//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

It-tieni rebha stagjonali ghal Nicos de Peneme u Ouragan d’Any

Id-disa’ laqgha tal-istagun li saret il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienet tikkonsisti minn hdax –il tigrija kollha ghal zwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m. Fl-assenza ta’ tigrijet mill-oghla klassi Premier l-aktar tliet tigrijiet mistennija kienu dawk miftuha ghal zwiemel tal-klassi Gold.

Fl-ewwel minn dawn it-tigrijiet tal-klassi Gold kien Matador Knick (Carmelo Farrugia) li ssorprenda lill-kumplament tal-partecipanti matul l-ahhar 500m. Dan l-Izvediz ittrijonfa facilment b’distakk ta’ seba’ tulijiet minn Pirate d’Urzy (Eugenio Bondin) u l-gdid Franciz Paradis du Lupin (Andre’ Farrugia). Race Ball (Tony Demanuele) dahal fir-raba’ post.

It-tieni tigrija Gold kienet ikkaratterizzata minn taqtiegha interessanti bejn erba’ zwiemel fid-dritta finali. Kien Nicos de Peneme (Kevin Azzopardi) li rnexxilu jiehu t-tieni rebha stagjonali bi ftit minn Lime Casted (Charles Camilleri). Hulot (Jason Vassallo) u Natif de l’Hommee (Julian Farrugia) kellhom ukoll pjazzament pozittiv.

Ouragan d’Any (Frans Gauci) zied il-pass matul l-ahhar elf metru tat-tielet tigrija Gold. B’hekk dan il-Franciz akkwista t-tieni rebha konsekuttiva tieghu bi ftit minn Lover Boy Index (Noel Baldacchino), Vasterbo Hitchiker (Christian Vassallo)u Lacoste IT (Eric Bezzina).

Il-programm inkluda hames tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda, attakk mibdi madwar 600m mit-tmiem wassal lid-debuttant Franciz Petrus du Vivier (Mark Desira) biex jiehu l-ewwel rebha f’Malta. Dan b’zewg tulijiet minn Stanford Hornline (Anton Pace), Family’s Moonlight (Ivan Bilocca) u Pacha de Sassy (Carl Caruana).

West Life (Charles Camilleri) beda jnaqqas mill-pass madwar 300m mit-tmiem tat-tieni tigrija Silver. Dan inqabez minn Lord Of Rush (Ludvic Ghigo) li bi tbatija qasam il-linja finali l-ewwel quddiem Kandy du Fruitier (Clint Vassallo), Kosai LJ (Frencu Cassar) u Oregon de la Foret (Joe Schembri).

L-ahhar 200m tat-tielet tigrija Silver kienu determinanti biex il-gdid Franciz Oviedo du Sam (Redent Magro) jiehu l-ewwel rebha fl-ewwel dehra tieghu. Dan sehh bi ftit minn Number One Of Max (Tony Demanuele) u Nasdaq du Closet (Andrew Farrugia). Soren Sufflor (Rodney Gatt) dahal fir-raba’ pozizzjoni.

Oscar Mati (Rodney Gatt) kien il-hin kollu quddiem waqt ir-raba’ tigrija Silver. Dan rebah minghajr problemi u b’vantagg ta’ hames tulijiet minn Rambo Lambo (Claudio Refalo) u Never Better (Raymond Clifton). Zerbin (Sam Cassar) akkwista r-raba’ pozizzjoni. Ghal Oscar Mati din kienet l-ewwel rebha tas-sena.

L-ahjar sewwieq tal-istagun 2011, Noel Baldacchino wassal lil Osiris des Kids biex ukoll jiehu l-ewwel rebha tieghu tas-sena f’tigrija ohra tal-klassi Silver. Dan iz-ziemel kellu sprint deciziv fl-ahhar battuti tat-tigrija u temm l-ewwel quddiem Schejken Bill (Julian Farrugia), Norfolk de Gouerie (Cliferty Calleja) u Galileo Bisa (Christian Xerri).

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Bronze, il-Germaniza Divinis (Charles Magro) hadet il-kmand meta z-zwiemel kienu se jduru ghad-dritta finali. Izda fl-ahhar metri din id-debba giet mahsuda mill-attakk ta’ Lorenz de Noyelles (Rodney Gatt) li ha l-ewwel rebha tas-sena. King de Bourdenay (Charles Camilleri) u It’s My Way (Brian Hili) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Fil-laqgha saru wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Copper. Fihom ittrijonfaw The Womanizer (Mario Farrugia) wara sprint fl-ahhar metri u Ballad Ribb (Tony Demanuele) wara tmiem incert ma’ Emil Brebro li kien misjuq mis-sewwieq u trainer professjonali Malti fl-Izvezja Charles Degiorgio. Dan wara li fi it-tmiem il-gimgha kien Malta fl-okkazjoni tal-ewwel edizzjoni tal-Malta Horse Racing Awards.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. The Womanizer (M. Farrugia) Hin – 2.49.8” (1.19.3”) 2. Conrads Circle (S. Formosa) 3. Jibilo du Terme (R. Briffa) 4. Jet Starline (M. Fenech)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Petrus du Vivier (M. Desira) Hin – 2.45.3” (1.17.2”) 2. Stanford Hornline (A. Pace) 3. Family’s Moonlight (I. Bilocca) 4. Pacha de Sassy (C. Caruana)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Lorenz de Noyelles (R. Gatt) Hin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Divinis (C. Magro) 3. King de Bourdenay (C. Camilleri) 4. It’s My Way (B. Hili)

IV Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Ballad Ribb (T. Demanuele) Hin – 2.50.4” (1.19.6”) 2. Emil Brebro (C. Degiorgio) 3. Zut (J. Schembri) 4. Luriga Liz (B. Pulis)

V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lord Of Rush (L. Ghigo) Hin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Kandy du Fruitier (C. Vassallo) 3. Kosai LJ (F. Cassar) 4. Oregon de la Foret (J. Schembri)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Matador Knick (C. Farrugia) Hin – 2.47.2” (1.18.3”) 2. Pirate d’Urzy (E. Bondin) 3. Paradis du Lupin (A. Farrugia) 4. Race Ball (T. Demanuele)

VII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Oviedo du Sam (R. Magro) Hin – 2.45.5” (1.17.4”) 2. Number One Of Max(T. Demanuele) 3. Nasdaq du Closet (A. Farrugia) 4. Soren Sufflor (R. Gatt)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Nicos de Peneme (K. Azzopardi) Hin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Lime Casted (C. Camilleri) 3. Hulot (J. Vassallo) 4. Natif de l’Hommee (J. Farrugia)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Oscar Mati (R. Gatt) Hin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Rambo Lambo (C. Refalo) 3. Never Better (R. Clifton) 4. Zerbin (S. Cassar)

X Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ouragan d’Any (F. Gauci) Hin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Lover Boy Index (M. Desira) 3. Vasterbo Hitchiker (C. Vassallo) 4. Lacoste IT (E. Bezzina)

XI –il Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Osiris des Kids (N. Baldacchino) Hin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Schejken Bill (J. Farrugia) 3. Norfolk de Gouerie (C. Calleja) 4. Galileo Bisa (C. Xerri).

Rebha ghal Roxane Griff fil-Paris

Misjuqa minn Eric Raffin, il-Franciza Roxane Griff rebhet il-bierah l-edizzjoni 2012 tat-tigrija nternazzjonali Prix de Paris li saret fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza fuq distanza maratona ta’ 4150m. Din it-tigrija kellha bidu bil-waqqaf u Roxane Griff temmet l-ewwel mill-popolari u rebbieh tal-Prix d’Amerique Ready Cash (Franck Nivard). Severino (Christan Bigeon) temm it-tielet minn Oyonnax (Yves Dreux). Roxane Griff kellha medja ta’ 1.15.5” fil-kilometru.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives