//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Utah Hornline u True Q jirbhu s-semi finali Premier

Utah Hornline u True Q rebhu z-zewg tigrijiet ewlenin li gew organizzati l-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu semi finali mill-kampjonat Skyparks ghal zwiemel Zvedizi mill-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u kienu jaghmlu parti mill-21 laqgha tal-istagun fuq hdax –il tigria kollha ghal zwiemel tat-trott. L-Ghawdxi Julian Farrugia temm l-ahjar sewwieq bi tliet rebhiet.

Mis-semi finali tal-klassi Premier ghaxar zwiemel ghaddew ghall-finali. Fl-ewwel wahda kien id-debuttant Chaco Bar (James Carabott) fost l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Izda wara ftit metri dan inqabez minn Nec Carmolo (Noel Baldacchino) li mexxa lill-kumplament taz-zwiemel sakemm dawn qabdu l-ahhar 400m. Kien Utah Hornline (Julian Farrugia) li f’dak il-mument issorprenda lil kulhadd meta haffef il-pass, mar quddiem u ha l-ewwel rebha tieghu wara li kkontrolla l-assalt fuq in-naha ta’ barra tal-popolari Livi Cantona (Charles Camilleri) li kien qieghed jirritorna wara li tilef il-finali tat-Tazza l-Kbira fil-bidu ta’ dan ix-xahar. Think Yatzee (Clint Vassallo), Nec Carmolo, u Skip Dimanche (Charlo’ Debono) ukoll akkwistaw post ghall-finali. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.15.1” fil-kilometru.

It-tieni semi finali tal-oghla klassi zviluppat fi dwell interessanti fl-ahhar metri bejn Wiss Night Hawk (Julian Farrugia) li ha l-kmand dawra mit-tmiem u True Q (Shaun Portelli) li attakk fuq in-naha ta’ barra 700m mill-linja finali. Kien True Q li ha r-raba’ rebha tas-sena b’Candy Fantasy (Melvin Farrugia), Belafonte (Charlo’ Debono) u Bello Fratello (Anthony Spagnol) jakkwistaw ukoll post fil-finali. True Q irregistra medja ta’ 1.15.8” fil-kilometru.

Hulot (Jason Vassallo), li kien ghal hafna hin quddiem matul l-ewwel semi finali tal-klassi Gold, inqabez propju fuq il-linja finali minn Stefan Sufflor misjuq minn Anthony Bartolo. Ghaddew ukoll ghall-finali, Global Hunt (Charles Camilleri), Kingpin La Marc (Noel Baldacchino) u The Big Blue World (James Briffa).

Taqtiegha bejn erba’ zwiemel fl-ahhar metri tat-tieni semi finali Gold waslet lil Lover Boy Index (Noel Baldacchino) biex jirregistra l-ewwel rebha tas-sena bi ftit minn Affe Fager (Brian Zammit). Matador Knick (Carmelo Farrugia), Magnific As (Ivan Bilocca) u d-debuttant Love Heart (Shaun Portelli) ukoll akkwistaw post fil-finali.

Fl-ewwel semi finali tal-klassi Silver kien hemm tliet sewwieqa Ghawdxin li spiccaw fl-ewwel pozizzjonijiet. Kien Julian Farrugia li b’Ironbar ha l-ewwel rebha stagonali wara li kien ghal hafna hin quddiem. Dan minn Claudio Refalo b’Rambo Lambo u Shaun Portelli b’Victory Farming. Charlie Smitt (Frencu Cassar) u Surpise Lania (Charles Camilleri) kienu l-ahhar zwiemel li ghaddew ghall-finali.

Julian Farrugia rebah ukoll it-tieni semi finali tal-istess kampjonat Silver permezz ta’ Delvin Brodde. B’dan l-Izvediz ta’ hdax –il sena, Farrugia mar quddiem dawra mit-tmiem u ha t-tieni rebha konsekuttiva minn Victory Toll (Charles Camilleri), Race Ball (Tony Demanuele), Bankir Zon (Clint Vassallo) u Robin Lou (M. Ellul).

Fl-uniku tigrija normali tal-klassi Gold fuq distanza twila, L’Ideal de Fersan (Carl Caruana) akkwista t-tieni rebha konsekuttiva. Dan halla kollox ghall-ahhar metri u qasam il-linja finali l-ewwel minn Match de Bannes (Noel Baldacchino), Side Spin (Julian Farrugia) u Novak (Brian Hili).

Il-programm inkluda wkoll tliet tigrijiet tal-klassi Silver fuq distanza maratona ta’ 3140m. Fihom Nasdaq du Closet (Eugenio Zerafa), L’Alpha de Cosse (David Galea) u Willesden Hanover (Wayne Farrugia) hadu l-ewwel rebha stagonali wara sprint 400m mit-tmiem.


Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Koko Loco (J. Gafa’) Hin – 4.13.9” (1.20.8”) 2. Hawkear (R. Gatt) 3. Nill’s Daka (M. Farrugia) 4. Pout de Quelaines (D. Galea)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Nasdaq du Closet (E. Zerafa) Hin – 4.08” (1.19”) 2. Orgeat (N. Baldacchino) 3. Ouragan de Valsoiz (E. Garzia) 4. Oregon de la Foret (A. Schembri)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. L’Alpha de Cosse (D. Galea) Hin – 4.07.2” (1.18.7”) 2. Lord Of Rush (L. Ghigo) 3. Orphee Kadesh (M. Ellul) 4. Landi Breton (N. Bonello)

IV Tigrija. Semi Finali Kampjonat Skyparks. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ironbar (J. Farrugia) Hin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Rambo Lambo (C. Refalo) 3. Victory Farming (S. Portelli) 4. Charlie Smitt (F. Cassar) 5. Surpise Lania (C. Camilleri)

V Tigrija. Semi Finali Kampjonat Skyparks. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Delvin Brodde (J. Farrugia) Hin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Victory Toll (C. Camilleri) 3. Race Ball (T. Demanuele) 4. Bankir Zon (C. Vassallo) 5. Robin Lou (M. Ellul)

VI Tigrija. Semi Finali Kampjonat Skyparks. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Stefan Sufflor (A. Bartolo) Hin – 2.45.1” (1.17.1”) 2. Hulot (J. Vassallo) 3. Global Hunt (C. Camilleri) 4. Kingpin La Marc (N. Baldacchino) 5. The Big Blue World (J. Briffa)

VII Tigrija. Semi Finali Kampjonat Skyparks. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Utah Hornline (J. Farrugia) Hin – 2.40.6” (1.15.1”) 2. Livi Cantona (C. Camilleri) 3. Think Yatzee (C. Vassallo) 4. Nec Carmolo (N. Baldacchino) 5. Skip Dimanche (C. Debono)

VIII Tigrija. Semi Finali Kampjonat Skyparks. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Lover Boy Index (N. Baldacchino) Hin – 2.43.2” (1.16.2”) 2. Affe Fager (B. Zammit) 3. Matador Knick (C. Farrugia) 4. Magnific As (I. Bilocca) 5. Love Heart (S. Portelli)

IX Tigrija. Semi Finali Kampjonat Skyparks. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. True Q (S. Portelli) Hin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Wiss Night Hawk (J. Farrugia) 3. Candy Fantasy (M. Farrugia) 4. Belafonte (C. Debono) 5. Bello Fratello (A. Spagnol)

X Tigrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. L’Ideal de Fersan (C. Caruana) Hin – 4.06.8” (1.18.6”) 2. Match de Bannes (N. Baldacchino) 3. Side Spin (J. Farrugia) 4. Novak (B. Hili)

XI –il Tigrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Willesden Hanover (W. Farrugia) Hin – 4.08.1” (1.19”) 2. Olifant du Puoy (T. Tanti) 3. Man Quick (J. Cordina) 4. Niko de Chamant (V. Fenech)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives