//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Sleepwalking tnaqqax isimha fuq il-Mediterrean Derby

Id-debba Ingliza Sleepwalking naqqxet isimha fuq it-tazza prestigjuza Mediterranean Derby. Dan wara li l-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret il-finali ta’ din il-kompetizzjoni, miftuha ghal zwiemel tal-galopp fuq distanza ta’ 1750m. Din il-finali kienet taghmel parti mill-31 laqgha tal-istagun fuq disa’ tigrijiet, laqgha nkludiet ukoll tigrija tal-klassi Premier fuq 2140m.

Qabel ma ngriet il-finali tal-Mediterranean Derby saret ukoll parata li matulha s-sidien taz-zwiemel finalisti pprezentaw il-bandiera tal-pajjiz fejn twieled iz-ziemel taghhom. Dawn kienu akkumpanjati minn rapprezentanti tal-iscouts tas-sezzjoni tal-Marsa. Sitta kienu z-zwiemel li hadu sehem fil-finali. Kien Fyelehk (Michael Sultana) l-aktar veloci mill-gagga tat-tluq u fl-ewwel metri dan fetah vantagg zghir minn Little Anthony li kien misjuq mit-Taljan Antonino Cannella u Darielli (Ramon Grima). Izda madwar 600m mit-tmiem it-tigrija hadet svolta ohra, b’Fyelehk jibda jnaqqas il-pass u jintlahaq ukoll minn Sleepwalking (Demis Zammit) li hadet kontroll assolut fid-dritta finali u ttrijonfat b’zewg tulijiet u nofs minn Little Anthony, Buttermilk li kien misjuq minn hu Demis, Eric Zammit u Etoile du Pic f’idejn it-Taljan Giuseppe Bordonaro.

Fi tmiem il-finali, Dr Matthew Brincat, Chairman tal-club, ippremja lil Zammit u lil sid id-debba Matthew Grech. Greta Fenech, f’isem Phoenician Glassblowers,  ukoll ipprezentat trofej tal-okkazjoni lis-sidien taz-zwiemel li temmew fl-ewwel tliet postijiet.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Premier, Arnie Sensation (Carmelo Farrugia) mar quddiem wara ftit metri mill-bidu ufficjali tat-tigrija. Dan okkupa l-ewwel post sal-linja finali u ha t-tieni rebha tas-sena b’distakk ta’ nofs tul minn Maximal Value (James Briffa). Super Qui (Tony Demanuele) u Oscar de la Vallee (Sammy Micallef) spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Arnie Sensation kellu medja ta’ 1.17.9” fil-kilometru.

Il-laqgha tal-lbierah inkludiet zewg tigrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, sprint qawwi fuq in-naha ta’ barra 300m mill-linja finali wassal lil Niky de Memartin (Jonathan Zammit) biex jaqsam il-linja finali l-ewwel. Izda dan iz-ziemel gie skwalifikat biex ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Veikko Hornline (Carl Caruana) quddiem Reado November (Shaun Portelli), Orion du Vaumicel (Frencu Cassar) u Matin de Manche (Brian Hili).

Clint Vassallo pogga lil Baron GL quddiem meta z-zwiemel li kienu qieghed jippartecipaw fit-tieni tigrija Gold daru ghad-dritta finali taghhom. B’hekk dan iz-ziemel Zvediz ha l-ewwel rebha tieghu facilment minn Nous Dix De l’Erve (Ludvic Ghigo), Ouistiti d’Anjou (Julian Farrugia) u Lovely Mab (Noel Baldacchino).  Ghal Vassallo din kienet it-tieni rebha tal-gurnata.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Above Roland (G. Attard) Hin – 2.45.5” (1.17.3”) 2. Larissa du Breil (C. Calleja) 3.Vera LH (D. Ellul) 4. Natif de Monsures (J. Cordina)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Bella Notte (E. Bondin) Hin –  2.48.5” (1.18.7”) 2. Man Quick (J. Cordina) 3. Mezio Josselyn (V. Fenech) 4. Pedros Au Top (B. Zammit)

III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Winner Farming (J. Farrugia) Hin – 2.48.9” (1.18.9”) 2. Ygor Of Pass (T. Demanuele) 3. Black Guy (M. Ellul) 4. Geronimos Cadillac (N. Baldacchino)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Rambo Lambo (C. Vassallo) Hin – 2.46.6” (1.17.8”) 2. Lion Mcguire (N. Baldacchino) 3. Newman (C. Caruana) 4. Race Ball (T. Demanuele)

V Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Arnie Sensation (C. Farrugia) Hin – 2.46.8” (1.17.9”) 2. Maximal Value (J. Briffa) 3. Super Qui (T. Demanuele) 4. Oscar de la Vallee (S. Micallef)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Veikko Hornline (C. Caruana) Hin – 2.41.5” (1.15.6”) 2. Reado November (S. Portelli) 3. Orion du Vaumicel (F. Cassar) 4. Matin de Manche (B. Hili)

VII Tigrija. Finali Mediterranean Derby. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Sleepwalking (D. Zammit) Hin – 1.49.75” 2. Little Anthony (A. Cannella) 3. Buttermilk (E. Zammit) 4. Etoile du Pic (G.Bordonaro)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Baron GL (C. Vassallo) Hin – 2.44.5” (1.16.9”) 2. Nous Dix De L’Erve (L. Ghigo) 3. Ouistiti d’Anjou (J. Farrugia) 4. Lovely Mab (N. Baldacchino)

IX Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Rybo Juvel (M. Refalo) Hin – 2.44.7” (1.17”) 2. Noli de Marray (P. Spiteri) 3. Izor Rick (N. Baldachcino) 4. Wonderofyou (J. Farrugia)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives