//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Ikunu maghrufa l-finalisti tal-kampjonat Premier

Il-bierah fil-korsa tal-Marsa saret it-28 laqgha tal-istagun u li matulha nghata l-bidu ghall-kompetizzjoni Sette Giugno ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. B’kollox saru tliet heats li minnhom tnax –il ziemel ghaddew ghall-finali. Dawn intrebhu minn Skip Dimanche, Nabab du Chatelet u  Zilver Boko.

Hdax kienu z-zwiemel li hadu sehem fl-ewwel heat Premier. Kien il-kwotat Think Yatzee (Clint Vassallo) fost l-aktar zwiemel veloci wara l-karozza tat-tluq. Dan mar quddiem wara ftit metri u zamm l-ewwel pozizzjoni sa madwar 250m mill-linja finali, meta nqabez minn Wiss Night Hawk (Noel Baldacchino) li beda fost l-aktar favoriti. Izda f’nofs id-dritta finali, Wiss Night Hawk ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Skip Dimanche (Julian Farrugia) li qabzu u rregistra l-ewwel rebha tas-sena. Livi Cantona (Rodney Gatt) u Noble d’Ete (Raymond Clifton) kienu l-ahhar zewg zwiemel li ghaddew ghall-finali.

It-tieni heat Premier kienet ikkaratterizzata minn taqtiegha interessanti fl-ahhar metri bejn hames zwiemel. Kien Nabab du Chatelet (Redent Magro) li rregistra t-tielet rebha tal-istagun b’tul quddiem Happiness Photo (Julian Farrugia) u Nono de Crouay (Melvin Farrugia). Op Le Cosseen (Charlo’ Debono) kien l-ahhar ziemel li ghadda ghall-finali minn din il-heat.

Zilver Boko kkonferma li hu wiehed mill-aktar zwiemel konsistenti li ghandna f’pajjizna bhalissa meta fit-tielet heat Premier ha l-hames rebha tieghu tas-sena. F’idejn Tony Demanuele dan l-Olandiz halla kollox ghall-ahhar battuti tal-heat u qasam il-linja finali l-ewwel minn Count Of Life (Michael Ellul) u Eastwood OM (Pierre Caruana). Oviedo Vici (Darren Mizzi) kien l-ahhar ziemel li akkwista post fil-finali.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Gold, Julian Farrugia pogga lill-favorit Delvin Brodde tnejn fuq in-naha ta’ barra madwar 400m mit-tmiem biex mar quddiem. B’hekk dan l-Izvediz ha t-tielet rebha tas-sena minn Orion du Vaumicel (Frencu Cassar) u Reado November (Shaun Portelli). Orion de Chapeau (Chris Vassallo) dahal fir-raba’ pozizzjoni.

Ouragan de Valsoiz (Emmanuel Garzia) kien il-hin kollu quddiem matul l-ewwel tigrija tal-klassi Silver. Fid-dritta finali, dan iz-ziemel Franciz ma sab l-ebda diffikulta’ jikkontrolla l-avvanzi ta’ Kobber Dust (Darren Mizzi) u Olifant du Pouy (Toni Tanti) li dahlu fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Flying As (Jonathan Farrugia) akkwista r-raba’ pozizzjoni.

Fit-tieni tigrija Silver kien it-Taljan Enjoy Kronos (Rodney Gatt) li ha l-ewwel rebha tas-sena. Bidu attraenti wara l-karozza tat-tluq ghin lil dan iz-ziemel biex jiehu pozizzjoni attraenti sa mill-bidu nett tat-tigrija, mar quddiem wara ftit metri u baqa’ jzomm dan il-post sat-tmiem. Ouraki du Drochon (Toni Tanti), Max Galbe (Carmelo Agius) u Oscar de France (David Ellul) temmew warajh f’dik l-ordni.

Jill Vox (David Ellul) ukoll hadet l-ewwel rebha fi gzizitna fit-tielet tigrija Silver. Din id-debba halliet kollox ghall ahhar battuti, kellha sprint qawwi fl-ahhar 250m li ppermettilha li tohrog rebbieha minn Oregon de la Foret (Joe Schembri), Baronello (Jason Vassallo) u Ygor Of Pass (Tony Demanuele).

Fl-ewwel minn zewg tigrijiet tal-klassi Bronze, spiccaw fl-ewwel zewg postijiet zewg sewwieqa Ghawdxin. Kien sprint qawwi matul l-ahhar 300m li wassal lill-outsider Roger Qui (Marco Refalo) biex jiehu l-ewwel rebha tieghu b’tul minn Upptillbevis (Julian Farrugia). Rybo Juvel (Marco Refalo) bdiet tnaqqas mill-pass 400m mill-linja finali tat-tieni tigrija Bronze. Din inqabzet minn Mezio Josselyn (Victor Fenech) li qasam il-linja finali l-ewwel quddiem Izor Rick (Noel Baldacchino).

Il-laqgha fethet b’tigrija tal-klassi Copper. Hawnhekk Royal Qui (Ivan Bilocca) ha l-ewwel rebha tas-sena wara li hasad lill-kumplament taz-zwiemel b’assalt fuq in-naha ta’ gewwa fid-dritta finali.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Royal Qui (I. Bilocca) Hin – 3.30.3” (1.19.7”) 2. Jet Starline (M. Fenech) 3. Minou de Perdriat (F. Cassar) 4. Abzolute Pepper (C. Farrugia)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Roger Qui (M. Refalo) Hin – 3.27.1” (1.18.5”) 2. Upptillbevis (J. Farrugia) 3. Above Roland (G. Attard) 4. Kenta Laday (S. Portelli)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Mezio Josselyn (V. Fenech) Hin – 3.26.5” (1.18.2”) 2. Izor Rick (N. Baldacchino) 3. Rybo Juvel (M. Refalo) 4. Noli de Marray (P. Spiteri)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Ouragan de Valsoiz (E. Garzia) Hin – 3.26.9” (1.18.4”) 2. Kobber Dust (D. Mizzi) 3. Olifant du Puoy (T. Tanti) 4. Flying As (J. Farrugia)

V Tigrija. Heat Kampjonat Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Skip Dimanche (J. Farrugia) Hin –2.42.9” (1.16.1”) 2. Wiss Night Hawk (N. Baldacchino) 3. Livi Cantona (R. Gatt) 4. Noble d’Ete (R. Clifton)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Delvin Brodde (J. Farrugia) Hin – 3.23.3” (1.17”) 2. Orion Du Vaumicel (F. Cassar) 3. Reado November (S. Portelli) 4. Orion de Chapeau (C. Vassallo)

VII Tigrija. Heat Kampjonat Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nabab du Chatelet (R. Magro) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Happiness Photo (J. Farrugia) 3. Nono de Crouay (M. Farrugia) 4. Op Le Cosseen (C. Debono)

VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Enjoy Kronos (R. Gatt) Hin – 3.25.5” (1.17.8”) 2. Ouraki du Drochon (T. Tanti) 3. Max Galbe (C. Agius) 4. Oscar de France (D. Ellul)

IX Tigrija. Heat Kampjonat Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. Zilver Boko (T. Demanuele) Hin – 2.41.9” (1.15.6”) 2. Count Of Life (M. Ellul) 3. Eastwood OM (P. Caruana) 4. Oviedo Vici (D. Mizzi)

X Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Jill Vox (D. Ellul) Hin – 3.24.8” (1.17.6”) 2. Oregon de la Foret (J. Schembri) 3. Baronello (J. Vassallo) 4. Ygor Of Pass (T. Demanuele)

Commander Crowe jirbah l-Elitloppet

Fil-korsa ta’ Solvalla fl-Izvezja saret l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kompetizzjoni prestigjuza Elitloppet fuq zewg heats fuq distanza ta’ mil bl-ewwel erba’ zwiemel ta’ kull heat jikkwalifikaw ghall-finali li saret fl-istess jum u fuq l-istess distanza. Fiz-zewg heats kien hemm is-successi tan-Norvegiz Yarrah Boko (Ulf Ohlsson) u l-Izvediz Commander Crowe (Christophe Martens). Meta aktar tard saret il-finali,  rega kien Commander Crowe (Christophe Martens) li qasam il-linja finali l-ewwel mill-Amerikan Arch Madness (Brian Sears) u l-Germaniz Classic Grand Cru (Bjorn Goop). Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.10.4” fil-kilometru.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives