//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

L-ewwel rebha ghal Nasko Pride fil-finali ewlenija

F’Jum l-Ghid, fil-korsa tal-Marsa saret it-tmintax –il laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott. L-aktar tigrijiet mistennija kienu hames finali ta’ Condition Races ghall-klassijiet differenti fuq distanza qasira ta’ 2140m u ohra ta’ konsolazzjoni ghal zwiemel mill-oghla klassijiet, zwiemel li ma rnexxilhomx jghaddu ghall-finali tat-Tazza l-Kbira li saret il-Gimgha li ghaddiet u li kienet mirbuha minn Mig Of The Wood. Din il-finali ta’ konsolazzjoni saret fuq distanza twila ta’ 2640m u ntrebhet minn Nasko Pride misjuq minn Christian Xerri. Iz-zghazugh Ghawdxi Shawn Portelli temm l-ahjar wiehed tal-programm wara li rebah zewg finali ta’ Condition Races.

Sebgha kienu z-zwiemel li bdew fil-finali ta’ konsolazzjoni. Noble d’Ete (Raymond Clifton) kien l-aktar wiehed veloci wara l-karozza tat-tluq. Dan fetah vantagg ta’ nofs tul minn Bello Fratello (Anthony Spagnol), Normand d’Oger (Cliferty Calleja) u Lou Petiot (Michael Axisa). L-andament baqa’ wiehed kostanti b’dan il-mod sa 400m mit-tmiem, sakemm beda’ gej l-avvanz tlieta fuq in-naha ta’ barra ta’ Nasko Pride li f’idejn Christian Xerri mar quddiem fid-dritta finali u ha l-ewwel rebha f’Malta facilment b’vantagg ta’ tliet tulijiet minn Normand d’Oger. Noble d’Ete kellu jikkuntenta bit-tielet post filwaqt li Lou Petiot akkwista r-raba’ pozizzjoni.

Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.16.4” fil-kilometru. Fi tmiem din il-finali, Dr Matthew Brincat, chairman tal-Malta Racing Club ippremja lil Christian Xerri u lis-Sur Silvio Vella is-sid taz-ziemel rebbieh.

Fil-finali tal-Condition Race tal-klassi Gold, Oscar de la Vallee (Noel Baldacchino) beda jnaqqas il-pass fl-ahhar metri u nqabez minn Oscar Mati (Rodney Gatt) li ha t-tielet rebha tas-sena u t-tieni wahda konsekuttiva mill-kwotat Zilver Boko (Tony Demanuele). Lime Casted (Julian Farrugia) temm fir-raba’ pozizzjoni.

Dwell interessanti bejn Lovely Mab (Noel Baldacchino) u Confidence As (Rodney Gatt) fid-dritta finali tal-klassi Silver A waslet lil tal-ewwel biex itemm rebbieh u jiehu wkoll it-tieni rebha konsekuttiva. Hames tulijiet warajhom spiccaw Charlie Smitt (Frencu Cassar) u  Mint Condition (Jason Vassallo).

Fil-finali Silver B, taqtiegha bejn erba’ zwiemel fl-ahhar 300m waslet lil Lonestar Somolli (Brian Zammit) biex jakkwista t-tielet rebha konsekuttiva u f’Malta bi ftit minn Meadow Dancer (Noel Baldacchino). Cross Country FC (Marco Debono) u Phenix d’Or (Alex Farrugia) kellhom ukoll wirja pozittiva.

Il-Belgjan Ackaturbo (Shawn Portelli) kien dejjem quddiem tul id-distanza tal-finali tal-klassi Bronze. Ghalkemm bi tbatija, dan irnexxilu fid-dritta finali jikkontrolla l-attakk ta’ Robin Lou (Michael Ellul) li dahal warajh fit-tieni post. Belbroughton Road (Carl Caruana) u It’s My Way (Brian Hili) temmew fit-tielet u r-raba’ pozizzjoni rispettivament.

Fil-finali tal-Condition Race tal-klassi Copper rega kien protagonist is-sewwieq zghazugh Ghawdxi Shawn Portelli. Bil-kwotat Keyser Engely, Portelli halla kollox ghall-ahhar 500m biex rebah facilment b’vantagg ta’ madwar tmien tulijiet minn Dandy (Robert Polidano). Mistral du Chene (Ronnie Galea) u Gamin Launcher (Jeffrey Xerri) kellhom ukoll wirja tajba meta temmew warajhom f’dik l-ordni. Ghal Kejser Engely din kienet it-tieni rebha infila.

Fit-tigrija normali tal-klassi Silver, Orphee Kadesh (Michael Ellul) biddel il-pass 400m mill-linja finali meta kien fl-ewwel pozizzjoni. Kien f’dak il-hin li Carl Caruana mar quddiem u minghajr tbatija qasam il-linja finali l-ewwel minn Newman (Kevin Sciberras), Bill Boing (Gilbert Farrugia) u Triangel Kall (Frans Tanti).

Il-laqgha fethet ukoll b’tigrija normali tal-klassi Copper. Hawnhekk, Trick The Lind (Noel Baldacchino) li mar quddiem dawra mit-tmiem inqabez fl-ahhar metri minn Hulegardens Filur (Ryan Scicluna) li ha l-ewwel rebha tieghu. What’s Up (Oliver Briffa) u Glowing Star (Rodney Gatt) kellhom ukoll pjazzament tajjeb fit-tielet u r-raba’ pozizzjoni.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Hulegardens Filur (R. Scicluna) Hin – 3.37.6” (1.22.4”) 2. Trick The Lind (N. Baldacchino) 3. What’s Up (M. Ellul) 4. Glowing Star (R. Gatt)

II Tigrija. Finali Paul and Shark Condition Race. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Kejser Engely (S. Portelli) Hin – 2.47.8” (1.18.4”) 2. Dandy (R. Polidano) 3. Mistral du Chene (R. Galea) 4. Gamin Launcher (J. Xerri)

III Tigrija. Finali Finish Line Condition Race. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ackaturbo (S. Portelli) Hin – 2.47.2” (1.18.1”)  2. Robin Lou (M. Ellul) 3. Belbroughton Road (C. Caruana) 4. It’s My Way (B. Hili)

IV Tigrija. Finali TRM Condition Race. Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Lonestar Somolli (B. Zammit) Hin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Meadow Dancer (N. Baldacchino) 3. Cross Country FC (M. Debono) 4. Phenix d’Or (A. Farrugia)

V Tigrija. Finali Vida Condition Race. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Lovely Mab (N. Baldacchino) Hin – 2.47.7” (1.18.4”)  2. Confidence As (R. Gatt) 3. Charlie Smitt (F. Cassar) 4. Mint Condition (J. Vassallo)

VI Tigrija. Finali Fairplay Bingo Condition Race. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Oscar Mati (R. Gatt) Hin – 2.44.7” (1.17”) 2. Zilver Boko (T. Demanuele) 3. Oscar de la Vallee (N. Baldacchino) 4. Lime Casted (J. Farrugia)

VII Tigrija. Finali ta’ Konsolazzjoni Dragonara. Klassi Open. Dist – 2640m. 1. Nasko Pride (C. Xerri) Hin – 3.21.7” (1.16.4”) 2. Normand d’Oger (C. Calleja) 3. Noble d’Ete (R. Clifton) 4. Lou Petiot (M. Axisa)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. L’Ideal de Fersan (C. Caruana) Hin – 3.25” (1.17.6”) 2. Newman (K. Sciberras) 3. Bill Boing (G. Farrugia) 4. Triangel Kall (F. Tanti)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a comment

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 530 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-7:30 ta' filgħaxija.

Sponsors


Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives