Fil-korsa tal-Marsa, il-bierah inghata l-bidu ghall-kampjonat Skyparks ghal zwiemel Zvedizi. Dan permezz ta’ erba’ heats fuq distanza qasira ta’ 2140m u li kienu jaghmlu parti mid-dsatax –il laqgha tal-istagun fuq hdax –il tigrija. Tnejn minn dawn it-tigrijiet kienu riservati ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 3140m. Dawn intrebhu minn Label Chouan u Nevaio des Bordes.
Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier, Max d’Avignere (Darren Mizzi) li mar quddiem f’nofs id-distanza kellu ftit ta’ diffikulta’ 300m mill-linja finali biex ta c-cans lil Label Chouan (David Ellul) biex imur quddiem u jiehu t-tielet rebha tas-sena. Nuper (Andrew Farrugia), Mica Bonero (David Galea) u Troy Boshoeve (Salvu Vella) temmew warajh f’dik l-ordni. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.18.2” fil-kilometru.
Il-Franciz Nevaio des Bordes (Julian Farrugia) ha l-ewwel rebha tieghu fit-tieni tigrija Premier. Dan iz-ziemel zied il-velocita’ tieghu dawra mit-tmiem u temm rebbieh bi ftit quddiem Natieu d’Echal (Noel Baldacchino), Count Of Life (Michael Ellul) u l-favorit Nasko Pride (Christian Xerri). L-ewwel rebha fi gzizitna ghal Nevaio des Bordes waslet f’medja tajba ta’ 1.16.2” fil-kilometru.
Mill-erba’ heats mill-kampjonat Skyparks, ghoxrin ziemel ghaddew ghas-semi finali. Fl-ewwel wahda, Ironbar (Julian Farrugia) beda jnaqqas mill-velocita’ hekk kif iz-zwiemel daru ghad-dritta finali. Dan inqabez mill-konsistenti Robin Lou (Michael Ellul) li akkwista l-hames rebha tas-sena minn Bankir Zon (Clint Vassallo) u Victory Toll (Charles Camilleri). Rambo Lambo (Claudio Refalo) kien l-ahhar ziemel li ghadda ghas-semi finali.
Attakk mibdi 400m mit-tmiem wassal lill-outsider Victory Farming (Shaun Portelli) biex itemm l-ewwel fit-tieni heat Silver. Dan b’vantagg ta’ hames tulijiet minn Borups Hero (Darren Mizzi) u Zerbin (Sam Cassar). Simb Groovy (Clint Vassallo) u Cross Country FC (Marco Debono) ukoll kellhom pjazzament pozittiv.
It-tielet heat kienet ikkaretterizzata minn taqtiegha bejn hames zwiemel fl-ahhar metri. Kien Delvin Brodde (Julian Farrugia) li ha l-ewwel rebha tieghu wara li qasam il-linja finali l-ewwel minn Stanford Hornline (Anton Pace) u West Life (Charles Camilleri). Race Ball (Tony Demanuele) u Arctic Tooma (Mario Farrugia) temmew warajhom f’dik l-ordni. Ghal Farrugia din kienet it-tieni rebha fil-programm.
Dwell kontinwu bejn Soren Sufflor (Rodney Gatt) u Notice As (Carl Caruana) fl-ahhar battuti tar-raba’ u l-ahhar heat Silver wassal lil tal-ewwel biex jiehu t-tieni rebha konsekuttiva. Surpise Lania (Charles Camilleri), Charlie Smitt (Frencu Cassar) u Sweep The Floor (Julian Farrugia) kienu l-ahhar zwiemel li ghaddew ghas-semi finali.
Fl-uniku tigrija tal-klassi Gold, Charles Debono pogga lil L’As de Seuilly quddiem f’nofs id-distanza u ghalkemm il-vantagg tieghu naqas drastikament fl-ahhar metri xorta rnexxilu jiehu l-ewwel rebha stagonali minn Osiris des Kids (Clint Vassallo), Paleo de la Dives (Sam Cassar) u Paradis du Lupin (Ramon Briffa).
Il-programm inkluda wkoll tigrija tal-galopp fuq distanza qasira ta’ 1250m. Hawnhekk, Ramon Grima pogga lil Mayfair Princess quddiem madwar 600m mit-tmiem biex din id-debba Ingliza ta’ erba’ snin hadet l-ewwel rebha taghha b’distakk ta’ aktar minn hdax –il tul minn Buttermilk (Eric Zammit), Hollymac (Charles Vella) u Sellybegood (Oliver Briffa).
Ir-rizultati kollha
I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Mercure Qui Sait (O. Cauchi) Hin – 4.14.5” (1.21”) 2. Loulou de la Rose (M. Ellul) 3. Ideal de Suce (C. Vassallo) 4. Qualou d’Axel (C. Mifsud )
II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Larissa du Breil (C. Calleja) Hin – 4.14.5” (1.21.1”) 2. Splanky (D. Fenech) 3. Neron Pierji (B. Debris) 4. Silvio Baldwin (M. Falzon)
III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Lazume Simoni (N. Baldacchino) Hin – 4.08.1” (1.19.1”). 2. It’s My Way (B. Hili) 3. Polytain (D. Baldacchino) 4. Divinis (C. Magro)
IV Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1250m. 1. Mayfair Princess (R. Grima) Hin – 1.13.7” 2. Buttermilk (E. Zammit) 3. Hollymac (C. Vella) 4. Sellybegood (O. Briffa)
V Tigrija. Heat Kampjonat Skyparks. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Robin Lou (M. Ellul) Hin – 2.46.9” (1.18”) 2. Bankir Zon (C. Vassallo) 3. Victory Toll (C. Camilleri) 4. Ironbar (J. Farrugia) 5. Rambo Lambo (C. Refalo)
VI Tigrija. Heat Kampjonat Skyparks. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Victory Farming (S. Portelli) Hin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Borups Hero (D. Mizzi) 3. Zerbin (S. Cassar) 4. Simb Groovy (C. Vassallo) 5. Cross Country FC (M. Debono)
VII Tigrija. Heat Kampjonat Skyparks. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Delvin Brodde (J. Farrugia) Hin – 2.50.5” (1.19.7”) 2. Stanford Hornline (A. Pace) 3. West Life (C. Camilleri) 4. Race Ball (T. Demanuele) 5. Arctic Tooma (M. Farrugia)
VIII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Label Chouan (D. Ellul) Hin – 4.05.5” (1.18.2”) 2. Nuper (A. Farrugia) 3. Mica Bonero (D. Galea) 4. Troy Boshoeve (S. Vella)
IX Tigrija. Heat Kampjonat Skyparks. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Soren Sufflor (R. Gatt) Hin – 2.45.2” (1.17.2”) 2. Notice As (C. Caruana) 3. Surprise Lania (C. Camilleri) 4. Charlie Smitt (F. Cassar) 5. Sweep The Floor (J. Farrugia)
X Tigrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Nevaio des Bordes (J. Farrugia) Hin – 3.59.1” (1.16.2”) 2. Natieu d’Echal (N. Baldacchino) 3. Count Of Life (M. Ellul) 4. Nasko Pride (C. Xerri)
XI –il Tigrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. L’As de Seuilly (C. Debono) Hin – 4.04” (1.17.7”) 2. Osiris des Kids (C. Vassallo) 3. Paleo de la Dives (S. Cassar) 4. Paradis du Lupin (R. Briffa)
Charles Camilleri, l-ahjar sewwieq ta’ Marzu
Matul l-istess laqgha, is-sewwieq Charles Camilleri gie premjat bhala l-ahjar sewwieq ghax-xahar ta’ Marzu. Ix-xahar li ghadda, Camilleri rebah ghaxar tigrijiet, erbgha minnhom f’laqgha wahda li saret fil-31 ta’ Marzu. Is-successi ta’ Charles Camilleri waslu permezz ta’ Nuage de Bourgogne, Livi Cantona, Stainless Steel, Nicos de Peneme, Notre Joyeux, Nomade de Mai, Count of Life u Soren Sufflor.
Il-prezentazzjoni lil Charles Camilleri saret minn Joe Zerafa, ufficjal tal-Malta Racing Club u Gorg Axisa, f’isem il-kumpanija Anthony Axisa and Sons. Dan fil-prezenza ta’ ufficjali ohra tal-club.
Discussion
No comments yet.