//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Mig Of The Wood fi klassi ghalih fit-Tazza l-Kbira

Fil-korsa tal-Marsa l-bierah niezel is-siparju fuq l-edizzjoni 2012 tat-Tazza l-Kbira, bil-finali li saret fuq distanza twila ta’ 2640m u li fiha hareg rebbieh Mig Of The Wood misjuq minn Noel Baldacchino. B’hekk dan irnexxilu jnaqqax ismu fuq din it-tazza prestigjuza. Din il-finali kienet taghmel parti mis-sbatax –il laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet tat-trott.

B’kollox hdax kienu z-zwiemel li hadu sehem fil-finali tat-Tazza l-Kbira wara li fl-ahhar jiem gie skraccjat il-popolari u wiehed miz-zwiemel kwotati Livi Cantona wara li kien wegga’ ftit. Qabel il-bidu tal-finali saret ukoll parata mill-finalisti u dawn kienu mmexxija minn zewg rebbieha tal-passat, Uquito d’Orphee u James de l’Iton. Kif kien mistenni kien Nuage de Bourgogne (Charles Camilleri) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Dan minnufih fetah vantagg ta’ nofs tul minn Mig Of The Wood (Noel Baldacchino) u Nabab du Chatelet (Redent Magro).

It-tigrija zammet dan l-andament sa madwar 600m mit-tmiem, sakemm minn nahat ta’ wara beda tiela’ javvanza wkoll ziemel kwotat iehor True Q (Shawn Portelli). Din id-decizjoni waslet biex il-finali saret ferm veloci u fl-ahhar metri Nuage de Bourgogne kellu jaffronta l-attakk ta’ Mig Of The Wood (Noel Baldacchino) li qabzu biex ha l-ewwel rebha tas-sena. Nuage de Bourgogne kellu jikkuntenta bit-tieni post filwaqt li Mystere d’Urfist (Rodney Gatt) u Nelson du Val (Salvu Cutajar) spiccaw tajjeb ukoll fit-tielet u r-raba’ posti rispettivament. Mig Of The Wood kellu medja ta’ 1.15.4” fil-kilometru.

Fi tmiem il-finali is-sidien taz-ziemel rebbieh is-Sinjuri Carmelo Micallef u Melvin Grixti u Noel Baldacchino mhux biss ircivew it-trofew izda anki premju ta’ €2600. Il-prezentazzjoni tmexxiet mis-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport Clyde Puli u minn Svetlana Bukova, f’isem il-kumpanija Dragonara Casino Lounge and Bistro fil-prezenza tac-Chairman tal-Malta Racing Club Dr Matthew Brincat u ufficjali ohra tal-istess club.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, id-debuttant Franciz Quid de la Nuette (Mark Desira) kien kontinwament fl-ewwel post u rnexxilu jiehu l-ewwel rebha fi xtutna bi ftit minn Knockout Molar (Charles Camilleri). Warajhom dahlu wkoll Reado November (Rodney Gatt) u Dialect Af Prinfo (Redent Magro). Simili kienet it-tieni tigrija tal-istess klassi, b’Noel Baldacchino jpoggi lil Orlando Tejy quddiem sa mill-bidu nett tat-tigrija u dan zamm l-ewwel pozizzjoni sal-ahhar biex ha t-tieni rebha stagonali minn Osiris des Kids (Clint Vassallo). L’As de Seuilly (Charles Debono) u Delicious Brother (Christian Xerri) spiccaw flimkien fit-tielet post. Ghal Baldacchino din kienet ukoll it-tieni rebha tal-programm.

Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda, Pedros Au Top (Brian Zammit) beda jnaqqas mill-pass meta z-zwiemel daru ghad-dritta finali u inqabez minn Orlando Dix li f’idejn Tony Mallia ha l-ewwel rebha tieghu. Super Spot (Joe Muscat) u Willesden Hanover (Andre’ Farrugia) spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Attakk mibdi 400m mit-tmiem wassal lil Lord Of Rush (Ludvic Ghigo) biex jirregistra t-tieni rebha tas-sena tieghu fit-tieni tigrija Silver. Dan bi ftit quddiem Delvin Brodde (Julian Farrugia), Pared An Hoel (Ivan Bilocca) u Ygor Of Pass (Tony Demanuele).

Fl-ewwel minn zewg tigrijiet tal-klassi Bronze, Ivan Carabott pogga lil Owens Kin quddiem dawra mit-tmiem biex b’hekk dan il-Franciz akkwista t-tieni rebha tieghu quddiem Niko de Chamant (Victor Fenech). Kellhom ukoll wirja tajba Judon du Cap Vert (Noel Baldacchino) u Joker Pitstop (Charles Camilleri) li dahlu warajhom f’dik l-ordni.

It-tieni tigrija Bronze kienet ikkaratterizzata minn dwell interessanti fid-dritta finali bejn Obelix Blue (Salvu Vella) u King de Bourdenay (Charles Camilleri). Obelix Blue ha l-ewwel rebha tieghu bi ftit b’Noli de Marray (Patrick Spiteri) u Napol de Mai (Ronald Cassar) ikollhom ukoll pjazzament pozittiv.

Il-laqgha fethet b’tigrija tal-klassi Copper u hawnhekk ukoll l-Ghawdxi Salvu Vella ha rebha ohra permezz tal-Izvediza Rybo Patzie (Salvu Vella) li kienet dejjem quddiem. Din hadet l-ewwel rebha tas-sena wara li fid-dritta finali u bi tbatija, rnexxilha teghleb l-isfida ta’ Pronto du Lys (James Carabott). Upptillbevis (Julian Farrugia) u Luriga Liz (George Attard) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Rybo Patzie (S. Vella) Hin – 3.28.3” (1.18.9”) 2. Pronto du Lys (J. Carabott) 3. Upptillbevis (J. Farrugia) 4. Luriga Liz (G. Attard)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Owens Kin (I. Carabott) Hin – 3.27.2” (1.18.5”) 2. Niko de Chamant (V. Fenech) 3. Judon du Cap Vert (N. Baldacchino) 4. Joker Pitstop (C. Camilleri)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Orlando Dix (T. Mallia) Hin – 3.30.7” (1.19.8”) 2. Pedros Au Top (B. Zammit) 3. Super Spot (J. Muscat) 4. Willesden Hanover (A. Farrugia)

IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Obelix Blue (S. Vella) Hin – 3.27.7” (1.18.7”)  2. King de Bourdenay (C. Camilleri) 3. Noli de Marray (P. Spiteri) 4. Napol de Mai (R. Cassar)

V Tigrija. Klassi  Gold. Dist – 2640m. 1. Quid de la Nuette (M. Desira) Hin – 3.26.8” (1.18.3”) 2. Knockout Molar (C. Camilleri) 3. Reado November (R. Gatt) 4. Dialect Af Prinfo (R. Magro)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Lord Of Rush (L. Ghigo) Hin – 3.25.3” (1.17.7”) 2. Delvin Brodde (J. Farrugia) 3. Pared An Hoel (I. Bilocca) 4.Ygor Of Pass (T. Demanuele)

VII Tigrija. Finali Dragonara Casino Lounge and Bistro t-Tazza l-Kbira. Klassi Open. Dist – 2640m. 1. Mig Of The Wood (N. Baldacchino) Hin – 3.19” (1.15.4”) 2. Nuage de Bourgogne (C. Camilleri) 3. Mystere d’Urfist (R. Gatt) 4. Nelson du Val (S. Cutajar)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Orlando Tejy (N. Baldacchino) Hin – 3.21.9” (1.16.2”) 2. Osiris des Kids (C. Vassallo) 3. L’As de Seuilly (C. Debono) – Delicious Brother (C. Xerri)

“Mig Of The Wood wera progress kbir” – Noel Baldacchino, sewwieq

Mitlub jikkummenta fi tmiem il-finali dwar is-success ta’ Mig Of The Wood, Noel Baldacchino qal li wara li fl-ahhar gimghatejn iz-ziemel kellu xi diffikultajiet fil-preparazzjoni tieghu, grazzi ghall-impenn tieghu u tat-trainer taz-ziemel irnexxilu jsib l-aqwa forma fil-finali. “Waqt it-tigrija ddecidejt li nhalli kollox ghall-ahhar metri u d-decizjoni li hadt tatni r-rizultat mixtieq,” ikkonkluda Baldacchino.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives