//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Lover Boy Index jirbah il-finali ewlenija

L-aktar erba’ tigrijiet mistennija li saru l-bierah fil-korsa tal-Marsa kienu finali mill-kampjonati Skyparks ghal zwiemel Zvedizi fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn kienu jaghmlu parti mill-24 laqgha tal-istagun fuq tmien tigrijiet. Il-finali ewlenija, dik tal-klassi Gold, intrebhet mill-veteran Lover Boy Index misjuq minn Noel Baldacchino.

Matador Knick (Carmelo Farrugia) kien l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri nqabez minn Kingpin La Marc (Clint Vassallo) u Hulot (Jason Vassallo). Izda dawra mit-tmiem beda jigi l-avvanz tlieta fuq in-naha ta’ barra ta’ Lover Boy Index(Noel Baldacchino). Fl-ahhar 300m it-tigrija zviluppat f’taqtiegha missielta bejn erba’ zwiemel fejn kien Lover Boy Index li ha t-tieni rebha konskuttiva u bi ftit minn Stefan Sufflor (Anthony Bartolo). Matador Knick u Magnific As (Ivan Bilocca) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Fi tmiem il-finali, ic-chairman tal-Malta Racing Club, Dr Matthew Brincat ippremja lis-Sur Victor Aquilina u lil Noel Baldacchino, is-sid u s-sewwieq taz-ziemel rebbieh. Lover Boy Index kellu medja ta’ 1.15.5” fil-kilometru.

Fil-finali Silver, taqtiegha bejn tliet zwiemel fl-ahhar metri waslet lil Victory Farming (Frank Portelli) biex itemm l-ewwel u jiehu t-tieni rebha f’Malta. Dan minn Bankir Zon (Clint Vassallo), Delvin Brodde (Julian Farrugia) u Ironbar (Noel Baldacchino).

Nicole LH (Clint Vassallo) irregistrat it-tieni rebha konsekuttiva u f’Malta fil-finali Bronze. Din id-debba ziedet il-pass 400m mit-tmiem biex qasmet il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Mr King (Frans Tanti). Family’s Moonlight (Ivan Bilocca) u  Rally Simb (James Briffa) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Matul l-ewwel elf metru tal-finali Copper, l-ewwel pozizzjoni alternat bejn numru ta’ zwiemel sakemm dawra mit-tmiem mar quddiem Upptillbevis (Julian Farrugia) li ghalkemm qasam il-linja finali l-ewwel safa’ skwalifikat mill-gurija. Ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Trick The Lind (Noel Baldacchino). Emil Brebro (Brian Zammit), Pine Wood Harry (Cliferty Calleja) u Dollar As (Salvu Vella) dahlu warajh f’dik l-ordni.

Il-programm tal-lbierah inkluda wkoll erba’ tigrijiet normali tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda Pirate d’Urzy (Eugenio Bondin) ceda f’nofs id-dritta finali meta nqabez minn Soren Sufflor (Rodney Gatt) li ha t-tielet rebha stagonali minn Must du Buisson (Charles Camilleri). Lys des Etroits (Brian Hili) temm ir-raba’.

Side Spin (Julian Farrugia) kien il-hin kollu quddiem matul id-distanza tat-tieni tigrija Gold. Fl-ahhar metri rnexxilu jikkontrolla l-assalt ta’ Okir de Leau (Brian Hili), b’Lime Casted (Rodney Gatt) u Keeping Quality (Charles Magro) jkollhom ukoll wirja tajba. Ghal Side Spin din kienet l-ewwel rebha f’Malta.

Farrugia rega kien protagonist fit-tielet tigrija Gold. Dan permezz tad-debba She’s Dreamlike li akkwistat ukoll it-tielet rebha tas-sena wara attakk mibdi fl-ahhar 500m. Wim (Brian Zammit), Paleo de la Dives (Sam Cassar) u Obi Wan Kenobi (George Attard) spiccaw warajh f’dik l-ordni.

L-ahhar tigrija tal-programm kienet ukoll l-ahhar tigrija Gold. Hawnhekk, Nagano Phedo (Mario Fenech) ha t-tieni rebha tal-istagun b’vantagg ta’ aktar minn tliet tulijiet minn Veikko Hornline (Carl Caruana). Energy Launcher (Redent Magro) u Imbra d’Alfa (Michael Ellul) kellhom pjazzament tajjeb fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Soren Sufflor (R. Gatt) Hin – 2.44.7” (1.16.9”) 2. Must du Buisson (C. Camilleri) 3. Pirate d’Urzy (E. Bondin) 4. Lys des Etroits (B. Hili)

II Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Side Spin (J. Farrugia) Hin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Okir de Leau (B. Hili) 3. Lime Casted (R. Gatt) 4. Keeping Quality (C. Magro)

III Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. She’s Dreamlike (J. Farrugia) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Wim (B. Zammit) 3. Paleo de la Dives (S. Cassar) 4. Obi Wan Kenobi (G. Attard)

IV Tigrija. Finali Kampjonat Skyparks. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Trick The Lind (N. Baldacchino) Hin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Emil Brebro (B. Zammit) 3. Pine Wood Harry (C. Calleja) 4. Dollar As (S. Vella)

V Tigrija. Finali Kampjonat Skyparks. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Nicole LH (C. Vassallo) Hin – 2.44.7” (1.16.9”) 2. Mr King (F. Tanti) 3. Family’s Moonlight (I. Bilocca) 4. Rally Simb (J. Briffa)

VI Tigrija. Finali Kampjonat Skyparks. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Victory Farming (F. Portelli) Hin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Bankir Zon (C. Vassallo) 3. Delvin Brodde (J. Farrugia) 4. Ironbar (N. Baldacchino)

VII Tigrija. Finali Kampjonat Skyparks. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Lover Boy Index (N. Baldacchino) Hin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Stefan Sufflor (A. Bartolo) 3. Matador Knick (C. Farrugia) 4. Magnific As (I. Bilocca)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Nagano Phedo (M. Fenech) Hin – 2.41.2” (1.15.3”) 2. Veikko Hornline (C. Caruana) 3. Energy Launcher (R. Magro) 4. Imbra d’Alfa (M. Ellul)

Portelli fit-tieni post

Il-bierah ukoll fil-korsa ta’Agnano f’Napli l-Italja kien impenjat is-sewwieq zghazugh Ghawdxi Shaun Portelli f’heat mill-kampjonat tal-Mediterran li saret fuq distanza ta’ mil. Portelli temm fit-tieni post permezz tat-Taljan Igor d’Asolo. It-tigrija ntrebhet minn Levante Laser misjuq minn Pavel Zadel.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives