//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Julian Farrugia l-ewwel fiz-zewg semi finali Premier

Meta l-bierah fil-korsa tal-Marsa saret id-29 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet tat-trott, kienu maghrufa l-finalisti tal-kampjonati ghal zwiemel Francizi . Dan wara li saru t-tmien semi finali fuq distanza qasira ta’ 2140m. Iz-zewg semi finali ewlenin, dawk mill-Prix de Vincennes ghal zwiemel tal-klassi Premier intrebhu minn Lady de Vindecy u Nevaio des Bordes li t-tnejn kienu misjuqa mill-Ghawdxi Julian Farrugia.

Miz-zewg semi finali tal-klassi Premier ghaxar zwiemel ghaddew ghall-finali. Fl-ewwel semi finali, Label Chouan (David Ellul) li kien fost l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq, zamm l-ewwel post sa 150m mit-tmiem, sakemm gie attakkat u maqbuz minn Lady De Vindecy (Julian Farrugia). Din id-debba hadet l-ewwel rebha tas-sena mill-istess Label Chouan. Il-favorit Mig Of The Wood (Noel Baldacchino) dahal fit-tielet post quddiem Niky du Donjon (Joe Vella) u Onyx Speed (Christian Xerri). Ir-rebbieha kellha medja ta’ 1.15.7” fil-kilometru.

Farrugia rega kien protagonist fit-tieni semi finali Premier permezz ta’ Nevaio des Bordes. Kien sprint fid-dritta finali li wassal lil dan iz-ziemel biex jirregistra t-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet wahda stagonali b’nofs tul quddiem Mystere d’Urfist (Rodney Gatt). Mark De Chamant (Michael Seychell), Nasko Pride (Christian Xerri) u Milord Barbes (Frencu Cassar) kienu l-ahhar zwiemel li ghaddew ghall-finali. Nevaio des Bordes kellu medja ta’ 1.15.2” fil-kilometru.

L-ahhar 400m tal-ewwel semi finali mill-Prix d’Enghien ghal zwiemel tal-klassi Gold kienu determinanti biex Nuevo Musette (Noel Baldacchino) jiehu l-ewwel rebha tieghu bi ftit quddiem Marini du Mont (Salvu Vella). Pirate d’Urzy (Eugenio Bondin), Le Bolide du Suret (Melvin Farrugia) u Okapi des Dimes (Michael Ellul) ukoll kellhom prestazzjoni tajba u ghaddew ghall-finali.

Fit-tieni semi finali Gold, Carl Caruana pogga lill-kwotat Oros de Reve quddiem meta z-zwiemel daru ghad-dritta finali taghhom. B’hekk dan iz-ziemel ha t-tieni rebha minn daqstant dehriet f’Malta quddiem Osiris des Kids (Clint Vassallo). Oscar Mati (Rodney Gatt), Podium (Julian Farrugia) u Orlando Tejy (Noel Baldacchino) dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Il-Prix de Cabourg hu kampjonat miftuh ghal zwiemel tal-klassi Silver. Fl-ewwel semi finali tieghu kien hemm wiehed mill-isbah tmiem tal-gurnata, wiehed incert bejn Ollico Pellois (Noel Baldacchino) li kien ghal hafna hin fl-ewwel post, Petrus du Vivier (Mark Desira) u Lutan Villetot (Julian Farrugia). Wara li l-gurija kkonsultat il-photofinish iddikjarat lil Petrus du Vivier bhala r-rebbieh ta’ din it-tigrija. Olifant du Puoy (Toni Tanti) u Ocean Brillouard (Clint Vassallo) kienu l-ahhar zewg partecipanti li ghaddew ghall-finali. B’hekk Petrus du Vivier akkwista r-raba’ rebha tas-sena.

Poete de la Sarthe (Kurt Saliba) kien il-hin kollu quddiem matul it-tieni semi finali Silver. Dan ha l-ewwel rebha fi gziritna wara li qasam il-linja finali l-ewwel b’vantagg ta’ tul minn Onwards Star (Redent Magro). Pascal d’Ablon (Ramon Briffa), Oregon de la Foret (Joe Schembri) u Notre Allegro (Michael Ghigo) akkwistaw ukoll post fil-finali. Ghaz-zghazugh Saliba din kienet ukoll l-ewwel rebha fil-korsa tal-Marsa.

Dwell kontinwu bejn November Oaks (Michael Ellul) u Notre Joyeux (Raymond Clifton) fl-ahhar metri tal-ewwel semi finali mill-Prix de Cagnes Sur Mer tal-klassi Bronze wassal lil tal-ewwel biex jakkwista l-ewwel rebha tas-sena. Quoky du Soir (Redent Magro), Koko Loco (Jesmar Gafa’) u Nympheta de Bisoir (Jonathan Farrugia) ukoll ghaddew ghall-finali.

Fit-tieni semi finali Bronze, It’s My Way (Emmanuel Fenech) ha kontroll assolut tat-tigrija dawra mit-tmiem biex akkwista l-ewwel rebha tas-sena bi ftit minn Mambo du Mont (Carl Caruana). Parce Que (Nathaniel Barbara), Kaki du Vivier (Clint Vassallo) u Noble Candeen (Eric Bezzina) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Il-laqgha fethet b’tigrija normali tal-klassi Copper. Hawnhekk, What’s Up (Michael Ellul) cediet il-kmand u nqabzet madwar 200m mill-linja finali minn Jet Starline (Mario Fenech) li ha t-tieni rebha tas-sena facilment b’sitt tulijiet minn Lulu Moliere (Emmanuel Bonello), Great Line (Tony Demanuele) u Jeo de Touvois (Chris Vassallo).

Ta’ min wiehed jinnota wkoll li matul il-programm tal-lbierah ittellghet tigrija tal-ponijiet li fiha dawn se jkunu misjuqa minn tfal li fl-ahhar xhur kienu jattendu l-akkademja imwaqqfa mill-Kunsill Malti ghall-iSport. Din intrebhet mill-pony misjuq minn Gareth Sammut. Fi tmiem it-tigrija dawn it-tfal inghataw ukoll certifikat ta’ partecipazzjoni.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Jet Starline (M. Fenech) Hin – 2.46.8” (1.17.9”) 2. Lulu Moliere (E. Bonello) 3. Great Line (T. Demanuele) 4. Jeo de Touvois (C. Vassallo)

II Tigrija. Semi Finali Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. November Oaks (M. Ellul) Hin – 2.43.8” (1.16.5″) 2. Notre Joyeux (R. Clifton) 3. Quouky du Soir (R. Magro) 4. Koko Loco (J. Gafa’) 5. Nympheta de Bisoir (J. Farrugia)

III Tigrija. Semi Finali Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. It’s My Way (E. Fenech) Hin – 2.44.9” (1.17.1”) 2. Mambo du Mont (C. Caruana) 3. Parce Que (N. Barbara) 4. Kaki du Vivier (C. Vassallo) 5. Noble Candeen (E. Bezzina)

IV Tigrija. Semi Finali Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Petrus du Vivier (M. Desira) Hin – 2.44” (1.16.6”) 2. Ollico Pellois (N. Baldacchino) 3. Lutan Villetot (J. Farrugia) 4. Olifant du Pouy (T. Tanti) 5. Ocean Brillouard (C. Vassallo)

V Tigrija. Semi Finali Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Poete de la Sarthe (K. Saliba) Hin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Onwards Star (R. Magro) 3. Pascal d’Ablon (R. Briffa) 4. Oregon de la Foret (J. Schembri) 5. Notre Allegro (M. Ghigo)

VI Tigrija. Semi Finali Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Lady De Vindecy (J. Farrugia) Hin – 2.42.1” (1.15.7”) 2. Label Chouan (D. Ellul) 3. Mig Of The Wood (N. Baldacchino) 4. Niky du Donjon (J. Vella) 5. Onyx Speed (C. Xerri)

VII Tigrija. Semi Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Nuevo Musette (N. Baldacchino) Hin – 2.41.7” (1.15.6”) 2. Marini du Mont (S. Vella) 3. Pirate d’Urzy (E. Bondin) 4. Le Bolide du Suret (M. Farrugia) 5. Okapi des Dimes (M. Ellul)

VIII Tigrija. Semi Finali Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nevaio des Bordes (J. Farrugia) Hin – 2.41” (1.15.2”) 2. Mystere d’Urfist (R. Gatt) 3. Mark de Chamant (M. Seychell) 4. Nasko Pride (C. Xerri) 5. Milord Barbes (F. Cassar)

IX Tigrija. Semi Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold.  Dist – 2140m. 1. Oros de Reve (C. Caruana) Hin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Osiris des Kids (C. Vassallo) 3. Oscar Mati (R. Gatt) 4. Podium (J. Farrugia) 5. Orlando Tejy (N. Baldacchino)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives