//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Zewg rebhiet ghal Rodney Gatt

Fl-assenza ta’ tigrijiet mill-oghla klassi Premier, l-aktar erba’ tigrijiet importanti li saru l-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu miftuha ghal zwiemel tal-klassi Gold. Dawn kienu jaghmlu parti mit-tnax –il laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott fuq distanza ta’ mil. Is-sewwieq zaghzugh Rodney Gatt temm l-ahjar sewwieq b’zewg rebhiet.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, l-ahhar 700m kienu determinanti biex Osiris des Kids (Noel Baldacchino) jirregistra t-tieni rebha konskuttiva tieghu. Dan irnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel b’vantagg ta’ tul mill-kwotat ukoll Oviedo du Sam (Redent Magro). Okir de Leau (Brian Hili) u l-gdid Zvediz Global Hunt (Jason Vassallo) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Tony Demanuele talab lill-kwotat Zilver Boko biex jiehu l-kmand dawra mit-tmiem tat-tieni tigrija Gold. Dan l-Olandiz baqa’ jzomm l-ewwel pozizzjoni sal-linja finali biex akkwista t-tieni rebha tieghu f’Malta minn Pirate d’Urzy (Eugenio Bondin) u Lys des Etroits (Joe Dabattista). Paradis du Lupin (Ramon Briffa) spicca fir-raba’ pozizzjoni.

Fit-tielet tigrija ghal zwiemel mill-istess klassi kienet id-debba Zvediza She’s Dreamlike (Julian Farrugia) li hasdet liz-zwiemel l-ohra matul l-ahhar 300m biex akkwistat it-tieni rebha tas-sena quddiem Touch The Diamond (David Ellul). Reado November (Shawn Portelli) u Matador Knick (Carmelo Farrugia) dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Ziemel iehor li wkoll ha t-tieni rebha tieghu kien Le Bolide du Suret (Melvin Farrugia) fir-raba tigrija Gold. Kien sprint ukoll 300m mit-tmiem li wassal lil dan biex itemm rebbieh mid-debuttant Zvediz Figaro A West (Charles Camilleri) u Marini du Mont (Salvu Vella). Ziemel iehor gdid, id-Daniz Frisco PE (Kevin Sciberras) temm fir-raba’ pozizzjoni.

Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda, Kandy du Fruitier (Noel Baldacchino) beda’ jnaqqas mill-pass meta z-zwiemel daru ghad-dritta finali. Dan inqabez minn Stainless Steel (Charles Camilleri) li ha l-ewwel rebha tas-sena minn Giant Game (Darren Mizzi). Cross Country FC (Marco Debono) dahal ezattament warajhom fir-raba’ post.

Taqtiegha interessanti bejn tliet zwiemel fl-ahhar metri tat-tieni tigrija Silver waslet lil Lonestar Somolli (Brian Zammit) biex itemm rebbieh minn Tornado Hornline (Charles Camilleri) u Biggest Wish (Julian Farrugia). Money Boy (Andrew Spiteri) kellu wkoll pjazzament tajjeb fir-raba’ pozizzjoni.

Bidu veloci u vantaggjuz wara l-karozza tat-tluq ghin mhux ftit biex Olympic Swing (Rodney Gatt) izomm l-ewwel pozizzjoni matul id-distanza kollha tal-uniku tigrija tal-klassi Bronze. Ghalkemm fl-ahhar metri kellu jbati xi ftit biex jikkontrolla l-assalt ta’ Rally Simb (James Briffa), Olympic Swing xorta rnexxilu jiehu l-ewwel rebha stagonali. Lulu La Science (Carmel Cauchi) u Napitano (Mario Fenech) kellhom ukoll pjazzament pozittiv.

Il-programm fetah b’tigrija tal-klassi Copper. Hawnhekk, Rodney Gatt ha t-tieni rebha tal-gurnata. Kien 400m mit-tmiem li dan is-sewwieq zghazugh pogga lid-debba Daniza Klokkeblomst tnejn fuq in-naha ta’ barra biex din fid-dritta finali marret quddiem u harget rebbieha minn Pronto du Lys (James Carabott) u The Womanizer (Mario Farrugia). Papa’s Dream (Toni Tanti) dahal fir-raba’ pozizzjoni.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Klokkeblomst (R. Gatt) Hin – 2.08.4” (1.18.3”) 2. Pronto du Lys (J. Carabott) 3. The Womanizer (M. Farrugia) 4. Papa’s Dream (T. Tanti)

II Tigrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Osiris des Kids (N. Baldacchino) Hin – 2.02.5” (1.14.7”) 2. Oviedo du Sam (R. Magro) 3. Okir de Leau (B. Hili) 4. Global Hunt (J. Vassallo)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Olympic Swing (R. Gatt) Hin – 2.08.4” (1.18.3”) 2. Rally Simb (J. Briffa) 3. Lulu La Science (C. Cauchi) 4. Napitano (M. Fenech)

IV Tigrija.  Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Zilver Boko (T. Demanuele) Hin – 2.05.2” (1.16.4”) 2. Pirate d’Urzy (E. Bondin) 3. Lys des Etroits (J. Debattista) 4. Paradis du Lupin (R. Briffa)

V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Stainless Steel (C. Camilleri) Hin – 2.05.3” (1.16.4”) 2. Giant Game (D. Mizzi) 3. Kandy du Fruitier (N. Baldacchino) 4. Cross Country FC (M. Debono)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. She’s Dreamlike (J. Farrugia) Hin – 2.04.4” (1.15.9”) 2. Touch The Diamond (D. Ellul) 3. Reado November (S.Portelli) 4. Matador Knick (C. Farrugia)

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Le Bolide Du Suret (M. Farrugia) Hin – 2.06.1” (1.16.9”) 2. Figaro A West (C. Camilleri) 3. Marini du Mont (S. Vella) 4. Frisco PE (K. Sciberras)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1.  Lonestar Somolli (B. Zammit) Hin – 2.05.3” (1.16.4”) 2. Tornado Hornline (C. Camilleri) 3. Biggest Wish (J. Farrugia) 4. Money Boy (A. Spiteri)

Noel Baldacchino, is-sewwieq tax-xahar

Matul il-programm tal-lbierah is-sewwieq Noel Baldacchino gie premjat bhala r-rebbieh tas-sewwieq tax-xahar ta’ Frar. Baldacchino, ta’ 41 sena saq sal lum f’4330 tigrija fil-karriera tieghu u rebah 655 minnhom. Ix-xahar li ghadda, Noel Baldacchino ddistingwa ruhu b’sitt rebhiet, dan barra li kellu pjazzamenti ohra. Fl-ghaxra ta’ Frar hu rnexxilu jirbah ukoll tliet tigrijiet fi programm wiehed. Il-prezentazzjoni lil Noel Baldacchino saret mis-Sur Karl Debono f’isem il-kumpanija Finn-Tack.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives