//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Zilver Boko jirbah il-finali tas-Sette Giugno

Misjuq minn Tony Demanuele, l-Olandiz Zilver Boko, il-bierah wara nofsinhar rebah it-tigrija ewlenija li saret fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tal-kampjonat Sette Giugno ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2140m. Il-finali kienet taghmel parti mit-tletin laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet tat-trott.

Tnax kienu z-zwiemel li ppartecipaw fil-finali Premier. Kif kien mistenni kien Oviedo Vici (Darren Mizzi) l-aktar ziemel veloci matul l-ewwel mitejn metru. Dan fetah vantagg zghir minn Count Of Life (Claudio Refalo) u Eastwood OM (Pierre Caruana). Il-finali hadet svolta differenti matul l-ahhar 500m taghha b’Oviedo Vici jibda jnaqqas mill-pass u jinqabez minn Zilver Boko (Tony Demanuele) li bi ftit qasam il-linja l-ewwel bi ftit minn Happiness Photo (Mario Fenech). Wiss Night Hawk (Noel Baldacchino) u Skip Dimanche (Julian Farrugia) spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

B’hekk Zilver Boko ikkonferma li hu fost l-aktar zwiemel konsistenti tal-istagun u f’din il-finali ha s-sitt rebha tal-istagun u t-tielet wahda konsekuttiva. Fi tmiem it-tigrija Dr Matthew Brincat, Chairman tal-Malta Racing Club ippremja lis-sewwieq Tony Demanuele. Zilver Boko hu propjeta’ ta’ Gaetano Sammut. Zilver Boko kellu medja ta’ 1.15.5” fil-kilometru.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, Obi Wan Kenobi (Gorg Attard) ceda l-ewwel pozizzjoni hekk kif iz-zwiemel qabdu l-ahhar 200m metru taghhom. Kien Why Not As (Carl Caruana) li ha l-ewwel rebha f’Malta fit-tieni dehra tieghu minn Oolong (Cliferty Calleja) u Nono d’Echal (Victor Meli). Stefan Sufflor (Anthony Bartolo) temm fir-raba’ pozizzjoni.

Simili kienet it-tieni tigrija tal-klassi Gold, b’Mario Fenech jitlob lil Love Heart biex izid il-pass matul l-ahhar 250m biex ukoll irregistra l-ewwel rebha fi xtutna minn Victory Farming (Frank Portelli). Affe Fager (Brian Zammit) u Side Spin (Julian Farrugia) temmew warajhom f’dik l-ordni u kellhom ukoll wirja tajba.

Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Silver. Fl-ewwel wahda, Korentin (Noel Baldacchino) mar quddiem f’nofs id-dritta finali biex dan il-Franciz ha l-ewwel rebha tas-sena minn Quartz des Pinons (Brian Zammit), Noble de Fontaine (Andrew Spiteri) u Rally Simb (James Briffa). Id-debuttant Franciz Okilebo de Bremont (Noel Baldacchino) qasam il-linja finali l-ewwel fit-tieni tigrija Silver. Izda dan safa’ skwalifikat biex ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Ouragan de Valsoiz (Emmanuel Garzia) li akkwista t-tieni rebha konsekuttiva minn Arctic Tooma (Mario Farrugia), Socrates (James Briffa) u Napolitano Sun (David Ellul).

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Malta Sara B (C. Vassallo) Hin – 2.48.1” (1.18.6”) 2. Esmeralda Run ( M. Falzon) 3. Loulou de la Rose (C. Caruana) 4. Flying Cowboyland (T. Demanuele)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Louise Wood (M. Desira) Hin – 2.49” (1.19”) 2. Royal Qui (I. Bilocca) 3. Zut (J. Schembri) 4. Abzolute Pepper (C. Farrugia)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Emil Brebro (B. Zammit) Hin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Upptillbevis (J. Farrugia) 3. One Fouteau (J. Zammit) 4. Goldfever (D. Ellul)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Korentin (N. Baldacchino) Hin – 2.48.2” (1.18.6”) 2. Quartz des Pinons (B. Zammit) 3. Noble de Fontaine (A. Spiteri) 4. Rally Simb (J. Briffa)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Why Not As (C. Caruana) Hin – 2.44.5” (1.16.9”) 2. Oolong (C. Calleja) 3. Nono d’Echal (V. Meli) 4. Stefan Sufflor (A. Bartolo)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ouragan de Valsoiz (E. Garzia) Hin – 2.43.7” (1.17.1”) 2. Arctic Tooma (M. Farrugia) 3. Socrates (J. Briffa) 4. Napolitano Sun (D. Ellul)

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Love Heart (M. Fenech) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Victory Farming (F. Portelli) 3. Affe Fager (B. Zammit) 4. Side Spin (J. Farrugia)

VIII Tigrija. Finali Kampjonat Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Zilver Boko (T. Demanuele) Hin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. Happiness Photo (M. Fenech) 3. Wiss Night Hawk (N. Baldacchino) 4. Skip Dimanche (J. Farrugia)

IX Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Kosai LJ (F. Cassar) Hin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. West Life (J. Farrugia) 3. Lorenz de Noyelles (R. Gatt) 4. Niko de Chamant (V. Fenech)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives