//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Success ghal Raymond Clifton fil-heat tal-Mediterran – Charles Camilleri b’erba’ rebhiet

Il-bierah waqt li saret is-sittax –il laqgha tal-istagun, Malta ospitat stadju mill-kampjonat tal-Mediterran ghas-sewwieqa fuq distanza ta’ 2140m. F’din it-tigrija, pajjizna kien rapprezentat mis-sewwieq veteran Raymond Clifton li temm rebbieh permezz tal-Franciz Polytain. Il-programm kien jikkonsisti minn seba’ tigrijiet tat-trott u nkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Premier li ntrebhu minn Count Of Life u Nomade de Mai misjuqa minn Charles Camilleri. Dan is-sewwieq temm l-ahjar tal-jum b’erba’ rebhiet.

Barra Clifton, fil-heat tal-Kampjonat tal-Mediterran hadu sehem ukoll Jean Paul Fasquelle (Franza), Olga Bonar (Ukrajna), Dusan Zorko (Slovenja), Vladimir Matusevich (Russja) u Attilio Golia (Italja) li kollha saqu zwiemel mill-klassi Bronze. Clifton mar quddiem b’Polytain wara biss ftit metri mill-bidu tat-tigrija. Dan fetah vantagg zghir minn Petit Veinard (Attilio Golia) u Wonderofyou (Dusan Zorko).

Ghalkemm f’nofs id-dritta finali Polytain inqabez ghal ftit metri minn Petit Veinard, grazzi ghall-insistenza ta’ Clifton, irnexxilu jirkupra d-distakk fil-hin u fuq il-linja finali temm rebbieh. Wonderofyou u Syllabub (Olga Bondar) dahlu warajhom f’dik l-ordni.  Fi tmiem il-heat saret il-prezentazzjoni fejn l-Onorevoli David Agius ipprezenta t-trofew lil Clifton u lil sid iz-ziemel rebbieh Dylan Baldacchino fil-prezenza tal-oghla ufficjali tal-Malta Racing Club.

Fl-ewwel minn zewg tigrijiet tal-klassi Premier dejjem quddiem kien hemm Nomade de Mai (Charles Camilleri) li rnexxilu jiehu t-tieni rebha tas-sena b’distakk ta’ tul minn Nuper (Andrew Farrugia). Veikko Hornline (Carl Caruana) u Niky du Donjon (Joe Vella) ukoll impressjonaw u kellhom wirja pozittiva.

Il-favorit Oviedo Vici (Darren Mizzi) beda jnaqqas mill-velocita’ meta z-zwiemel daru ghad-dritta finali tat-tieni tigrija Premier. Dan inqabez minn Count Of Life (Charles Camilleri) li minghajr tbatja akkwista t-tieni rebha tas-sena quddiem Utah Hornline (Julian Farrugia) u Natieu d’Echal (Noel Baldacchino).

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist -2640m. 1.  Notre Joyeux (C. Camilleri) Hin – 3.27.1” (1.18.4”) 2. Hawkear (R. Gatt) 3. Koko Loco (J. Gafa’) 4. Nolan Streamline (A. Mifsud)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Magnum (F. Gauci) Hin – 3.28.1” (1.18.8”) 2. Power Cape (P. Caruana) 3 Ouragan de Vasloiz (E. Garzia) 4. Noble d’Urzy (J. Said)

III Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nomade de Mai (C. Camilleri) Hin – 3.26.2” (1.18.1”) 2. Nuper (A. Farrugia) 3. Veikko Hornline (C. Caruana) 4. Niky du Donjon (J. Vella)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Paradis du Lupin (R. Briffa) Hin – 3.24.2” (1.17.4”) 2. Novak (B. Hili) 3. Side Spin (J. Farrugia) 4. Match des Bannes (N. Baldacchino)

V Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Count Of Life (C. Camilleri) Hin – 3.19.9” (1.15.7”) 2. Utah Hornline (J. Farrugia) 3. Natieu d’Echal (N. Baldacchino) 4. Oviedo Vici (D. Mizzi)

VI Tigrija. Heat Kampjonat tal-Mediterran. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Polytain (R. Clifton) Hin – 2.45.9” (1.17.6”) 2. Petit Veinard (A. Golia) 3. Wonderofyou (D. Zorko) 4. Syllabub (O. Bondar)

VII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Soren Sufflor (C. Camilleri) Hin – 3.24.7” (1.17.5”) 2. Landi Breton (N. Bonello) 3. Norfolk de Gouerie (C. Calleja) 4. Ocean Brillouard (N. Baldacchino)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives