//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

It-tieni rebha ghal Oviedo Vici

L-aktar tigrija mistennija li saret il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienet wahda tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din kienet taghmel parti mit-22 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet u ntrebhet minn Oviedo Vici misjuq minn Darren Mizzi. Charles Camilleri temm l-ahjar sewwieq b’zewg rebhiet.

Sittax kienu z-zwiemel li hadu sehem fl-uniku tigrija tal-klassi Premier. Hawnhekk kien Oviedo Vici (Darren Mizzi) l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq. Matul l-ewwel elf metru dan iz-ziemel irnexxilu sahansitra jiftah vantagg ta’ aktar minn tnax –il tul minn Natieu d’Echal (Noel Baldacchino) u Target Player (Carmelo Farrugia). Ghalkemm fl-ahhar metri l-vantagg ta’ Oviedo Vici naqas drastikament xorta rnexxilu jiehu t-tieni rebha tas-sena minn Normand d’Oger (Cliferty Calleja) u Nono de Crouay (Melvin Farrugia). Natieu d’Echal dahal fir-raba’ pozizzjoni. Ir-rebbieh kellu medja impressjonanti ta’ 1.14.7” fil-kilometru.

Lys de l’Oasis (Redent Magro) inqabez minn Pared An Hoel (Ivan Bilocca) f’nofs id-dritta finali tal-ewwel tigrija Silver. B’hekk Pared An Hoel akkwista l-ewwel rebha tieghu fi xtutna b’Nasdaq du Closet (Eugenio Zerafa) u Prince Brilliance (Charles Camilleri) ikollhom ukoll pjazzament pozittiv.

Pedros Au Top (Brian Zammit) kien il-hin kollu quddiem matul it-tieni tigrija Silver. B’hekk dan il-Franciz akkwista wkoll l-ewwel rebha tieghu f’pajjizna bi ftit minn West Life (Charles Camilleri). Super Spot (Joe Muscat) u Eastwick (Rodney Gatt) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

L-ewwel tigrija tal-klassi Bronze kienet ikkaratterizzata minn dwell fl-ahhar metri bejn zewg zwiemel mill-istess stalel. B’vantagg ta’ seba’ tulijiet, Above Roland (Rodney Gatt) hadet l-ewwel rebha tas-sena minn Boston Harbor (George Attard). Brokkur TYC (Peter Farrugia) u Kenta Laday (Shaun Portelli) dahhlu warajhom f’dik l-ordni.

Ocean Gede (Cliferty Calleja) ha l-kmand dawra mit-tmiem tat-tieni tigrija Bronze. Dan zamm l-ewwel post sal-linja finali biex ukoll irregistra l-ewwel rebha tas-sena minn Pout de Quelaines (Kerstin Galea), Notre Bellouet (Clive Gerada) u Kejser Engely (Shaun Portelli).

Fit-tielet u l-ahhar tigrija Bronze, sprint fl-ahhar metri wassal lil Notre Joyeux (Charles Camilleri) biex jiehu t-tielet rebha tal-istagun minn Koko Loco (Jesmar Gafa’). Running Asterix (Mario Fenech) u Noli de Marray (Patrick Spiteri) ukoll kellhom wirja tajba.

Il-laqgha fethet b’zewg tigrijiet tal-klassi Copper. Fl-ewwel wahda New Hope ha t-tieni rebha tas-sena wara li s-sewwieq tieghu Charles Camilleri poggieh quddiem matul l-ahhar 300m. Simili kienet it-tieni tigrija Copper b’Luriga Liz (George Attard) izzid il-pass 500m mill-linja finali biex ukoll akkwistat l-ewwel rebha tas-sena.

Ingriet ukoll tigrija tal-galopp fuq 1750m. Din giet iddikjarata nulla minhabba li gagga ta’ wiehed mill-partecipanti ma nfethitx.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist -2140m. 1. New Hope (C. Camilleri) Hin – 2.48.2” (1.18.6”) 2. Splanky (D. Fenech) 3. Icare de Jemma (T. Demanuele) 4. Silvio Baldwin (M. Falzon)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Luriga Liz (G. Attard) Hin – 2.47.3” (1.18.2”) 2. Zut (J. Schembri) 3. Dandy (R. Polidano) 4. Mirage d’Ete (N. Baldacchino)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Above Roland (R. Gatt) Hin – 2.44.9” (1.17”) 2. Boston Harbor (G. Attard) 3. Brokkur TYC (P. Farrugia) 4. Kenta Laday (S. Portelli)

IV Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1750m. Mhux Valida.

V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ocean Gede (C. Calleja) Hin – 2.43.6” (1.16.5”) 2. Pout de Quelaines (K. Galea) 3. Notre Bellouet (C. Gerada) 4. Kejser Engely (S. Portelli)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Pared An Hoel (I.Bilocca) Hin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Lys de l’Oasis (R. Magro) 3. Nasdaq du Closet (E. Zerafa) 4. Prince Brilliance (C. Camilleri)

VII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Oviedo Vici (D. Mizzi) Hin – 2.39.9” (1.14.7”) 2. Normand d’Oger (C. Calleja) 3. Nono de Crouay (M. Farrugia) 4. Natieu d’Echal (N. Baldacchino)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Pedros Au Top (B. Zammit) Hin – 2.49.7” (1.19.3”) 2. West Life (C. Camilleri) 3. Super Sport (J. Muscat) 4. Eastwick (R. Gatt)

IX Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Notre Joyeux (C. Camilleri) Hin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Koko Loco (J. Gafa’) 3. Running Asterix (M. Fenech) 4. Noli de Marray (P. Spiteri)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives