//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Knockout Molar u Prince Regent jirbhu l-finali Assikura

L-aktar zewg tigrijiet importanti li saru l-bierah fil-korsa tal-Marsa kienu finali mill-kompetizzjoni Assikura ghal zwiemel mhux Francizi jew Zvedizi fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn kienu jaghmlu parti mit-tmien laqgha tal-istagun fuq hdax il-tigrija bil-finali Assikura jintrebhu mid-Daniz Knockout Molar u l-Amerikan Prince Regent.

Il-finali Assikura Open A kienet wahda kumbattuta u incerta sal-linja finali. Kien l-Olandiz Zilver Boko (Tony Demanuele) l-aktar b’sahhtu sa mill-ewwel metri. Dan fetah vantagg zghir minn Darco As (Marco Tanti) u Side Spin (Julian Farrugia). Zilver Boko zamm il-kmand sa madwar mitt metru mit-tmiem, sakemm beda jnaqqas il-pass u fl-istess hin ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa tal-favorit Knockout Molar (Carl Caruana) li ha t-tieni rebha infila f’din il-kompetizzjoni quddiem Count Of Life (Charles Camilleri). Zilver Boko kellu jikkuntenta bit-tielet post b’Socrates (James Briffa) jispicca fir-raba’ pozizzjoni. Fi tmiem din il-finali Emmanuel Cassar u Carl Caruana is-sid u s-sewwieq rispettivament ta’ Knockout Molar gew premjati minn Dr Matthew Brincat Chairman tal-Malta Racing Club.

Fil-finali Assikura Open B, l-ewwel pozizzjoni matul id-distanza alternat bejn numru ta’ zwiemel. Kien il-Belgjan Ackaturbo (Peter Paul Said) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri dan inqabez minn Giant Game (Darren Mizzi). Izda 400m mill-linja finali, Tony Demanuele mar tlieta fuq in-naha ta’ barra permezz tal-Amerikan Prince Regent li ha l-ewwel rebha f’Malta quddiem l-istess Giant Game, Hawkear (Rodney Gatt) u Garden Pax (Charles Camilleri). Fi tmiem il-finali, Dr Matthew Brincat, ic-chairman tal-Malta Racing Club ippremja lil Gaetano Sammut u lil Tony Demanuele, is-sid u s-sewwieq rispettivament ta’ Prince Regent.

Fl-ewwel minn tliet tigrijiet tal-klassi Premier kien Nec Carmolo (Noel Baldacchino) li zied sew fil-velocita’ matul l-ahhar 500m biex qasam il-linja finali l-ewwel b’tul mid-debuttant Franciz Nougat Voideen (Oliver Briffa) u Candy Fantasy (Melvin Farrugia). Oscarina (Mikiel Ang Farrugia) dahlet fir-raba’ pozizzjoni.

It-tieni tigrija Premier kienet ferm aktar kumbattuta fejn fiha kellna tmiem missielet bejn erba’ zwiemel. Ghalkemm kien Noble d’Ete (Raymond Clifton) li qasam il-linja finali l-ewwel, dan iz-ziemel safa’ skwalifikat wara li kellu diffikulta’ f’nofs id-dritta finali. B’hekk ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Nono De Crouay (Melvin Farrugia) li akkwista l-ewwel rebha f’pajjizna fit-tieni dehra. Dan minn Normand d’Oger (Cliferty Calleja), Label Chouan (David Ellul) u Magic de Assigny (Julian Farrugia). Ir-rebha ta’ Nono de Crouay waslet f’medja tajba ferm ta’ 1.14.8” fil-kilometru.

Nuage de Bourgogne (Charles Camilleri) ha t-tieni rebha f’Malta fit-tielet tigrija Premier. Dan halla kollox ghall-ahhar 300m biex temm rebbieh quddiem Milord Barbes (Frencu Cassar) u Arnie Sensation (Carmelo Farrugia). Mystere d’Urfist (Noel Baldacchino) ukoll kellu wirja tajba bi pjazzament fir-raba’ pozizzjoni.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Gold kien hemm dwell interessanti fl-ahhar metri bejn Master Lupin (Rodney Gatt) u Jobie Lucky (Carl Caruana). Tal-ewwel ha l-ewwel rebha stagjonali. Il-programm inkluda wkoll tliet tigrijiet tal-klassi Bronze. Fl-ewwel wahda, Andrew Spiteri pogga lil Money Boy quddiem f’nofs id-dritta finali biex ha l-ewwel rebha tal-istagun; it-tieni wahda kienet ikkaratterizzata minn taqtiegha bejn tliet zwiemel fl-ahhar metri li ppermettiet lil Noe de Loudat (Kevin Sciberras) biex jirregistra t-tieni rebha konsekuttiva filwaqt li fl-ahhar tigrija Bronze Tony Demanuele ha t-tieni rebha tal-gurnata permezz ta’ Mac du Boult.

Fl-uniku tigrija tal-galopp li saret fuq distanza kemmxejn twila ta’ 2250m kien Just The Best (Ramon Grima) li rnexxilu jiehu l-ewwel rebha tas-sena wara sprint tajjeb matul l-ahhar 450m. Dan minn Ollie Fliptrik (Oliver Briffa), Capital Hill (Demis Zammit) u Friarscourt (Charles Vella).

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Mistral du Chene (S. Cutajar) Hin – 2.47.6” (1.18.3”) 2. Trick The Lind (N. Baldacchino) 3.Koechel Baz (J. Tabone) 4. Qualou d’Axel (C. Mifsud)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Money Boy (A. Spiteri) Hin – 2.45.5” (1.17.3”) 2. Purple Street (R. Magro) 3. High Speed Night (C. Camilleri) 4. Quirikou (N. Baldacchino)

III Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nec Carmolo (N. Baldacchino) Hin – 2.42.9” (1.16.2”) 2. Nougat Voideen (O. Briffa) 3. Candy Fantasy (M. Farrugia) 4. Oscarina (M. A. Farrugia)

IV Tigrija. Finali Kampjonat Assikura. Klassi Open B. Dist – 2140m. 1. Prince Regent (T. Demanuele) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Giant Game (D. Mizzi) 3. Hawkear (R. Gatt) 4. Garden Pax (C. Camilleri)

V Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 2250m. 1. Just The Best (R. Grima) Hin – 2.21.7” 2. Ollie Fliptrik (O. Briffa) 3. Capital Hill (D. Zammit) 4. Friarscourt (C. Vella).

VI Tigrija. Klassi Bronze. Dist -2140m 1.  Noe de Loudat (K. Sciberras) Hin – 2.45.5” (1.17.3”) 2. Mezio Josselyn (V. Fenech) 3. Reslovs Pebben (R. Magro) 4. King Boy Du Dane (C. Debono)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nono de Crouay (M. Farrugia) Hin – 2.40.2” (1.14.8”) 2. Normand d’Oger (C. Calleja) 3. Label Chouan (D. Ellul) 4. Magic de Assigny (J. Farrugia)

VIII Tigrija. Klassi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Open A. Dist – 2140m 1. Knockout Molar (C. Caruana) Hin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Count Of Life (C. Camilleri) 3. Zilver Boko (T. Demanuele) 4. Socrates (J. Briffa)

IX Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Master Lupin (R. Gatt) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Jobie Lucky (C. Caruana) 3. Dialect Af Prinfo (R. Magro) 4. Nagano Phedo (M. Fenech)

X Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nuage de Bourgogne (C. Camilleri) Hin – 2.40.2” (1.14.9”) 2. Milord Barbes (F. Cassar) 3. Arnie Sensation (C. Farrugia) 4. Mystere d’Urfist (N. Baldacchino)

XI –il Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Mac du Boult (T. Demanuele) Hin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Noli de Marray (P. Spiteri) 3. Vera LH (D. Ellul) 4. Newmarket Boy (C. Camilleri)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives