//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Livi Cantona stupend fit-tieni semi finali tat-Tazza l-Kbira

Misjuq minn Charles Camilleri, il-popolari Livi Cantona rebah it-tieni semi finali mill-kompetizzjoni tat-Tazza l-Kbira ghal zwiemel tal-klassi Premier. Din it-tigrija saret fuq distanza twila ta’ 2640m u kienet taghmel parti mill-erbatax –il laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet, b’wahda minnhom tkun ukoll miftuha ghal zwiemel tal-galopp. Numru ta’ zwiemel li hadu sehem fit-tigrijiet normali tat-trott ikkwalifikaw ukoll ghal sensiela ta’ finali ta’ Condition Races li jsiru fil-gimghat li gejjin.  Charles Camilleri temm l-ahjar sewwieq b’zewg rebhiet.

Mit-tieni semi finali tat-Tazza l-Kbira sitt zwiemel ikkwalifikaw ghall-finali. Wara li Arnie Sensation (Carmelo Farrugia) kien l-aktar veloci waqt il-bidu ufficjali wara l-karozza tat-tluq, ftit metri wara dan iz-ziemel inqabez minn Ouest du Vivier (Cliferty Calleja). Dawra mit-tmiem rega kien hemm tibdil iehor fl-ewwel pozizzjoni meta kien Salvu Cutajar li pogga quddiem lil Nelson du Val. Izda fl-ahhar 300m din it-tigrija hadet svolta ohra, b’Nelson du Val jinqabez mill-outsider Mystere d’Urfist (Noel Baldacchino) u minn Livi Cantona (Charles Camilleri) li flimkien kellhom sprint qawwi u tmiem incert fl-ahhar metri. Bi ftit Livi Cantona ha t-tieni rebha konsekuttiva. Ghaddew ukoll ghall-finali Nelson du Val, Ouest du Vivier, Arnie Sensation u Label Chouan (David Ellul). Ta’ min jinnota li Livi Cantona kellu medja ta’ 1.15.1” fil-kilometru u fl-ewwel battuti ta’ din is-semi finali sahansitra kien ukoll fl-ahhar post.

Rebha ohra ta’ Charles Camilleri waslet fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold permezz ta’ Nicos de Peneme li ha t-tielet rebha tal-istagun. Dan mar quddiem f’nofs id-distanza u fid-dritta finali rnexxilu jikkontrolla l-pressjoni mwettqa fuqu minn Lime Casted (Julian Farrugia) u Matador Knick (Carmelo Farrugia). Lys des Etroits (Brian Hili) dahal fir-raba’ post.

Taqtiegha bejn erba’ zwiemel fl-ahhar battuti tat-tieni tigrija tal-klassi Gold waslet lil Oscar Mati (Rodney Gatt) biex jirregistra t-tieni rebha tas-sena quddiem Peasant Gallant (Shawn Portelli). Global Hunt (Jason Vassallo) u Okir de Leau (Brian Hili) spiccaw fit-tielet u r-raba’ pozizzjoni rispettivament.

Il-kwotat Oviedo du Sam (Redent Magro) ma falliex milli jiehu t-tieni rebha f’Malta fit-tielet tigrija Gold. Minghajr diffikulta’, dan iz-ziemel mar quddiem dawra mit-tmiem u qasam il-linja finali l-ewwel minn Galileo Bisa (Christian Xerri), Novak (Brian Hili) u Side Spin (Julian Farrugia).

Il-programm tal-lbierah inkluda wkoll tliet tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda, Andrew Spiteri beda l-attakk tieghu bl-Izvediz Money Boy madwar 400m mit-tmiem. Spiteri pogga lil dan iz-ziemel tlieta fuq in-naha ta’ barra biex hareg rebbieh minn Meadow Dancer (Noel Baldacchino), Phenix d’Or (Alex Farrugia) u Rally Simb (James Briffa).

Kosai LJ (Frencu Cassar) mar quddiem matul l-ahhar 300m tat-tieni tigrija Silver u ghalkemm kien hu li qasam il-linja finali, safa’ skwalifikat biex ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Oregon de la Foret (Annunziato Schembri). Id-debba debuttanta Zvediza Eastwick (Shawn Portelli), Conmore Toll (Michael Ghigo) u Morgan Kane (Brian Zammit) dahlu warajhom f’dik l-ordni.  Ghal Oregon de la Foret din kienet l-ewwel rebha fi gziritna.

Fit-tielet tigrija tal-klassi Silver, l-ewwel pozizzjoni alternat bejn numru ta’ zwiemel matul id-distanza sakemm f’nofs id-dritta finali Brian Zammit mar quddiem b’Lonestar Somolli li minghajr tbatija ha t-tieni rebha nfila. Dan minn Onwards Star (James Carabott), Cross Country FC (Marco Debono) u Sweep The Floor (Julian Farrugia).

Fl-uniku tigrija tal-galopp, id-distanza ta’ 1750m kienet kemmxejn twila ghall-Irlandiza Sellybegood (Oliver Briffa) li ghalkemm kienet l-aktar veloci mill-gagga tat-tluq, bdiet tnaqqas il-pass matul l-ahhar 500m. Kienet l-Ingliza Sleepwalking (Demis Zammit) li approfittat minn dan biex marret quddiem halli tiehu l-ewwel rebha f’Malta minn Etoile du Pic (Michael Sultana), Friarscourt (Eric Zammit) u No Telling (Ramon Grima).

Ir-rebbieha kollha

I Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Money Boy (A. Spiteri) Hin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Meadow Dancer (N. Baldacchino) 3. Phenix d’Or (A. Farrugia) 4. Rally Simb (J. Briffa)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Oregon de la Foret (A. Schembri) Hin – 2.43.6” (1.16.9”) 2. Eastwick (S. Portelli) 3. Conmore Toll (M. Ghigo) 4. Morgan Kane (B. Zammit)

III Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Sleepwalking (D. Zammit) Hin – (1.50.9”) 2. Etoile du Pic (M. Sultana) 3. Friarscourt (E. Zammit) 4. No Telling (R. Grima)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Nicos de Peneme (C. Camilleri) Hin – 2.40.5” (1.15”) 2. Lime Casted (J. Farrugia) 3. Matador Knick (C. Farrugia) 4. Lys des Etroits (B. Hili)

V Tigrija. Klassi Silver.  Dist – 2140m. 1. Lonestar Somolli (B. Zammit) Hin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Onwards Star (J. Carabott) 3. Cross Country FC (M. Debono) 4. Sweep The Floor (J. Farrugia)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Oscar Mati (R. Gatt) Hin – 2.41.9” (1.15.2”) 2. Peasant Gallant (S. Portelli) 3. Global Hunt (J. Vassallo) 4. Okir de Leau (B. Hili)

VII Tigrija. Semi Finali Dragonara Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Livi Cantona (C. Camilleri) Hin – 3.18.3” (1.15.1”) 2. Mystere d’Urfist (N. Baldacchino) 3. Nelson du Val (S. Cutajar) 4. Ouest du Vivier (C. Calleja) 5. Arnie Sensation (C. Farrugia) 6. Label Chouan (D. Ellul)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Oviedo du Sam (R. Magro) Hin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Galileo Bisa (C. Xerri) 3. Novak (B. Hili) 4. Side Spin (J. Farrugia)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives