//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

It-tieni rebha konsekuttiva ghal Natif de l’Hommee

Is-27 programm tal-istagun fuq disa’ tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m sar il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Fl-assenza ta’ tigrijiet tal-oghla klassi Premier spikkaw l-aktar tliet tigrijiet tal-klassi Gold li fihom Ouistiti d’Anjou ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta; Natif de l’Homme it-tieni rebha nfila u Night Inlet l-ewwel rebha tas-sena. Noel Baldacchino temm l-ahjar sewwieq b’zewg rebhiet.

L-ewwel tigrija Gold kienet ir-raba’ wahda tal-programm. Kien fl-ahhar 500m li s-sewwieq Ghawdxi Julian Farrugia talab liz-ziemel tieghu Ouistiti d’Anjou biex jibda jzid il-pass u jmur quddiem meta l-partecipanti daru ghad-dritta finali. Dan il-Franciz ha l-ewwel rebha f’Malta fit-tieni dehra tieghu mill-kwotat Victory Farming (Shaun Portelli). Oscar des Racques (Noel Baldacchino) u Confidence As (Tony Mallia) spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Natif de l’Hommee (Raymond Clifton) irregistra t-tieni rebha nfila tieghu fit-tieni tigrija Gold. Dan iz-ziemel kien kontinwament fl-ewwel pozizzjoni u temm rebbieh wara li fl-ahhar metri kkontrolla l-assalt ta’ Touch The Diamond (David Ellul). Deli du Ling (Cliferty Calleja) u Novak (Rodney Gatt) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Noel Baldacchino pogga lil Night Inlet quddiem 500m mit-tmiem tat-tielet tigrija Gold. B’hekk dan iz-ziemel ma sab ebda diffikulta’ biex jirritorna ghar-rebh wara assenza ta’ xi xhur u jiehu l-ewwel rebha tas-sena. Dan is-success wasal minn Wim (Brian Zammit), Energy Launcher (Redent Magro) u Ouest du Vivier (Cliferty Calleja).

Bidu attraenti wara l-karozza tat-tluq ghin lil Ouragan de Crouay (Larson Mifsud) biex jiddomina matul id-distanza tal-ewwel tigrija Silver. Minghajr tbatija kbira dan iz-ziemel ha l-ewwel rebha tieghu u bi ftit minn Man Quick (Jason Cordina). Kandy du Fruitier (Michael Ellul) u Eastwick (Shaun Portelli) kellhom ukoll pjazzament tajjeb.

Dwell tajjeb bejn zewg zwiemel, Cal Win (Shaun Portelli), li dahal bhala sostitut u l-favorita Nicole LH (Noel Baldacchino)  fid-dritta finali tat-tieni tigrija tal-klassi Silver wassal lil tal-ewwel biex jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta. Landi Breton (Nicholas Bonello) u Notice As (Rodney Gatt) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Anki l-ewwel tigrija Bronze kienet ikkaratterizzata minn taqtiegha interessanti u tmiem incert bejn erba’ zwiemel fl-ahhar metri. Widget (Michael Ellul) ha l-ewwel rebha stagonali bi ftit minn Emil Brebro (Brian Zammit). L-Amerikan Boston Harbor u Qualaudry (Kevin Sciberras)  wkoll kellhom wirja pozittiva.

Fit-tieni tigrija Bronze, Pedros Au Top (Brian Zammit) li kien ghal hafna hin quddiem, inqabez fl-ahhar metri minn Law Suit (Noel Baldacchino) li ha l-ewwel rebha tas-sena quddiem Petit Veinard (Mario Fenech). Pedros Au Top (Brian Zammit) kellu jikkuntenta bit-tielet post, b’Niko de Chamant (Victor Fenech) jidhol warajh fir-raba’ pozizzjoni.

Il-programm fetah b’zewg tigrijiet tal-klassi Copper. Fl-ewwel wahda, attakk mibdi matul l-ahhar 300m wassal lil Malta Sara B (Rodney Gatt) biex tiehu l-ewwel rebha taghha. Dan b’zewg tulijiet minn Loulou de la Rose (Michael Ellul), Orasi Index (Alistair Azzopardi) u J’Oserai (Julian Farrugia).

Fit-tieni tigrija Copper, Vera LH (David Ellul) kienet il-hin kollu fl-ewwel post tul id-distanza u fl-ahhar metri ma kellha ebda diffikulta’ biex taqsam il-linja finali l-ewwel b’vantagg ta’ seba’ tulijiet minn Dandy (Robert Polidano) u Monticello (Wayne Farrugia). Luriga Liz (George Attard) akkwistat ir-raba’ pozizzjoni.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Malta Sara B (R. Gatt) Hin – 3.29.9” (1.19.5”) 2. Loulou de la Rose (M. Ellul) 3. Orasi Index (A. Azzopardi) 4. J’Oserai (J. Farrugia)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Vera LH (D. Ellul) Hin – 3.30.5” (1.19.7”) 2. Dandy (R. Polidano) 3. Monticello (W. Farrugia) 4. Luriga Liz (G. Attard)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Widget (M. Ellul) Hin – 3.30.5” (1.19.7”) 2. Emil Brebro (B. Zammit) 3. Boston Harbor (G. Attard) 4. Qualaudry (K. Sciberras)

IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Ouistiti d’Anjou (J. Farrugia) Hin – 3.27.6” (1.18.6”) 2. Victory Farming (S. Portelli) 3. Oscar des Racques (N. Baldacchino) 4. Confidence As (T. Mallia)

V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Law Suit (N. Baldacchino) Hin – NTR 2. Petit Veinard (M. Fenech) 3. Pedros Au Top (B. Zammit) 4. Niko de Chamant (V. Fenech)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Natif de l’Hommee (R. Clifton) Hin – 3.27” (1.18.4”) 2. Touch The Diamond (D. Ellul) 3. Deli du Ling (C. Calleja) 4. Novak (R. Gatt)

VII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Ouragan de Crouay (L. Mifsud) Hin – 3.28.9” (1.19.1”) 2. Man Quick (J. Cordina) 3. Kandy du Fruitier (M. Ellul) 4. Eastwick (S. Portelli)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Night Inlet (N. Baldacchino) Hin – 3.25.8” (1.18”) 2. Wim (B. Zammit) 3. Energy Launcher (R. Magro) 4. Ouest du Vivier (C. Calleja)

IX Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Cal Win (S. Portelli) Hin – 3.24.4” (1.17.4”) 2. Nicole LH (N. Baldacchino) 3. Landi Breton (N. Bonello) 4. Notice As (R. Gatt)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives