//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Ikunu maghrufa s-semi finalisti tat-Tazza l-Kbira

Fil-korsa tal-Marsa l-bierah wara nofsinhar inghata l-bidu ghall-kompetizzjoni tat-Tazza l-Kbira miftuha ghal zwiemel tal-oghla klassi Premier. Dan permezz ta’ sitt heats fuq distanza twila ta’ 2640m u li kienu jaghmlu parti mill-ghaxar laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott. Dan l-istagun, il-kompetizzjoni tat-Tazza l-Kbira qieghed tkun organizzata bl-ghajnuna ta’ Dragonara Casino Lounge and Bistro.

Mis-sitt heats tat-Tazza l-Kbira 24 ziemel ikkwalifikaw ghas-semi finali. Fl-ewwel heat, il-favorit Nuage de Bourgogne (Charles Camilleri) ma falliex milli jiehu t-tielet rebha konsekuttiva tieghu. Dan kien kontinwament quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel minn Bello Fratello (Anthony Spagnol), Normand d’Oger (Cliferty Calleja) u Label Chouan (David Ellul).

Redent Magro pogga lil Nabab du Chatelet quddiem dawra mit-tmiem tat-tieni heat. B’hekk dan il-Franciz ta’ hdax –il sena irregistra t-tieni rebha tas-sena b’vantagg ta’ hames tulijiet minn Marathon Villers (Mario Fenech). Mystere d’Urfist (Noel Baldacchino) u Natif de Fontaine (Rodney Gatt) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

It-tielet heat offriet l-isbah tmiem tal-gurnata minhabba li kienet ikkaretterizzata minn tmiem incert bejn id-debuttant Franciz Naxos de France (Michael Ellul) li okkupa l-ewwel pozizzjoni ghal parti twila tad-distanza u l-popolari Livi Cantona (Charles Camilleri) li kellu sprint qawwi fl-ahhar 400m. Livi Cantona gie dikjarat ir-rebbieh wara li l-gurija kkonsultat ukoll il-photofinish. Troy Boshoeve (Salvu Vella) u Eastwood OM (Pierre Caruana) ukoll ghaddew ghas-semi finali. Ghal Charles Camilleri din kienet it-tieni rebha f’dan il-programm u f’dawn il-heats. Minn din il-heat gie eliminat ir-rebbieh tal-edizzjoni 2011, Kakisis.

Arnie Sensation (Carmelo Farrugia) ikkonferma li ghaddej minn forma mill-aqwa. Dan wara li minghajr tbatija ttrijonfa fir-raba’ heat tat-Tazza l-Kbira. Arnie Sensation ha l-kmand f’nofs id-distanza u temm rebbieh minn Magic de Assigny (Julian Farrugia) u Nagano Phedo (Mario Fenech). Il-gdid Franciz Onyx Speed (Christian Xerri) kien l-ahhar ziemel li ghadda ghas-semi finali minn din il-heat.

Bilancjata ferm kienet ukoll il-hames heat, b’Salvu Cutajar ipoggi lil Nelson du Val fl-ewwel post hekk kif iz-zwiemel bdew jaffrontaw l-ahhar 700m taghhom. Nelson du Val temm rebbieh mill-favorit Mig Of The Wood (Noel Baldacchino). Ouest du Vivier (Cliferty Calleja) u Energy Launcher (Redent Magro) ma naqsux milli jghaddu wkoll ghall-fazi li jmiss.

Sprint tajjeb matul l-ahhar 500m wassal lill-favorit True Q (Shawn Portelli) biex jiehu t-tielet rebha konsekuttiva u f’Malta fl-ahhar heat tal-kompetizzjoni tat-Tazza l-Kbira. Dan minn Noble d’Ete (Raymond Clifton) u l-gdid Franciz Nasko Pride Christian Xerri). Lou Petiot (Michael Axisa) kien l-ahhar ziemel li ghadda ghas-semi finali.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Bronze, Noli de Marray (Patrick Spiteri) kien kontinwament fl-ewwel post u ghalkemm fl-ahhar metri kellu jithabat xi ftit biex izomm l-ewwel pozizzjoni, xorta ha t-tieni rebha stagjonali quddiem Pretty Post (David Ellul), Brokkur TYC (Peter Farrugia) u Notre Joyeux (Charles Camilleri).

Il-laqgha fethet b’tigrija tal-klassi Copper. Hawnhekk id-debba Germaniza What’s Up irritornat ghar-rebh wara assenza ta’ xi xhur u wara li kellha assalt tajjeb fl-ahhar 200m. Ideal de Suce (Charles Camilleri), Miami du Coq (Joseph Agius) u Orasi Index (Rodney Gatt) temmew warajha f’dik l-ordni.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. What’s Up (M. Ellul) Hin – 2.04.2” (1.15.7”) 2. Ideal de Suce (C.Camilleri) 3. Miami du Coq (J. Agius) 4. Orasi Index (R. Gatt)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Noli de Marray (P. Spiteri) Hin – 2.05.9” (1.16.8”) 2. Pretty Post (D. Ellul) 3. Brokkur TYC (P. Farrugia) 4. Notre Joyeux (C. Camilleri)

III Tigrija. Heat Dragonara Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nuage de Bourgogne (C. Camilleri) Hin – 3.21.1” (1.16.2”) 2. Bello Fratello (A. Spagnol) 3. Normand d’Oger (C. Calleja) 4. Label Chouan (D. Ellul)

IV Tigrija. Heat Dragonara Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nabab du Chatelet (R. Magro) Hin – 3.22.5” (1.16.7”) 2. Marathon Villers (M.Fenech) 3. Mystere d’Urfist (N. Baldacchino) 4. Natif de Fontaine (R. Gatt)

V Tigrija. Heat Dragonara Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dis – 2640m. 1. Livi Cantona (C. Camilleri) Hin – 3.23.1” (1.16.9”) 2.Naxos de France (M. Ellul) 3. Troy Boshoeve (S. Vella) 4. Eastwood OM (P. Caruana)

VI Tigrija. Heat Dragonara Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Arnie Sensation (C. Farrugia) Hin – 3.22.1” (1.16.6”) 2. Magic de Assigny (J. Farrugia) 3. Nagano Phedo (M. Fenech) 4. Onyx Speed (C. Xerri)

VII Tigrija. Heat Dragonara Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nelson du Val (S. Cutajar) Hin – 3.19.3” (1.15.5”) 2. Mig Of The Wood (N. Baldacchino) 3. Ouest du Vivier (C. Calleja) 4. Energy Launcher (R. Magro)

VIII Tigrija. Heat Dragonara Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. True Q (S. Portelli) Hin – 3.23.1” (1.16.9”) 2. Noble d’Ete (R. Clifton) 3. Nasko Pride (C. Xerri) 4. Lou Petiot (M. Axisa)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives