//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Tliet rebhiet ghal Noel Baldacchino

Fl-okkazjoni tal-festa ta’ San Pawl, fil-korsa tal-Marsa saret is-sitt laqgha tal-istagun fuq seba’ tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m. Minn dawn, l-aktar wahda mistennija kienet dik riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier u li ntrebhet mid-debuttanat Nabab du Chatelet misjuq minn Redent Magro. Noel Baldacchino temm l-ahjar sewwieq tal-jum bi tliet rebhiet.

Erbatax –il ziemel hadu sehem fit-tigrija Premier, fosthom erba’ debuttanti Francizi. Wiehed minn dawn, Nino de Saintho (Frencu Cassar), kellu bidu  b’sahhtu wara l-karozza tat-tluq u mexxa lill-partecipanti l-ohra matul l-ewwel elf metru sakemm inqabez minn ziemel iehor mill-istess stalel tieghu, Normand d’Oger (Cliferty Calleja) u debuttant iehor Nabab du Chatelet (Redent Magro). It-tigrija hadet svolta ohra fl-ahhar 400m, b’Nabab du Chatelet imur quddiem biex ha l-ewwel rebha fl-ewwel dehra minn Bonus Kall (Shawn Portelli), il-gdid Nono de Crouay (Melvin Farrugia) u Normand d’Oger.

Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda Oscar de la Vallee (Noel Baldacchino) ittrijonfa bla tbatija b’distakk ta’ tmien tulijiet. Dan il-Franciz ta’ ghaxar snin halla kollox ghall-ahhar 500m u qasam il-linja finali l-ewwel minn Frasse Filiokus (Rennie Zammit), Magnifique Sablais (Julian Farrugia) u Nacarat Campbell (Ronald James). It-tieni tigrija tal-klassi Gold offriet tmiem mill-isbah li nkluda taqtiegha bejn erba’ zwiemel. Kien Ouragan d’Any (Frans Gauci) li ha l-ewwel rebha fi xtutna quddiem Max Galbe (Carmelo Agius), Pirate d’Urzy (Eugenio Bondin) u Matador Knick (Carmelo Farrugia).

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver kien sprint madwar 700m mill-linja finali li wassal lill-kwotat Orgeat (Noel Baldacchino) biex jirregistra l-ewwel rebha tas-sena. Dan minn Olifant du Puoy (Frans Tanti), Super Spot (Charles Camilleri) u Nympheta de Bisoir (Jonathan Farrugia). Le Bon Mayennais (Cliferty Calleja) okkupa l-ewwel post tul id-distanza tat-tieni tigrija Silver, anki jekk fl-ahhar battuti kellu jithabat mhux ftit biex jikkontrolla l-assalt ta’ Notice As (Carl Caruana). Bankir Zon (Clint Vassallo) u Oscar Mati (Rodney Gatt) dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Noel Baldacchino ha t-tielet rebha tieghu fl-uniku tigrija tal-klassi Bronze li kienet ikkaratterizzata minn dwell kontinwu fl-ahhar metri bejn Owens Kin ta’ Baldacchino u Ocean Gede (Anthony Fenech). Kien tal-ewwel li temm fl-ewwel post bi ftit, b’Judon du Cap Vert (Charles Camilleri) u Navaroso de Khepri (Salvu Bartolo) jidhlu warajhom f’dik l-ordni.

Il-laqgha fethet b’tigrija tal-klassi Copper. Hawnhekk wara li matul parti twila tad-distanza l-ewwel pozizzjoni alternat bejn numru ta’ zwiemel kien fid-dritta finali li Carmelo Mifsud pogga quddiem lil Qualou d’Axel li rebah b’vantagg ta’ madwar erba’ tulijiet minn Glowing Star (Rodney Gatt), Lulu Moliere (Emmanuel Bonello) u Orasi Index (Clint Vassallo).

Matul il-laqgha tal-bierah il-kunsill tal-Malta Racing Club fakkar ukoll lis-sewwieq popolari George Schembri li miet il-Hadd li ghadda. Ghal din ic-cerimonja attendew ukoll fost l-ohrajn sewwieqa stabbiliti u familjari tal-istess Schembri.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Qualou d’Axel (C. Mifsud) Hin – 3.32.4” (1.20.5”) 2. Glowing Star (R. Gatt) 3. Lulu Moliere (E. Bonello) 4. Orasi Index (C. Vassallo)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Owens Kin (N. Baldacchino) Hin – 3.30.2” (1.19.6”) 2. Ocean Gede (A. Fenech) 3. Judon du Cap Vert (C. Camilleri) 4. Navaroso de Khepri (S. Bartolo)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Orgeat (N. Baldacchino) Hin – 3.28.7” (1.19.1”) 2. Olifant du Puoy (F. Tanti) 3. Super Spot (C. Camilleri) 4. Nympheta de Bisoir (J. Farrugia)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Oscar de la Vallee (N. Baldacchino) Hin – 3.25.5” (1.17.9”) 2. Frasse Filiokus (R. Zammit) 3. Magnifique Sablais (J. Farrugia) 4. Nacarat Campbell (R. James)

V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Le Bon Mayennais (C. Calleja) Hin – 3.35.3” (1.21.6”) 2. Notice As (C. Caruana) 3. Bankir Zon (C. Vassallo) 4. Oscar Mati (R. Gatt)

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nabab du Chatelet (R. Magro) Hin – 3.22.4” (1.16.7”) 2. Bonus Kall (S. Portelli) 3. Nono de Crouay (M. Farrugia) 4. Normand d’Oger (C. Calleja)

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Ouragan d’Any (F. Gauci) Hin – 3.25.8” (1.18”) 2. Max Galbe (C. Agius) 3. Pirate d’Urzy (E. Bondin) 4. Matador Knick (C. Farrugia)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives