar inghata l-bidu ghal zewg kampjonati godda ghal zwiemel mhux Francizi jew Zvedizi. Dawn huma l-kampjonati Assikura li qieghed isiru fuq distanza qasira ta’ 2140m. B’kollox saru erba’ tigrijiet semi finali minn dawn il-kampjonati li kienu jaghmlu parti wkoll mill-hames laqgha tal-istagun fuq seba’ tigrijiet. Il-programm inkluda wkoll tigrija normali tal-klassi Premier u ohra tal-galopp. Dawn intrebhu minn Nuage de Bourgogne u Kimberley Downs rispettivament filwaqt li Rodney Gatt temm l-ahjar sewwieq b’zewg rebhiet.
Fit-tigrija normali tal-klassi Premier, il-Franciz Nuage de Bourgogne, taht il-gwida ta’ Charles Camilleri, ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta minghajr ebda tbatija. Dan iz-ziemel ta’ hdax –il sena mar quddiem sa ftit metri mill-bidu ufficjali tat-tigrija u matul id-distanza ma sab ebda diffikulta’ biex izomm l-ewwel pozizzjoni, tant li hareg rebbieh b’vantagg ta’ ghaxar tulijiet minn Candy Fantasy (Melvin Farrugia), Energy Launcher (Redent Magro) u Oviedo Vici (Darren Mizzi). L-ewwel rebha fi gziritna u fit-tieni dehra ta’ Nuage de Bourgogne waslet f’medja ta’ 1.17.1” fil-kilometru.
L-ewwel semi finali mill-kampjonat A Assikura kienet ikkaraterizzata minn taqtiegha interessanti fl-ahhar metri bejn Indian Attack (Rodney Gatt), il-favorit Zilver Boko (Tony Demanuele) u Reado November (Shawn Portelli) li kollha ziedu l-pass 500m mit-tmiem. Indian Attack irnexxilu jiehu l-ewwel rebha tas-sena b’Darco As (Mark Tanti) u Socrates (James Briffa) jikkwalifkaw ukoll ghall-ahhar fazi tal-kampjonat.
It-tieni semi finali mill-istess kompetizzjoni offriet tmiem mill-aktar incert bejn Knockout Molar (Rodney Gatt) u Count Of Life (Charles Camilleri) wara li dawn kellhom sprint qawwi fl-ahhar 300m. Ir-rebha nghatat lil tal-ewwel wara konsultazzjoni mal-photofinish. Id-debuttant Amerikan Side Spin (Julian Farrugia), Newman (Kevin Sciberras) u Big Hit (Charlo’ Debono) ukoll ghaddew ghall-fazi finali.
Anki miz-zewg semi finali mill-kampjonat B Assikura ghaxar zwiemel ghaddew ghall-finali. Fl-ewwel wahda, id-debuttant Belgjan Ackaturbo (Peter Paul Said), li mexxa lill-kumplament tal-partecipanti ghal parti twila tad-distanza, ceda u nqabez fl-ahhar metri minn Lady Holmely (Jeffrey Said). Garden Pax (Charles Camilleri), Joker Pitstop (Mark Mifsud) u Klokkeblomst (George Attard) ghaddew ukoll ghall-finali.
Il-favorit Morgan Kane (Shawn Portelli) ma falliex u ssorpenda lil kulhadd fl-ahhar metri tat-tieni semi finali tal-kampjonat B. Dan irnexxilu jirregistra t-tieni rebha konsekuttiva tieghu minn Giant Game (Darren Mizzi) u Hawkear (Rodney Gatt). Splanky (Dario Fenech) u Prince Regent (Tony Demanuele) kienu l-ahhar zewg zwiemel li kkwalifikaw ghal din il-finali.
Fl-uniku tigrija tal-galopp, kien l-Amerikan Kimberley Downs (Michael Sultana) li ddomina tul id-distanza u rnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel facilment b’vantagg ta’ hames tulijiet minn Ollie Fliptrik (Oliver Briffa), Just The Best (Ramon Grima) u Palagonia (Eric Zammit). Dan tal-ahhar kien debuttant Ingliz ta’ erba’ snin.
Il-laqgha tal-lbierah fethet b’tigrija tal-klassi Bronze. Hawnhekk, Noe de Loudat (Kevin Sciberras) li zamm l-ewwel post tul id-distanza kollha, ha l-ewwel rebha tal-istagun b’distakk ta’ tul u nofs minn Money Boy (Julian Farrugia), Purple Street (Redent Magro) u Lorenz de Noyelles (Rodney Gatt).
Ir-rebbieha kollha:
I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Noe de Loudat (K. Sciberras) Hin – 3.29.1” (1.19.2”) 2. Money Boy (J. Farrugia) 3. Purple Street (R. Magro) 4. Lorenz de Noyelles (R. Gatt)
II Tigrija. Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Open B. Dist – 2140m. 1. Lady Holmely (J. Said) Hin – 2. Ackaturbo (P.P. Said) 3. Garden Pax (C. Camilleri) 4. Joker Pitstop (M. Mifsud) 5. Klokkeblomst (G. Attard)
III Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Kimberley Downs (M. Sultana) Hin – 1.47.9” 2. Ollie Fliptrik (O. Briffa) 3. Just The Best (R. Grima) 4. Palagonia (E. Zammit)
IV Tigrija. Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Open B. Dist – 2140m. 1. Morgan Kane (S. Portelli) Hin – 2.50” (1.19.4”) 2. Giant Game (D. Mizzi) 3. Hawkear (R. Gatt) 4. Splanky (D. Fenech) 5. Prince Regent (Tony Demanuele)
V Tigrija. Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Open A. Dist – 2140m. 1. Indian Attack (R. Gatt) Hin – 2.45” (1.17.1”) 2. Zilver Boko (T. Demanuele) 3. Reado November (S Portelli) 4. Darco As (M. Tanti) 5. Socrates (J. Briffa)
VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nuage de Bourgogne (C. Camilleri) Hin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Candy Fantasy (M. Farrugia) 3. Energy Launcher (R. Magro) 4. Oviedo Vici (D. Mizzi)
VII Tigrija. Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Open A. Dist – 2140m. 1. Knockout Molar (R. Gatt) Hin – 2.45” (1.17.1”) 2. Count Of Life (C. Camilleri) 3. Side Spin (J. Farrugia) 4. Newman (K. Sciberras) 5. Big Hit (C. Debono)
Imut George Schembri
Matul il-gurnata tal-lbierah thabbret il-mewt tas-sewwieq u trainer veteran George Schembri, maghruf l-aktar mad-dilettanti bhala “il-bubuna”. Schembri miet il-bierah fil-ghodu fir-residenza tieghu fil-Marsa. Imwieled f’familja ta’ dilettanti, u kkunsidrat fost l-aqwa sewwieqa li qatt hargu minn pajjizna, George jibqa mfakkar ukoll ghar-rebh ta’ numru ta’ finali importanti specjalment fis-snin tmenin u disghin. Ghal xi snin hu kien ukoll jockey ewlieni tal-galopp u anki involut fl-amministrazzjoni tal-isport bhala rapprezentant tas-sidien u s-sewwieqa fi hdan il-kunsill tal-Malta Racing Club. Minn din il-pagna naghti l-kondoljanzi tieghi lill-familja Schembri f’dan il-mument daqstant difficli.
Discussion
No comments yet.