//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Oviedo Vici u Think Yatzee jirbhu t-tigrijiet Premier

L-aktar zewg tigrijiet mistennija li saru l-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu riservati ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn kienu jaghmlu parti mill-hmistax –il laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet tat-trott u ntrebhu minn Oviedo Vici u Think Yatzee.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier hadu sehem hmistax –il ziemel. Hawnhekk il-Franciz Oviedo Vici (Darren Mizzi) kien il-hin kollu fl-ewwel post u rnexxilu jiehu l-ewwel rebha fi gziritna b’vantagg ta’ tul u nofs minn Nomade de Mai (Charles Camilleri). Zewg zwiemel Francizi ohra, Niky de Memartin (Raymond Clifton) u Niarpan (Noel Baldacchino) temmew warajhom f’dik l-ordni. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.15” fil-kilometru.

It-tieni tigrija tal-klassi Premier kienet ikkaratterizzata minn taqtiegha bejn erba’ zwiemel matul l-ahhar 200m. Kien il-popolari Think Yatzee (Clint Vassallo) li ha l-ewwel rebha tas-sena bi ftit minn Nono de Crouay (Melvin Farrugia), Belafonte (Cliferty Calleja) u Milord Barbes (Frencu Cassar). Think Yatzee kellu medja ta’  1.16.7” fil-kilometru filwaqt li ghal Vassallo din kienet it-tieni rebha tal-programm.

Mill-kumplament tat-tigrijiet li gew organizzati, numru ta’ zwiemel ikkwalifikaw ghal sensiela ta’ finali ta’ Condition Races. Fl-ewwel minn tliet tigrijiet tal-klassi Silver, Rodney Gatt pogga lill-Amerikan Confidence As tlieta fuq in-naha ta’ barra matul l-ahhar 500m biex dan iz-ziemel ha wkoll l-ewwel rebha tas-sena. Dan minn Stoms Alex (Charles Camilleri), Nevada Silver (Ronald Cassar) u Petrus du Vivier (Mark Desira).

Wara li kien inghata l-bidu tat-tieni tigrija Silver, kellha titwaqqaf wara ftit metri minhabba incident bejn id-debuttanta Jill Vox (David Ellul) u Lovely Mab (Noel Baldacchino). Fortunatament ma kienx hemm konsegwenzi gravi kemm ghas-sewwieqa u lanqas ghaz-zwiemel, tant li meta rega nghata l-bidu ufficjali, wiehed minn dawn, Lovely Mab, kellu tmiem incert flimkien ma’ Olympio des Loyaux (James Carabott) li kien mar quddiem dawra mit-tmiem. Filwaqt li Lovely Mab ha l-ewwel rebha tal-istagun, Olympio des Loyaux gie skwalifikat. Stainless Steel (Charles Camilleri), Charlie Smitt (Frencu Cassar) u l-gdid Franciz Pared An Hoel (Ivan Bilocca) temmew warajh f’dik l-ordni.

Fit-tielet tigrija Silver, il-kwotat Franciz Prince du Moutier (Raymond Schembri) akkwista t-tieni rebha f’Malta. Dan kien il-hin kollu quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel minn Number One Of Max (Tony Demanuele) u Mint Condition (Jason Vassallo). My Gentleman (Toni Tanti) temm fir-raba’ pozizzjoni.

Il-programm inkluda wkoll tliet tigrijiet tal-klassi Copper. Fl-ewwel wahda, Miami du Coq (Michael Ghigo) kienet fost l-aktar b’sahhitha sa minn wara l-karozza tat-tluq, izda cediet kollox meta z-zwiemel daru ghad-dritta finali. Din inqabzet fost l-ohrajn minn Loulou de la Rose (Michael Ellul) li ghalkemm qasam il-linja finali l-ewwel kien skwalifikat. B’hekk ir-rebha nghatat lil Orasi Index (Clint Vassallo) li temm l-ewwel minn Lorrain d’Oliverie (Brian Hili), Katuelo (Julian Farrugia) u Glowing Star (George Attard).

L-istess sehh fit-tieni tigrija Copper fejn ghalkemm sprint tajjeb matul l-ahhar 300m wassal lil Lulu Moliere (Emmanuel Bonello) biex jispicca l-ewwel. Dan ukoll safa’ skwalifikat minhabba giri rregolari biex ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Gamin Launcher (Jeffrey Xerri). Kellhom ukoll wirja tajba Dandy (Robert Polidano), Mistral du Chene (Ronnie Galea) u Silvio Baldwin (Mario Falzon) li temmew warajh f’dik l-ordni.

L-ahhar 400m kienu determinanti biex Kejser Engely (Shawn Portelli) jakkwista wkoll l-ewwel rebha tieghu fit-tielet u l-ahhar tigrija Copper. Din ir-rebha waslet wara li Portelli pogga liz-ziemel tieghu tlieta fuq in-naha ta’ barra biex rebah quddiem Emil Brebro (Brian Zammit), Zut (Joe Schembri) u Upptillbevis (Julian Farrugia).

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Orasi Index (C. Vassallo) Hin – 2.51.3” (1.20”) 2. Lorrain d’Oliverie (B. Hili) 3. Katuelo (J. Farrugia) 4. Glowing Star (G. Attard)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gamin Launcher (J. Xerri) Hin – 2.48.8” (1.18.9”)  2. Dandy (R. Polidano) 3. Mistral du Chene (R. Galea) 4. Silvio Baldwin (M. Falzon)

III Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Kejser Engely (S. Portelli) Hin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Emil Brebro (B. Zammit) 3. Zut (J. Schembri) 4. Upptillbevis (J. Farrugia)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Confidence As (R. Gatt) Hin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Stoms Alex (C. Camilleri) 3. Nevada Silver (R. Cassar) 4. Petrus du Vivier (M. Desira)

V Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Oviedo Vici (D. Mizzi) Hin – 2.40.5” (1.15”) 2. Nomade de Mai (C. Camilleri) 3. Niky de Memartin (R. Clifton) 4. Niarpan (N. Baldacchino)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lovely Mab (N. Baldacchino) Hin – 2.43.9” (1.16.6”)  2. Stainless Steel (C. Camilleri) 3. Charlie Smitt (F. Cassar) 4. Pared An Hoel (I. Bilocca)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Think Yatzee (C. Vassallo) Hin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Nono de Crouay (M. Farrugia) 3. Belafonte (C. Calleja) 4. Milord Barbes (F. Cassar)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Prince du Moutier (R. Schembri) Hin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Number One Of Max (T. Demanuele) 3. Mint Condition (J. Vassallo) 4. My Gentleman (T. Tanti)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives