//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta

Lady de Vindecy tirbah il-finali ewlenija

Fil-korsa tal-Marsa l-bierah wara nofsinhar gew fi tmiemhom is-sensiela ta’ hames kampjonati ghal zwiemel Francizi organizzati mill-Malta Racing Club bl-ghajnuna tal-assocjazzjoni Franciza Societe’ du Cheval Francais.  Dawn il-finali kienu jaghmlu parti mit-33 laqgha tal-istagun fuq seba’ tigrijiet tat-trott, bl-aktar finali importanti, dik mill-Prix de Vincennes ghal zwiemel tal-klassi Premier, tintrebah mid-debba Lady de Vindecy misjuqa minn Julian Farrugia.

Disgha kienu z-zwiemel finalisti tal-klassi Premier. Kien Milord Barbes (Frencu Cassar) l-aktar ziemel veloci wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel metri fetah vantagg zghir fuq Lady de Vindecy (Julian Farrugia) u Label Chouan (David Ellul). Izda 200m mill-linja finali, it-tigrija hadet svolta ohra, b’Julian Farrugia jpoggi lil Lady de Vindecy fuq in-naha ta’ barra halli taghmel l-assalt taghha, biex b’hekk din id-debba rregistrat it-tieni rebha konsekuttiva minn Mig Of The Wood (Noel Baldacchino) u mill-istess Milord Barbes. Nevaio des Bordes (Claudio Refalo) temm warajhom f’dik l-ordni. Lady de Vindecy kellha medja ta’ 1.15.3” fil-kilometru.

Fi tmiem din il-finali, l-ambaxxatur Franciz ghal Malta l-ET Michel Van Der Poorter akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport Clyde Puli u minn Benoit Fabrega, ufficjal tal-SECF ippremjaw lil Charles Abela u Julian Farrugia, wiehed mis-sidien u s-sewwieq ta’ Lady de Vindecy rispettivament.

Taqtiegha bejn erba’ zwiemel fl-ahhar metri tal-finali Prix d’Enghien tal-klassi Gold waslet lil Nuevo Musette (Noel Baldacchino) biex jiehu t-tieni rebha nfila u f’pajjizna. Dan bi ftit minn Marini du Mont (Salvu Vella), Oscar Mati (Rodney Gatt) u Podium (Julian Farrugia) li wkoll kellhom wirja pozittiva.

Baldacchino rega kien protagonist ukoll fil-finali mill-Prix de Cabourg ghal zwiemel tal-klassi Silver. Hawnhekk bidu attraenti wara l-karozza tat-tluq ghin liz-ziemel tieghu Ollico Pellois biex imur quddiem sa mill-bidu nett tat-tigrija. Dan iz-ziemel okkupa l-ewwel post sal-ahhar u rregistra t-tieni rebha f’Malta minn Oregon de la Foret (Joe Schembri) u Pascal d’Ablon (Ramon Briffa). Il-kwotat Petrus du Vivier (Mark Desira) dahal fir-raba’ pozizzjoni.

Iz-zwiemel Francizi mill-klassi Bronze hadu sehem fil-finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer. Hawnhekk, id-debba Nympheta de Bisoir (Jonathan Farrugia) kienet il-hin kollu quddiem u fl-ahhar metri rnexxilha tikkontrolla l-assalt ta’ November Oaks (Michael Ellul). It’s My Way (Brian Hili) u Notre Joyeux (Charles Camilleri) temmew warajhom f’dik l-ordni.

Fil-finali mill-Prix de Caen ghal zwiemel tal-klassi Copper, Mistral du Chene (Sandro Cutajar), li kien ghal hafna hin fl-ewwel post, naqqas il-pass madwar 250m mit-tmiem u nqabez mill-veteran Icare de Jemma (Tony Demanuele) li qasam il-linja finali l-ewwel b’vantagg ta’ ghaxar tulijiet minn Jibilo du Terme (Ramon Briffa). Ideal de Suce (Clint Vassallo) dahal fir-raba’ pozizzjoni.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Syllabub (R. Gatt) Hin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Above Roland (G. Attard) 3. Nuthan d’Emi (C. Calleja) 4. Agobra Bingo (W. Spiteri)

II Tigrija. Finali Prix de Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Icare de Jemma (T. Demanuele) Hin – 2.44.7” (1.17”) 2. Jibilo du Terme (R. Briffa) 3. Mistral du Chene (S. Cutajar) 4. Ideal de Suce (C. Vassallo)

III Tigrija. Finali Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m 1. Nympheta de Bisoir (J. Farrugia) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. November Oaks (M. Ellul) 3. It’s My Way (B. Hili) 4. Notre Joyeux (C. Camilleri)

IV Tigrija. Finali Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ollico Pellois (N. Baldacchino) Hin – 2.43.1” (1.16.3”) 2. Oregon de la Foret (J. Schembri) 3. Pascal d’Ablon (R. Briffa) 4. Petrus du Vivier (M. Desira)

V Tigrija. Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Nuevo Musette (N. Baldacchino) Hin – 2.40.5” (1.15”) 2. Marini du Mont (S. Vella) 3. Oscar Mati (R. Gatt) 4. Podium (J. Farrugia)

VI Tigrija. Finali Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Lady de Vindecy (J. Farrugia) Hin – 2.41.2” (1.15.3”) 2. Mig Of The Wood (N. Baldacchino) 3. Milord Barbes (F. Cassar) 4. Nevaio des Bordes (C. Refalo)

VII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1.  Man Quick (J. Cordina) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Rybo Juvel (M. Refalo) 3. Need A Chance (R. Gatt) 4. Kosai LJ (F. Cassar)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives