//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Maghrufa s-semi finalisti tal-kampjonati Francizi

L-aktar erba’ tigrijiet mistennija li saru l-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu erba’ heats fuq distanza qasira ta’ 2140m u li taw il-bidu ghall-kampjonat Prix de Vincennes ghal zwiemel Francizi mill-klassi Premier. Dawn kienu jaghmlu parti mis-26 laqgha tal-istagun fuq tnax –il tigrija. Barra dan il-kampjonat, inghata wkoll il-bidu ghall-kampjonat iehor ghal zwiemel Francizi, il-Prix d’Enghien tal-klassi Gold filwaqt li tkompla wkoll il-Prix de Cabourg tal-klassi Silver.

Mill-erba’ heats tal-klassi Premier ghoxrin ziemel ghaddew ghall-finali. Fl-ewwel heat, Nomade de Mai (Charles Camilleri), li mexxa lill-kumplament ghall-parti twila tad-distanza, ceda fl-ahhar meta nqabez fost l-ohrajn mill-favorit Mig Of The Wood (Noel Baldacchino) li akkwista t-tieni rebha konsekuttiva quddiem Milord Barbes (Frencu Cassar) u Nasko Pride (Christian Xerri). Nomade de Mai kellu jikkuntenta bir-raba’ post, b’Onyx Speed (Julian Farrugia) jkun l-ahhar ziemel li jghaddi ghas-semi finali.

Dwell kumbattut fl-ahhar metri tat-tieni heat Premier bejn Nono de Crouay (Melvin Farrugia) u Nevaio des Bordes (Julian Farrugia) wassal lil Nono de Crouay biex jaqsam il-linja finali l-ewwel. Izda dan safa’ skwalifikat mill-gurija biex ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Nevaio des Bordes mill-gdid Nitesco d’Antony (Michael Ellul). Mustang du Don (Charles Camilleri), Mica Bonero (David Galea) u Natif de Salvi (Kurt Saliba) ukoll kellhom pjazzament pozittiv.

Fit-tielet heat tal-oghla klassi, il-favorit Nuage de Bourgogne (Herman Mc Kay) kien il-hin kollu quddiem u irregistra l-hames rebha tieghu wara li fl-ahhar metri kkontrolla l-assalt ta’ Mystere d’Urfist (Rodney Gatt). Ghaddew ukoll ghall-fazi li jmiss Nelson du Val (Salvu Cutajar), Natieu d’Echal (Noel Baldacchino) u Max d’Avignere (Darren Mizzi).

Label Chouan (David Ellul) beda’ jzid fil-pass dawra mit-tmiem tar-raba’ heat Premier. B’hekk dan ha r-raba’ rebha tas-sena bi ftit mid-debuttant Ouf Boy (Eugenio Bondin). Lady de Vindecy (Julian Farrugia), Mark de Chamant (Michael Seychell) u Niky du Donjon (Joe Vella) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Il-programm inkluda wkoll tigrija tal-galopp fuq distanza qasira. Hawnhekk, l-Ingliza Mayfair Princess (Ramon Grima) ma kellha l-ebda sfida fl-ahhar 600m u hadet it-tieni rebha tas-sena facilment b’aktar minn tliet tulijiet quddiem id-debuttant Irlandiz Little Anthony (Demis Zammit).  It-Taljan Giuseppe Bordonaro b’Nuage de le Tour dahal fit-tielet pozizzjoni.

Waqt il-laqgha tal-lbierah l-Ghawdxi Julian Farrugia gie premjat bhala l-ahjar sewwieq ta’ April. Ix-xahar li ghadda, Farrugia ta’ 48 sena u mwieled is-Sannat kellu sitt rebhiet li tlieta minnhom waslu fit-22 ta’ April.  Il-prezentazzjoni lilu  saret mis-Sur Mario Farrugia, Direttur tal-kumpanija P and M Farrugia.

Finalment waqt il-programm tal-lbierah il-bnadar tal-Malta Racing Club dhallew mezza lasta b’rispett lejn is-sewwieq u sid Ghawdxi Mario Bugeja li miet tragikament f’incident fuq il-post tax-xoghol il-bierah stess. Minn naha taghna naghtu l-kondoljanzi lill-familja Bugeja.


Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Petrus du Vivier (M. Desira) Hin – 2.47.7” (1.18.4”) 2. Never Better (D. Ellul) 3. Olifant du Puoy (T. Tanti) 4. Passons d’Ortige (H. Mc Kay)

II Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ollico Pellois (N. Baldacchino) Hin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Notre Allegro (M. Ghigo) 3. Need A Chance (R. Gatt) 4. Number One Of Max (T. Demanuele)

III Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1250m. 1. Mayfair Princess (R. Grima) Hin – 1.14.6” 2. Little Anthony (D. Zammit) 3. Nuage de la Tour (G. Bordonaro) 4. Hollymac (C. Vella)

IV Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ouragan d’Any (F. Gauci) Hin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Okir de Leau (B. Hili) 3. Podium (J. Farrugia) 4. Ostheo d’Havetot (A. Farrugia)

V Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Mig Of The Wood (N. Baldacchino) Hin – 2.42.1” (1.15.7”) 2. Milord Barbes (F. Cassar) 3. Nasko Pride (C. Xerri) 4. Nomade de Mai (C. Camilleri) 5. Onyx Speed (J. Farrugia)

VI Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Marini du Mont (S. Vella) Hin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Orlando Tejy (N. Baldacchino) 3. Oscar Mati (R. Gatt) 4. Okapi des Dimes (M. Ellul)

VII Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nevaio des Bordes (J. Farrugia) Hin – 2.43.8” (1.16.6”). Nitesco d’Antony (M. Ellul) 4. Mustang du Don (C. Camilleri) 5. Mica Bonero (D. Galea) 5. Natif de Salvi (K. Saliba)

VIII Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Nagano Phedo (M. Fenech) Hin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Nuevo Musette (N. Baldacchino) 3. No Comprendo (A. Farrugia) 4. Osiris des Kids (M. Ellul)

IX Tigrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nuage de Bourgogne (H. Mc Kay) Hin – 2. Mystere d’Urfist (R. Gatt) 3. Nelson du Val (S. Cutajar) 4. Natieu d’Echal (N. Baldacchino) 5. Max d’Avignere (D. Mizzi)

X Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Oros de Reve (C. Camilleri) Hin – 2.40.4” (1.15”) 2. Pirate d’Urzy (E. Bondin) 3. Le Bolide du Suret (M. Farrugia) 4. L’As de Seuilly (R. Gatt)

XI –il Tigrija. Heat. Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Label Chouan (D. Ellul) Hin – 2.42.7” (1.16”) 2. Ouf Boy (E. Bondin) 3. Lady de Vindecy (J. Farrugia) 4. Mark de Chamant (M. Seychell) 5. Niky du Donjon (J. Vella)

XII –il Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Magnifique Sablais (J. Farrugia) Hin – 2.45.1” (1.17.2”) 2. Novak (R. Gatt) 3. Match des Bannes (N. Baldacchino) 4. Paradis du Lupin (R. Briffa)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives