//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Nuage de Bourgogne jimpressjona fit-tigrija ewlenija

Fil-korsa tal-Marsa l-bierah kienu maghrufa l-ewwel finalisti tal-kompetizzjoni tat-Tazza l-Kbira, kampjonat miftuh ghal zwiemel tal-oghla klassijiet fuq distanza twila ta’ 2640m. Dan wara li saret l-ewwel semi finali li minnha ghaddew ghall-finali l-ewwel sitt zwiemel, tigrija li ntrebhet minn Nuage de Bourgogne misjuq minn Charles Camilleri. Din kienet taghmel parti mit-tlettax –il laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet, b’wahda minnhom tkun riservata ghal zwiemel tal-galopp. Mit-tigrijiet normali tat-trott kellna numru ta’ zwiemel li ghaddew ghall-finali diversi ta’ Condition Races li se jsiru fil-gimghat li gejjin.

Fl-ewwel semi finali tat-Tazza l-Kbira hadu sehem b’kollox hdax –il ziemel. Kien Nuage de Bourgogne (Charles Camilleri) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel metri fetah vantagg zghir fuq Nabab du Chatelet (Redent Magro) u Nagano Phedo (Mario Fenech). 600m mit-tmiem, Nuage de Bourgogne kien ghadu jigri b’sahhtu quddiem u fl-istess waqt beda’ jzid fil-velocita’ fuq in-naha ta’ gewwa l-kwotat True Q (Shawn Portelli). Iz-ziemel ta’ Charles Camilleri xorta rnexxilu jikkontrolla l-assalt ta’ True Q fid-dritta finali biex ha r-raba’ rebha konsekuttiva u f’Malta. Ghaddew ukoll ghall-finali Nabab du Chatelet (Redent Magro), Onyx Speed (Christian Xerri), Mig of The Wood (Noel Baldacchino) u Troy Boshoeve (Melvin Farrugia). Il-medja tar-rebbieh kienet wahda ta’ 1.15” fil-kilometru.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, il-favorit Zilver Boko (Tony Demanuele) akkwista t-tielet rebha f’Malta u t-tieni wahda nfila. Dan l-Olandiz halla kollox ghall-ahhar 300m u rebah b’tul u minghajr diffikulta’ minn Figaro A West (Charles Camilleri) u Knockout Molar (Carl Caruana). The Big Blue World (James Briffa) dahal fir-raba’ post.

Oscar de la Vallee (Noel Baldacchino) zied il-pass fl-ahhar battuti tat-tieni tigrija tal-klassi Gold biex b’hekk dan ha t-tieni rebha stagonali minghajr diffikulta’ u b’distakk ta’ hames tulijiet. It-Taljana Imbra d’Alfa (Rodney Gatt), Mint Spirit (Frank Portelli) u Dialect Af Prinfo (Redent Magro) temmew warajh f’dik l-ordni.

Il-laqgha nkludiet erba’ tigrijiet tal-klassi Bronze. Fl-ewwel wahda, il-Belgjan Ackaturbo (Shawn Portelli) akkwista l-ewwel rebha fi gziritna. Dan kien kontinwament fl-ewwel pozizzjoni u rebah b’hames tulijiet minn Hickory Crown (Salvu Cutajar) u The Womanizer (Mario Farrugia). Louise Wood (Mark Desira) spiccat fir-raba’ pozizzjoni.

Id-debba Zvediza Belbroughton Road (Carl Caruana) inqabzet minn It’s My Way (Brian Hili) fl-ahhar metri tat-tieni tigrija Bronze. B’hekk dan il-Franciz ha l-ewwel rebha tas-sena b’Nolan Streamline (Andy Mifsud) u Hawkear (Rodney Gatt) itemmu warajhom f’dik l-ordni wara li kellhom ukoll wirja pozittiva.

Fit-tielet tigrija tal-istess klassi, is-sewwieq veteran Raymond Clifton pogga lil Lorenz de Noyelles quddiem madwar dawra mit-tmiem. Id-decizjoni ta’ Clifton waslet biex Lorenz de Noyelles jiehu t-tieni rebha nfila tieghu minn Lazume Simoni (Noel Baldacchino), Divinis (Charles Magro) u Judon du Cap Vert (Charles Camilleri).

Taqtiegha bejn erba’ zwiemel fid-dritta finali tar-raba’ tigrija tal-klassi Bronze waslet lil Robin Lou (Michael Ellul) biex jirregistra t-tielet rebha tas-sena u t-tieni konsekuttiva. Dan quddiem Mr King (Frans Tanti), King Boy Du Dane (Alan Debono) u Mac Du Boult (Tony Demanuele).

Fl-uniku tigrija tal-galopp li saret fuq distanza twila ta’ 1750m, Charles Vella talab lil Cheeky Jack biex jinqala mill-ahhar pozizzjoni madwar 700m mit-tmiem biex fid-dritta finali rnexxilu jaqbez lill-favorit Fyelehk (Michael Sultana). Timolin (Ramon Grima) u Mr Roxy Music (Oliver Briffa) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Laqgha ohra ta’ tigrijiet, li tinkludi wkoll semi finali ohra mill-kompetizzjoni tat-Tazza l-Kbira, issir illum wara nofsinhar, festa pubblika, bl-ewwel tigrija tal-klassi Silver tibda fis-1.30pm.

Ir-rebbieha kollha

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ackaturbo (S. Portelli) Hin – 2.43.4” (1.16.4”) 2. Hickory Crown (S. Cutajar) 3. The Womanizer (M. Farrugia) 4. Louise Wood (M. Desira)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. It’s My Way (B. Hili) Hin – 2.44.7” (1.17”) 2. Belbroughton Road (C. Caruana) 3. Nolan Streamline (A. Mifsud) 4. Hawkear (R. Gatt)

III Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Cheeky Jack (C. Vella) Hin –1.46.8” 2. Fyelehk (M. Sultana) 3. Timolin (R. Grima) 4. Mr Roxy Music (O. Briffa)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Zilver Boko (T.Demanuele) Hin – 2.42.1” (1.15.7”) 2. Figaro A West (C. Camilleri) 3. Knockout Molar (C. Caruana) 4. The Big Blue World (J. Briffa)

V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Lorenz de Noyelles (R. Clifton) Hin – 2.46.6” (1.17.8”) 2. Lazume Simoni (N. Baldacchino) 3. Divinis (C. Magro) 4. Judon du Cap Vert (C. Camilleri)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Oscar de la Vallee (N. Baldacchino) Hin – 2.43” (1.16.2”) 2. Imbra d’Alfa (R. Gatt) 3. Mint Spirit (F. Portelli) 4. Dialect Af Prinfo (R. Magro)

VII Tigrija. Semi Finali. Dragonara Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nuage de Bourgogne (C. Camilleri) Hin – 3.18” (1.15”) 2. True Q (S. Portelli) 3. Nabab du Chatelet (R. Magro) 4. Onyx Speed (C. Xerri) 5. Mig Of The Wood (N. Baldacchino) 6. Troy Boshoeve (M. Farrugia)

VIII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Robin Lou (M. Ellul) Hin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Mr King (F. Tanti) 3. King Boy Du Dane (A. Debono) 4. Mac du Boult (T. Demanuele)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives