//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

It-tieni rebha konsekuttiva ghal True Q

Misjuq minn Shawn Portelli, l-Izvediz True Q rebah l-aktar tigrija mistennija li saret il-bierah fil-korsa tal-Marsa u li kienet miftuha ghal zwiemel tal-klassi Premier. Din ghamlet parti mis-seba’ laqgha tal-istagun li kienet tikkonsisti minn tmien tigrijiet kollha tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m.

Erbatax kienu z-zwiemel li hadu sehem fit-tigrija Premier. Kien Utah Hornline (Raymond Clifton) li ha l-kmand wara l-bidu ufficjali izda wara ftit metri dan inqabez minn Nevaio des Bordes (Frank Portelli). Dan iz-ziemel mexxa lill-kumplament taz-zwiemel ghal parti twila tad-distanza, sakemm madwar 150m mit-tmiem, meta ffacjat mill-isfida ta’ True Q (Shawn Portelli), biddel il-pass, safa’ skwalifikat u nqabez mill-istess favorit True Q li ha t-tieni rebha konsekuttiva. Kakisis (Johan Axisa), Bello Fratello (Anthony Spagnol) u Wiss Night Hawk (Julian Farrugia) dahlu fit-tieni, it-tielet u r-raba’ post rispettivament. Il-medja tar-rebbieh kienet wahda ta’ 1.16.6” fil-kilometru.

Il-favorit Label Chouan (David Ellul) akkwista t-tieni rebha nfila tieghu fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold. Ghalkemm kien ghal hafna metri fl-ewwel post, dan il-Franciz beda jzid aktar fil-velocita’ matul l-ahhar dawra biex hareg rebbieh facilment bi tmien tulijiet minn Dialect Af Prinfo (Redent Magro), L’An Deux Milles (Chris Cassar) u Keeping Quality (Charles Magro).

L-ahhar 500m tat-tieni tigrija Gold kienu determinanti biex Orlando Tejy (Noel Baldacchino) imur fl-ewwel post u jkollu success mill-aktar facli. Dan b’zewg tulijiet minn Hulot (Jason Vassallo), Nicos de Peneme (Kevin Azzopardi) u Victory Toll (Julian Farrugia).

Il-laqgha nkludiet tliet tigrijiet tal-klassi Silver. Id-debuttant Franciz Prince du Moutier (Raymond Schembri) okkupa l-ewwel pozizzjoni tul id-distanza kollha anki meta fid-dritta finali kellu jithabat hafna biex jikkontrolla l-avvanzi ta’ Law Suit (Noel Baldacchino), Family’s Moonlight (Ivan Bilocca) u ziemel gdid iehor Franciz Pacha De Sassy (Carl Caruana).  B’hekk Prince du Moutier ha l-ewwel rebha f’Malta fl-ewwel dehra tieghu.

West Life (Charles Camilleri) ceda kollox madwar 200m mit-tmiem tat-tieni tigrija Silver. Dan inqabez minn Norfolk de Gouerie (Cliferty Calleja) li wkoll ha l-ewwel rebha tieghu minn Newton du Pic (Redent Magro). Nereus Galbe (Melvin Muscat) temm fir-raba’ pozizzjoni.

Dwell interessanti fid-dritta finali tat-tielet tigrija Silver bejn Lovely Mab (Noel Baldacchino) u Orphee Kadesh (Michael Ellul) wassal lil dan tal-ahhar biex jiehu l-ewwel rebha f’Malta. Power Cape (Pierre Caruana) u My Gentleman (Mark Tanti) temmew warajhom f’dik l-ordni.  Ma setax jonqos li Ellul ma jkunx kuntent u emozzjonat b’din ir-rebha wara li kien qieghed jirritorna ghas-sewqan wara assenza ta’ ftit gimghat minhabba li kien rikoverat l-isptar.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Bronze, sprint veloci matul l-ahhar mitt metru ppermetta lil Notre Joyeux (Charles Camilleri) biex ukoll itemm l-ewwel minghajr tbatija minn Newmarket Boy (Shawn Portelli). Nolan Streamline (Andy Mifsud) u Mirage d’Ete (Noel Baldacchino) kellhom ukoll pjazzament pozittiv.

Noli de Marray (Patrick Spiteri) temm rebbieh fl-ewwel tigrija tal-gurnata li kienet riservata ghal zwiemel tal-klassi Copper. Dan beda l-assalt tieghu dawra mit-tmiem u ha l-ewwel rebha tas-sena minn Insa (Frencu Cassar), Emil Brebro (Brian Zammit) u Nobel King (Brian Hili).

Matul l-istess laqgha is-sewwieq zaghzugh Ghawdxi Shawn Portelli gie premjat bhala l-ahjar sewwieq ghax-xahar ta’ Jannar. Hu gie prezentat b’tifkira minn Tony Demanuele, Jason Vassallo u Joe Zerafa bhala r-rapprezentanti tas-sidien u s-sewwieqa fi hdan il-kunsill tal-Malta Racing Club.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Noli de Marray (P. Spiteri) Hin – 3.30.4” (1.19.7”) 2. Insa (F. Cassar) 3. Emil Brebro (B. Zammit) 4. Nobel King (B. Hili)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Notre Joyeux (C. Camilleri) Hin – 3.28.2” (1.18.9”) 2. Newmarket Boy (S. Portelli) 3. Nolan Streamline (A. Mifsud) 4. Mirage d’Ete (N. Baldacchino)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Prince du Moutier (R. Schembri) Hin – 3.27.3” (1.18.5”) 2. Law Suit (N. Baldacchino) 3. Family’s Moonlight (I. Bilocca) 4. Pacha de Sassy (C. Caruana)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Norfolk de Gouerie (C. Calleja) Hin – 3.26” (1.18”) 2. Newton du Pic (R. Magro) 3. West Life (C. Camilleri) 4. Nereus Galbe (M. Muscat)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Label Chouan (D. Ellul) Hin – 3.22.1” (1.16.6”) 2. Dialect Af Prinfo (R. Magro) 3. L’An Deux Milles (C. Cassar) 4.Keeping Quality (C. Magro)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Orphee Kadesh (M. Ellul) Hin – 3.25.9” (1.18”) 2. Lovely Mab (N. Baldacchino) 3. Power Cape (P. Caruana) 4. My Gentleman (M. Tanti)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. True Q (S. Portelli) Hin – 3.22.2” (1.16.6”) 2. Kakisis (J. Axisa) 3. Bello Fratello (A. Spagnol) 4. Wiss Night Hawk (J. Farrugia)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Orlando Tejy (N. Baldacchino) Hin – 3.22.2” (1.16.6”) 2. Hulot (J. Vassallo) 3. Nicos de Peneme (K. Azzopardi) 4. Victory Toll (J. Farrugia)

Ready Cash meghlub

Iz-ziemel popolari Franciz Ready Cash, li x-xahar li ghadda rebah il-famuza Prix d’Amerique fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza, il-bierah safa’ meghlub meta kien qieghed jigri fit-tigrija Prix de France li saret fl-istess korsa fuq distanza qasira ta’ 2100m u li kellha bidu bil-karozza tat-tluq. It-tigrija ntrebhet minn Franciz iehor Royal Dream misjuq minn Jean Philippe Dubois u f’medja ta’ 1.11.6” fil-kilometru. Dan quddiem it-Taljan Main Wise As (Pierre Levesque). F’idejn Franck Nivard, Ready Cash dahal fit-tielet pozizzjoni.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives